Kawża C-35/11

Test Claimants in the FII Group Litigation

vs

Commissioners of Inland Revenue

u

The Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice (England & Wales), Chancery Division)

“Artikoli 49 TFUE u 63 TFUE — Tqassim ta’ dividendi — Taxxa fuq il-kumpanniji — Kawża C-446/04 — Test Claimants in the FII Group Litigation — Interpretazzjoni tas-sentenza — Prevenzjoni tat-taxxa doppja ekonomika — Ekwivalenza tal-metodi ta’ eżenzjoni u ta’ imputazzjoni — Kunċetti ta’ ‘rati ta’ tassazzjoni u ta’ ’livelli ta’ tassazzjoni differenti’ — Dividendi li ġejjin minn pajjiż terz”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-13 ta’ Novembru 2012

  1. Libertà ta’ stabbiliment – Moviment liberu tal-kapital – Leġiżlazzjoni fiskali – Taxxa fuq il-kumpanniji – Eżenzjoni tad-dividendi ta’ oriġini nazzjonali – Tassazzjoni fuq id-dividendi ta’ oriġini barranija b’imputazzjoni tat-taxxa effettivament imħallsa mill-kumpannija li tqassam fl-Istat Membru ta’ residenza – Livell ta’ tassazzjoni effettiva fuq il-profitti tal-kumpanniji ġeneralment inqas mir-rata nominali ta’ taxxa – Inammissibbiltà – Ġustifikazzjoni – Neċessità li tiġi ggarantita l-koerenza tas-sistema fiskali – Assenza

    (Artikoli 49 TFUE u 63 TFUE)

  2. Libertà ta’ stabbiliment – Moviment liberu tal-kapital – Leġiżlazzjoni fiskali – Taxxa fuq il-kumpanniji – Imputazzjoni fuq it-taxxa b’antiċipi dovuta minn kumpannija residenti li tirċievi dividendi ta’ oriġini nazzjonali tal-ammont tal-imsemmija taxxa mħallsa mill-kumpannija li tqassam – Impossibbiltà għal kumpannija residenti li tirċievi dividendi ta’ oriġini barranija li tnaqqas it-taxxa li tikkorrispondi għall-profitti mqassma mħallsa mill-kumpannija li tqassam fl-Istat ta’ residenza tagħha – Taxxa barranija mħallsa minn sussidjarja – Taxxa antiċipata mħallsa mill-kumpannija parent residenti – Inammissibbiltà

    (Artikoli 49 TFUE u 63 TFUE)

  3. Libertà ta’ stabbiliment – Moviment liberu tal-kapital – Leġiżlazzjoni fiskali – Taxxa fuq il-kumpanniji – Eżenzjoni mill-ħlas antiċipat tat-taxxa fuq il-kumpanniji tal-kumpanniji residenti li jqassmu lill-azzjonisti tagħhom dividendi li jirriżultaw minn dividendi ta’ oriġini nazzjonali – Sistema li tista’ tintgħażel favur kumpanniji residenti li jqassmu lill-azzjonisti tagħhom dividendi li jirriżultaw minn dividendi ta’ oriġini barranija li tippermettilhom jirkupraw it-taxxa fuq il-kumpanniji mħallsa b’mod antiċipat – Obbligu li l-imsemmija taxxa antiċipata titħallas u li sussegwentement jintalab ir-rimbors tagħha – Assenza ta’ kreditu ta’ taxxa fuq l-azzjonisti tal-imsemmija kumpanniji – Taxxa barranija mħallsa minn sussidjarja – Taxxa antiċipata mħallsa mill-kumpannija parent residenti – Inammissibbiltà

    (Artikoli 49 TFUE u 63 TFUE)

  4. Id-dritt tal-Unjoni Ewropea – Effett dirett – Taxxi nazzjonali inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni – Obbligu ta’ ħlas lura

  5. Libertà ta’ stabbiliment – Moviment liberu tal-kapital – Kamp ta’ applikazzjoni – Leġiżlazzjoni fiskali – Taxxa fuq il-kumpanniji – Taxxa fuq id-dividendi – Trattament fiskali ta’ dividendi mqassma minn kumpannija residenti ta’ pajjiż terz – Trattament li ma japplikax esklużivament għal sitwazzjonijiet li fihom il-kumpannija parent teżerċita influwenza deċiżiva fuq il-kumpannija li tqassam – Inapplikabbiltà tad-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-moviment liberu tal-kapital – Applikabbiltà tad-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-moviment liberu tal-kapital

    (Artikoli 49 TFUE u 63 TFUE)

  6. Libertà ta’ stabbiliment – Leġiżlazzjoni fiskali – Taxxa fuq il-kumpanniji – Leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tippermettix lil kumpannija residenti li tittrasferixxi lil sussidjarja mhux residenti u mhux suġġetta għat-taxxa f’dan l-Istat eċċess tat-taxxa mħallsa b’mod antiċipat – Ammissibbiltà

    (Artikolu 49 TFUE)

  1.  L-Artikoli 49 TFUE u 63 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li japplika metodu ta’ eżenzjoni tad-dividendi ta’ oriġini nazzjonali u l-metodu ta’ imputazzjoni tad-dividendi ta’ oriġini barranija, jekk jiġi stabbilit, minn naħa, li l-kreditu ta’ taxxa li jibbenefikaw minnu l-kumpannija benefiċjarja tad-dividendi fil-kuntest tal-metodu ta’ imputazzjoni huwa daqs l-ammont ta’ taxxa effettivament imħallas fuq il-profitti li jservu ta’ bażi għad-dividendi mqassma u, min-naħa l-oħra, li l-livell ta’ tassazzjoni effettiv tal-profitti tal-kumpanniji fl-Istat Membru kkonċernat huwa ġeneralment inqas mir-rata ta’ taxxa nominali prevista.

    Fil-fatt, fil-każ ta’ tqassim ta’ dividendi ta’ oriġini nazzjonali, dawn huma eżenti mit-taxxa fuq il-kumpanniji fir-rigward tal-kumpannija benefiċjarja indipendentement mit-taxxa mħallsa mill-kumpannija li tqassam, jiġifieri wkoll meta, minħabba eżenzjonijiet li hija tibbenefika minnhom, din tal-aħħar ma għandhiex tħallas taxxa jew tħallas taxxa fuq il-kumpanniji inferjuri għar-rata nominali. Min-naħa l-oħra, l-applikazzjoni tal-metodu ta’ imputazzjoni għad-dividendi ta’ oriġini barranija twassal għal spiża fiskali addizzjonali fir-rigward tal-kumpannija residenti li tibbenefika jekk il-livell ta’ tassazzjoni effettiv, li l-profitti tal-kumpannija li tqassam id-dividendi jkunu suġġett għalih, ma jilħaqx ir-rata ta’ taxxa nominali li għaliha huma suġġetti l-profitti tal-kumpannija residenti li tibbenefika mid-dividendi. Kuntrarjament għall-metodu ta’ eżenzjoni, il-metodu ta’ imputazzjoni ma jippermettix għalhekk li jiġu ttrasferiti lill-kumpannija azzjonista l-profitti ta’ allowances miftiehma bil-quddiem fil-qasam tat-taxxa fuq il-kumpanniji għall-kumpannija li tqassam id-dividendi. Konsegwentement, l-ekwivalenza bejn l-eżenzjoni fiskali tad-dividendi mqassma minn kumpannija residenti u l-applikazzjoni ta’ metodu ta’ imputazzjoni tad-dividendi mqassma minn kumpannija mhux residenti li jieħu inkunsiderazzjoni l-livell ta’ intaxxar effettiv tal-profitti fl-Istat ta’ oriġini, hija miksura jekk il-profitti tal-kumpannija residenti li tqassam huma wkoll suġġetta fl-Istat Membru ta’ residenza għal livell ta’ tassazzjoni effettiv li jkun inqas mir-rata ta’ taxxa nominali li hija applikata fl-imsemmi Stat Membru.

    Tali leġiżlazzjoni ma hijiex iġġustifikata mill-ħtieġa li tiġi żgurata l-koerenza tas-sistema fiskali nazzjonali. Fil-fatt, għalkemm l-applikazzjoni tal-metodu ta’ imputazzjoni tad-dividendi ta’ oriġini barranija u l-metodu ta’ eżenzjoni tad-dividendi ta’ oriġini nazzjonali tista’ tiġi ġġustifikata sabiex tiġi evitata t-taxxa doppja ekonomika tal-profitti mqassma, madankollu, ma huwiex meħtieġ, sabiex tinżamm il-koerenza tas-sistema fiskali inkwistjoni, li jittieħdu inkunsiderazzjoni, minn naħa, il-livell ta’ tassazzjoni effettiv applikat fuq il-profitti mqassma għall-kalkolu tal-vantaġġ fiskali fil-kuntest tal-applikazzjoni tal-metodu ta’ imputazzjoni u, min-naħa l-oħra, biss tar-rata ta’ taxxa nominali applikata għall-profitti mqassma fil-kuntest tal-metodu ta’ eżenzjoni. Leġiżlazzjoni nazzjonali li tieħu inkunsiderazzjoni, ukoll fil-kuntest tal-metodu ta’ imputazzjoni applikabbli għad-dividendi ta’ oriġini barranija, ir-rata ta’ taxxa nominali li tkun ġiet applikata fir-rigward tal-profitti li servew ta’ bażi għad-dividendi mqassma hija idònea biex tipprevjeni t-taxxa doppja ekonomika tal-profitti mqassma u biex tiggarantixxi l-koerenza interna tas-sistema fiskali u fl-istess ħin hija ta’ inqas theddida għal-libertà ta’ stabbiliment u għall-moviment liberu tal-kapital.

    (ara l-punti 46-48, 60-62, 65 u d-dispożittiv 1)

  2.  L-Artikoli 49 TFUE u 63 TFUE jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tippermetti lil kumpannija residenti, li tirċievi dividendi minn kumpannija residenti oħra, tnaqqas mill-ammont li l-ewwel kumpannija għandha tħallas bil-quddiem bħala taxxa fuq il-kumpanniji, l-ammont tal-imsemmija taxxa mħallsa bil-quddiem mit-tieni kumpannija, filwaqt li, f’każ ta’ kumpannija residenti li tirċievi dividendi minn kumpannija li ma hijiex residenti, tali tnaqqis ma huwiex permess għal dak li jikkonċerna t-taxxa korrispondenti fuq il-profitti mqassma mħallsa fi Stat Membru ieħor, anki meta:

    it-taxxa fuq il-kumpanniji barranin imposta fuq il-profitti li jservu ta’ bażi għad-dividendi mqassma ma tħallsitx jew ma tħallsitx kompletament mill-kumpannija mhux residenti li tagħti l-imsemmija dividendi lill-kumpannija residenti, iżda tħallset minn kumpannija residenti fi Stat Membru, sussidjarja diretta jew indiretta tal-ewwel kumpannija;

    it-taxxa antiċipata fuq il-kumpanniji ma tħallsitx mill-kumpannija residenti li tirċievi d-dividendi ta’ kumpannija mhux residenti, iżda tħallset mill-kumpannija parent tagħha residenti fil-kuntest ta’ sistema ta’ tassazzjoni ta’ grupp.

    (ara l-punti 67, 82 u d-dispożittiv 2)

  3.  L-Artikoli 49 TFUE u 63 TFUE jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li, filwaqt li teżenta mill-ħlas bil-quddiem tat-taxxa fuq il-kumpanniji l-kumpanniji residenti li jqassmu lill-azzjonisti tagħhom dividendi li joriġinaw minn dividendi ta’ oriġini nazzjonali li jkunu rċevew, tagħti lill-kumpanniji residenti li jqassmu lill-azzjonisti tagħhom dividendi li joriġinaw minn dividendi ta’ oriġini barranija li jkunu rċevew il-possibbiltà li jagħżlu sistema li tippermettilhom jirkupraw it-taxxa fuq il-kumpanniji mħallsa bil-quddiem, iżda, minn naħa, tobbliga lil dawn il-kumpanniji jħallsu l-imsemmija taxxa bil-quddiem u jitolbu l-ħlas lura sussegwentement u, min-naħa l-oħra, ma tipprovdix kreditu ta’ taxxa għall-azzjonisti tagħhom, filwaqt li kienu jirċievu tali kreditu li kieku twettaq tqassim minn kumpannija residenti abbażi ta’ dividendi ta’ oriġini nazzjonali. Dawn id-dispożizzjonijiet tat-Trattat jipprekludu tali leġiżlazzjoni, anki meta:

    it-taxxa fuq il-kumpanniji barranin li tapplika fir-rigward tal-profitti li jservu ta’ bażi għad-dividendi mqassma ma kinitx jew ma kinitx totalment imħallsa mill-kumpannija mhux residenti li tagħti l-imsemmija dividendi lill-kumpannija parent, iżda tħallset minn kumpannija residenti fi Stat Membru, sussidjarja diretta jew indiretta tal-ewwel kumpannija;

  4.  Id-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li kumpannija parent residenti fi Stat Membru li, fil-kuntest ta’ sistema ta’ tassazzjoni ta’ grupp kellha, bi ksur tar-regoli tad-dritt tal-Unjoni, tħallas it-taxxa antiċipata fuq il-kumpanniji fuq il-parti tal-profitti li ġejjin mid-dividendi ta’ oriġini barranija tista’ tippreżenta kawża għal rimbors ta’ din it-taxxa indebitament miġbura sa fejn din tal-aħħar tisboq l-ammont massimu tat-taxxa fuq il-kumpanniji li l-Istat Membru inkwistjoni kellu dritt li jiġbor sabiex jikkumpensa r-rata ta’ taxxa nominali inferjuri imposta fuq il-benefiċċji li jservu ta’ bażi għad-dividendi ta’ oriġini barranin meta mqabbla mar-rata ta’ taxxa nominali applikabbli għall-profitti tal-kumpannija parent residenti.

    Fil-fatt, id-dritt li jinkiseb ir-rimbors ta’ taxxi miġbura minn Stat Membru bi ksur tad-dritt tal-Unjoni jirriżulta minn u jikkomplementa d-drittijiet mogħtija lill-individwi mid-dispożizzjonijiet tal-Unjoni li jipprojbixxu tali taxxi. Għaldaqstant, l-Istat Membru huwa obbligat, bħala regola ġenerali, li jirrimborsa t-taxxi miġbura bi ksur tad-dritt tal-Unjoni.

    (ara l-punti 84, 87 u d-dispożittiv 3)

  5.  Id-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li kumpannija residenti fi Stat Membru u li għandha sehem f’kumpannija residenti f’pajjiż terz li jagħtiha influwenza ċerta fuq id-deċiżjonijiet ta’ din tal-aħħar u jippermettilha li tiddetermina l-attivitajiet tagħha tista’ tuża l-Artikolu 63 TFUE sabiex tqiegħed inkwistjoni il-konformità ma’ din id-dispożizzjoni leġiżlazzjoni nazzjonali tal-imsemmi Stat Membru dwar it-trattament fiskali ta’ dividendi li joriġinaw mill-imsemmi pajjiż terz, li ma tapplikax esklużivament għal sitwazzjonijiet li fihom il-kumpannija parent teżerċita influwenza deċiżiva fuq il-kumpannija li tqassam id-dividendi.

    Min-naħa l-oħra, peress li l-Kapitolu tat-Trattat dwar il-libertà ta’ stabbiliment, ma jinkludi ebda dispożizzjoni li testendi l-kamp ta’ applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tiegħu għal sitwazzjonijiet dwar il-ħolqien ta’ kumpannija ta’ Stat Membru f’pajjiż terz jew il-ħolqien ta’ kumpannija f’pajjiż terz fi Stat Membru, leġiżlazzjoni dwar it-trattament fiskali tad-dividendi li joriġinaw minn pajjiż terz ma tistax taqa’ taħt l-Artikolu 49 TFUE.

    Meta mill-għan ta’ tali leġiżlazzjoni nazzjonali jirriżulta li din għandha biss l-għan lil tapplika għal ishma li jippermettu li tiġi eżerċitata influwenza ċerta fuq id-deċiżjonijiet tal-kumpannija kkonċernata u li jippermettulha li tiddetermina l-attivitajiet tagħha, la l-Artikolu 49 TFUE u lanqas l-Artikolu 63 TFUE ma jistgħu jiġu invokati. Min-naħa l-oħra, leġiżlazzjoni nazzjonali dwar it-trattament fiskali tad-dividendi ta’ pajjiż terz, li ma tapplikax esklussivament għal sitwazzjonijiet li fihom kumpannija parent teżerċita influwenza deċiżiva fuq il-kumpannija li tqassam id-dividendi, għandha tiġi evalwata fid-dawl tal-Artikolu 63 TFUE.

    (ara l-punti 97-99, 104 u d-dispożittiv 4)

  6.  L-Artikolu 49 TFUE ma jipprekludix leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tippermetti lil kumpannija residenti li tittrasferixxi lil kumpanniji sussidjarji residenti l-ammont tat-taxxa antiċipata fuq il-kumpanniji li ma jistax jiġi impost fuq it-taxxa fuq il-kumpanniji dovuta minn din l-ewwel kumpannija għas-sena finanzjarja kurrenti jew għal snin finanzjarji preċedenti jew sussegwenti, sabiex dawn il-kumpanniji sussidjarji jkunu jistgħu jimponuha fuq it-taxxa fuq il-kumpanniji li huma għandhom iħallsu, iżda li ma tippermettix lil kumpannija residenti tittrasferixxi tali ammont lil kumpanniji sussidjarji li ma humiex residenti f’każ li dawn ikunu taxxabbli f’dan l-Istat Membru.

    Fil-fatt, id-dritt li jiġi ttrasferit eċċess tat-taxxa antiċipata fuq il-kumpanniji lis-sussidjarji jiggarantixxi li grupp ta’ kumpanniji intaxxat fl-istess Stat Membru ma jħallasx, sempliċement minħabba din it-tassazzjoni antiċipata, taxxi li jammontaw għal iktar mid-dejn fiskali tal-grupp f’dan l-Istat Membru. L-estensjoni ta’ dan id-dritt lil kumpanniji mhux residenti u mhux suġġetti għal taxxa f’dan l-Istat Membru jċaħħad lill-imsemmi Stat mid-dritt leġittimu li jiġbor l-ammont massimu ta’ taxxa fuq id-dividendi ta’ oriġini barranija mħallsa fuq profitti li jkunu ġew suġġetta għal rata ta’ taxxa nominali inferjuri mir-rata applikabbli f’dan l-Istat Membru u għalhekk tikkomprometti t-tqassim bilanċjat tas-setgħa ta’ tassazzjoni bejn l-Istati membri.

    (ara l-punti 106, 110, 111 u d-dispożittiv 5)

Kawża C-35/11

Test Claimants in the FII Group Litigation

vs

Commissioners of Inland Revenue

u

The Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice (England & Wales), Chancery Division)

“Artikoli 49 TFUE u 63 TFUE — Tqassim ta’ dividendi — Taxxa fuq il-kumpanniji — Kawża C-446/04 — Test Claimants in the FII Group Litigation — Interpretazzjoni tas-sentenza — Prevenzjoni tat-taxxa doppja ekonomika — Ekwivalenza tal-metodi ta’ eżenzjoni u ta’ imputazzjoni — Kunċetti ta’ ‘rati ta’ tassazzjoni u ta’ ’livelli ta’ tassazzjoni differenti’ — Dividendi li ġejjin minn pajjiż terz”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-13 ta’ Novembru 2012

  1. Libertà ta’ stabbiliment — Moviment liberu tal-kapital — Leġiżlazzjoni fiskali — Taxxa fuq il-kumpanniji — Eżenzjoni tad-dividendi ta’ oriġini nazzjonali — Tassazzjoni fuq id-dividendi ta’ oriġini barranija b’imputazzjoni tat-taxxa effettivament imħallsa mill-kumpannija li tqassam fl-Istat Membru ta’ residenza — Livell ta’ tassazzjoni effettiva fuq il-profitti tal-kumpanniji ġeneralment inqas mir-rata nominali ta’ taxxa — Inammissibbiltà — Ġustifikazzjoni — Neċessità li tiġi ggarantita l-koerenza tas-sistema fiskali — Assenza

    (Artikoli 49 TFUE u 63 TFUE)

  2. Libertà ta’ stabbiliment — Moviment liberu tal-kapital — Leġiżlazzjoni fiskali — Taxxa fuq il-kumpanniji — Imputazzjoni fuq it-taxxa b’antiċipi dovuta minn kumpannija residenti li tirċievi dividendi ta’ oriġini nazzjonali tal-ammont tal-imsemmija taxxa mħallsa mill-kumpannija li tqassam — Impossibbiltà għal kumpannija residenti li tirċievi dividendi ta’ oriġini barranija li tnaqqas it-taxxa li tikkorrispondi għall-profitti mqassma mħallsa mill-kumpannija li tqassam fl-Istat ta’ residenza tagħha — Taxxa barranija mħallsa minn sussidjarja — Taxxa antiċipata mħallsa mill-kumpannija parent residenti — Inammissibbiltà

    (Artikoli 49 TFUE u 63 TFUE)

  3. Libertà ta’ stabbiliment — Moviment liberu tal-kapital — Leġiżlazzjoni fiskali — Taxxa fuq il-kumpanniji — Eżenzjoni mill-ħlas antiċipat tat-taxxa fuq il-kumpanniji tal-kumpanniji residenti li jqassmu lill-azzjonisti tagħhom dividendi li jirriżultaw minn dividendi ta’ oriġini nazzjonali — Sistema li tista’ tintgħażel favur kumpanniji residenti li jqassmu lill-azzjonisti tagħhom dividendi li jirriżultaw minn dividendi ta’ oriġini barranija li tippermettilhom jirkupraw it-taxxa fuq il-kumpanniji mħallsa b’mod antiċipat — Obbligu li l-imsemmija taxxa antiċipata titħallas u li sussegwentement jintalab ir-rimbors tagħha — Assenza ta’ kreditu ta’ taxxa fuq l-azzjonisti tal-imsemmija kumpanniji — Taxxa barranija mħallsa minn sussidjarja — Taxxa antiċipata mħallsa mill-kumpannija parent residenti — Inammissibbiltà

    (Artikoli 49 TFUE u 63 TFUE)

  4. Id-dritt tal-Unjoni Ewropea — Effett dirett — Taxxi nazzjonali inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni — Obbligu ta’ ħlas lura

  5. Libertà ta’ stabbiliment — Moviment liberu tal-kapital — Kamp ta’ applikazzjoni — Leġiżlazzjoni fiskali — Taxxa fuq il-kumpanniji — Taxxa fuq id-dividendi — Trattament fiskali ta’ dividendi mqassma minn kumpannija residenti ta’ pajjiż terz — Trattament li ma japplikax esklużivament għal sitwazzjonijiet li fihom il-kumpannija parent teżerċita influwenza deċiżiva fuq il-kumpannija li tqassam — Inapplikabbiltà tad-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-moviment liberu tal-kapital — Applikabbiltà tad-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-moviment liberu tal-kapital

    (Artikoli 49 TFUE u 63 TFUE)

  6. Libertà ta’ stabbiliment — Leġiżlazzjoni fiskali — Taxxa fuq il-kumpanniji — Leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tippermettix lil kumpannija residenti li tittrasferixxi lil sussidjarja mhux residenti u mhux suġġetta għat-taxxa f’dan l-Istat eċċess tat-taxxa mħallsa b’mod antiċipat — Ammissibbiltà