Kawża C-22/11
Finnair Oyj
vs
Timy Lassooy
(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein oikeus)
“Trasport bl-ajru — Regolament (KE) Nru 261/2004 — Kumpens għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu — Kunċett ta’ ‘li ma jitħallewx jitilgħu’ — Esklużjoni tal-klassifikazzjoni ta’ ‘li ma jitħallewx jitilgħu’ — Kanċellazzjoni ta’ titjira minħabba strajk fl-ajruport tat-tluq — Riorganizzazzjoni tat-titjiriet wara t-titjira kkanċellata — Dritt għal kumpens tal-passiġġieri ta’ dawn it-titjiriet”
Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-4 ta’ Ottubru 2012
Trasport – Trasport bl-ajru – Regolament Nru 261/2004 – Regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet – Passiġġieri li ma jitħallewx jitilgħu – Kunċett – Interpretazzjoni wiesgħa – Kunċett li jkopri l-każijiet kollha fejn passiġġier ma jitħalliex jitla’ – Limitazzjoni tal-imsemmi kunċett biss għall-każijiet fejn isiru riżervazzjonijiet żejda – Esklużjoni
(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 261/2004, premessa 1 u Artikoli 2(j), u 4; Regolament tal-Kunsill Nru 295/91, Artikolu 1)
Trasport – Trasport bl-ajru – Regolament Nru 261/2004 – Regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet – Passiġġieri li ma jitħallewx jitilgħu minħabba riorganizzazzjoni tat-titjiriet insegwitu għal ċirkustanzi straordinarji – Dritt għal kumpens tal-passiġġieri ta’ dawn it-titjiriet
(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 261/2004, premessa 15 u Artikoli 2(j), 4(3) u 13)
Il-kunċett ta’ “li ma jitħallewx jitilgħu”, fis-sens tal-Artikoli 2(j) u 4 tar-Regolament Nru 261/2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li jħassar ir-Regolament Nru 295/91, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jikkonċernax biss il-każijiet fejn passiġġieri ma jitħallewx jitilgħu minħabba li jkunu saru riżervazzjonijiet żejda iżda wkoll il-każijiet fejn passiġġieri ma jitħallewx jitilgħu għal raġunijiet oħra, bħal raġunijiet operattivi.
Fil-fatt, il-leġiżlatur tal-Unjoni wessa’ l-portata tal-imsemmija definizzjoni lil hinn mis-sempliċi ċirkustanza li passiġġier ma jitħalliex jitla’ minħabba riżervazzjonijiet żejda, li kienet preċedentement prevista fl-Artikolu 1 tar-Regolament Nru 295/91, li jistabbilixxi regoli komuni għal sistema ta’ kumpens għal imbark miċħud fit-trasport bl-ajru skedat, u tagħha sens usa li jkopri l-każijiet kollha fejn trasportatur tal-ajru jirrifjuta li jittrasporta passiġġier.
Jekk il-portata tal-kunċett ta’ “li ma jitħallewx jitilgħu” tiġi llimitata biss għal dawk il-każijiet fejn ikun hemm riżervazzjonijiet żejda, dan ikollu, fil-prattika, bħala effett li l-protezzjoni mogħtija lill-passiġġieri abbażi tar-Regolament Nru 261/2004 tonqos b’mod kunsiderevoli u għaldaqstant dan ikun imur kontra l-għan tal-istess regolament, espost fil-premessa 1 tiegħu, li huwa dak li jiġi ggarantit livell għoli ta’ protezzjoni tal-passiġġieri, fatt li jiġġustifika li d-drittijiet mogħtija minnu jiġu interpretati b’mod wiesa’.
(ara l-punti 21-23, 26 u d-dispożittiv 1)
L-Artikoli 2(j) u 4 tar-Regolament Nru 261/2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li jħassar ir-Regolament Nru 295/91, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-fatt li jseħħu “ċirkustanzi straordinarji” li jwasslu sabiex trasportatur tal-ajru jirriorganizza titjiriet wara li jkunu seħħew dawn iċ-ċirkustanzi, ma huwiex tali li jiġġustifika li passiġġieri “ma jitħallewx jitilgħu” fuq l-imsemmija titjiriet sussegwenti u lanqas ma jeżenta lil dan it-trasportatur mill-obbligu ta’ kumpens li huwa għandu, skont l-Artikolu 4(3) tal-istess regolament, fil-konfront tal-passiġġier li ma tħalliex jitla’ fuq waħda minn dawn it-titjiriet charter wara li seħħew l-imsemmija ċirkustanzi.
Fil-fatt, bil-kontra tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament Nru 261/2004, l-Artikoli 2(j) u 4 tiegħu ma jipprovdux li, fil-każ fejn passiġġieri ma jitħallewx jitilgħu minħabba ċirkustanzi straordinarji li ma setgħux jiġu evitati anki li kieku ttieħdu l-miżuri kollha raġonevoli, trasportatur tal-ajru huwa eżentat mill-obbligu tiegħu li jikkumpensa lill-passiġġieri li ma tħallewx jitilgħu kontra l-volontà tagħhom. Minn dan isegwi li l-leġiżlatur tal-Unjoni ma pprevediex li l-imsemmi kumpens jista’ jitwarrab għal raġunijiet marbuta mas-seħħ ta’ ċirkustanzi straordinarji.
Barra minn hekk, mill-premessa 15 tar-Regolament Nru 261/2004 jirriżulta li ċ-“ċirkustanzi straordinarji” jistgħu jikkonċernaw biss “inġenju ta’ l-ajru partikolari fuq ġurnata partikolari”, li ma huwiex il-każ fil-każ fejn passiġġier ma jitħalliex jitla minħabba riorganizzazzjoni tat-titjiriet wara li tali ċirkustanzi affettwaw titjira preċedenti. Fil-fatt, il-kunċett ta’ “ċirkustanzi straordinarji” huwa intiż sabiex l-obbligi tat-trasportatur tal-ajru jiġu limitati, jekk mhux saħansitra sabiex dan jiġi eżentat minnhom, meta l-ġrajja inkwistjoni ma setgħetx tiġi evitatà anki li kieku ttieħdu l-miżuri kollha raġonevoli. Issa, jekk tali trasportatur ikun obbligat li jannulla titjira prevista fil-ġurnata ta’ strajk tal-persunal ta’ ajruport u wara jiddeċiedi li jirriorganizza t-titjiriet sussegwenti tiegħu, dan it-trasportatur bl-ebda mod ma jista’ jiġi kkunsidrat bħala li kien imġiegħel mill-imsemmi strajk sabiex ma jħallix jitla’ passiġġier li ppreżenta ruħu regolarment għat-tlugħ jumejn wara l-kanċellazzjoni tal-imsemmija titjira.
(ara l-punti 36, 37, 40 u d-dispożittiv 2)
Kawża C-22/11
Finnair Oyj
vs
Timy Lassooy
(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein oikeus)
“Trasport bl-ajru — Regolament (KE) Nru 261/2004 — Kumpens għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu — Kunċett ta’ ‘li ma jitħallewx jitilgħu’ — Esklużjoni tal-klassifikazzjoni ta’ ‘li ma jitħallewx jitilgħu’ — Kanċellazzjoni ta’ titjira minħabba strajk fl-ajruport tat-tluq — Riorganizzazzjoni tat-titjiriet wara t-titjira kkanċellata — Dritt għal kumpens tal-passiġġieri ta’ dawn it-titjiriet”
Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-4 ta’ Ottubru 2012
Trasport — Trasport bl-ajru — Regolament Nru 261/2004 — Regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet — Passiġġieri li ma jitħallewx jitilgħu — Kunċett — Interpretazzjoni wiesgħa — Kunċett li jkopri l-każijiet kollha fejn passiġġier ma jitħalliex jitla’ — Limitazzjoni tal-imsemmi kunċett biss għall-każijiet fejn isiru riżervazzjonijiet żejda — Esklużjoni
(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 261/2004, premessa 1 u Artikoli 2(j), u 4; Regolament tal-Kunsill Nru 295/91, Artikolu 1)
Trasport — Trasport bl-ajru — Regolament Nru 261/2004 — Regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet — Passiġġieri li ma jitħallewx jitilgħu minħabba riorganizzazzjoni tat-titjiriet insegwitu għal ċirkustanzi straordinarji — Dritt għal kumpens tal-passiġġieri ta’ dawn it-titjiriet