Kawża C-18/11
The Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs
vs
Philips Electronics UK Ltd
[talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Upper Tribunal (Tax and Chancery Chamber)]
“Libertà ta’ stabbiliment — Leġiżlazzjoni fiskali — Taxxa fuq il-kumpanniji — Tnaqqis fiskali — Leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi t-trasferiment tat-telf magħmul fit-territorju nazzjonali minn stabbiliment li ma huwiex residenti ta’ kumpannija stabbilita fi Stat Membru ieħor għal kumpannija tal-istess grupp stabbilita fit-territorju nazzjonali”
Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-6 ta’ Settembru 2012
Moviment liberu tal-persuni – Libertà ta’ stabbiliment – Dispożizzjonijiet tat-Trattat – Kamp ta’ applikazzjoni
(Artikoli 43 KE u 48 KE)
Moviment liberu tal-persuni – Libertà ta’ stabbiliment – Leġiżlazzjoni fiskali – Taxxa fuq il-kumpanniji – Tnaqqis tat-telf – Eżenzjoni ta’ grupp – Leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi t-trasferiment tat-telf sostnut minn stabbiliment permanenti, li jinsab fit-territorju nazzjonali, ta’ kumpannija mhux residenti stabbilita fi Stat Membru ieħor lil kumpannija residenti li tagħmel parti mill-istess grupp – Inammissibbiltà – Ġustifikazzjoni – Raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali bbażati fuq l-għan intiż għall-prevenzjoni tat-teħid inkunsiderazzjoni doppju tat-telf jew fuq l-għan li jinżamm tqassim ibbilanċjat tas-setgħa ta’ tassazzjoni bejn l-Istati Membri – Assenza
(Artikolu 43 KE)
Dritt tal-Unjoni Ewropea – Effett dirett – Supremazija – Kunflitt bejn id-dritt tal-Unjoni u liġi nazzjonali – Obbligi u setgħat tal-qorti nazzjonali adita – Nuqqas ta’ applikazzjoni tal-liġi nazzjonali
(Artikoli 10 KE u 43 KE)
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punti 12-14)
L-Artikolu 43 KE għandu jiġi interpretat fis-sens li l-fatt, għal leġiżlazzjoni nazzjonali, li tissuġġetta għal kundizzjoni marbuta mal-impossibbiltà tal-użu tat-telf għall-bżonnijiet ta’ taxxa barranija l-possibbiltà ta’ trasferiment, permezz ta’ eżenzjoni ta’ grupp u għal kumpannija residenti, tat-telf sostnut mill-istabbiliment permanenti f’dan l-Istat Membru ta’ kumpannija li ma hijiex residenti, meta t-trasferiment tat-telf sostnut f’dan l-Istat Membru minn kumpannija residenti ma huwa suġġett għall-ebda kundizzjoni ekwivalenti, jikkostitwixxi restrizzjoni tal-libertà ta’ kumpannija li ma hijiex residenti li tistabbilixxi ruħha fi Stat Membru ieħor.
Fil-fatt, tali differenza fit-trattament tirrendi inqas attraenti, għall-kumpanniji li għandhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom fi Stati Membri oħra, l-eżerċizzju tal-libertà ta’ stabbiliment permezz ta’ stabbiliment permanenti. Minbarra dan, is-sitwazzjoni ta’ kumpannija li ma hijiex residenti li għandha biss stabbiliment permanenti fit-territorju nazzjonali u dik ta’ kumpannija residenti huma, fir-rigward tal-għan ta’ sistema fiskali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, oġġettivament komparabbli sakemm hija kkonċernata l-possibbiltà ta’ trasferiment permezz ta’ eżenzjoni ta’ grupp tat-telf sostnut f’dan l-Istat Membru lil kumpannija oħra f’dan il-grupp.
Tali restrizzjoni ma tistax tiġi ġġustifikata b’raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali bbażati fuq l-għan intiż sabiex jiġi prekluż it-teħid inkunsiderazzjoni doppju tat-telf, fuq iż-żamma ta’ bilanċ bejn is-setgħat ta’ impożizzjoni tal-Istati Membri jew fuq dawn it-tnejn flimkien.
F’dan ir-rigward, f’dak li jirrigwarda, fl-ewwel lok, iż-żamma ta’ bilanċ bejn is-setgħat ta’ impożizzjoni tal-Istati Membri, is-setgħa ta’ impożizzjoni tal-Istat Membru ospitanti, li fit-territorju tiegħu tiġi eżerċitata l-attività ekonomika li tat lok għat-telf tal-istabbiliment permanenti, bl-ebda mod ma hija affettwata bil-possibbiltà ta’ trasferiment, b’eżenzjoni ta’ grupp u għal kumpannija residenti, tat-telf sostnut minn stabbiliment permanenti li jinsab fit-territorju tiegħu, peress li s-setgħa ta’ impożizzjoni ta’ dan tal-aħħar fuq l-eventwali profitti li jirriżultaw mill-attività, fit-territorju tiegħu, tal-istabbiliment permanenti ma hijiex affettwata.
F’dak li jirrigwarda, fit-tieni lok, ir-riskju ta’ teħid inkunsiderazzjoni doppju tat-telf, huwa ma jaffettwax is-setgħa ta’ impożizzjoni tal-Istat Membru li fih jinsab l-istabbiliment permanenti. It-telf ittrasferit mill-istabbiliment permanenti ta’ kumpannija mhux residenti f’dan l-Istat Membru lil kumpannija residenti, jistgħu jiġu relatati, f’kull każ, mas-setgħa ta’ impożizzjoni ta’ dan l-Istat. Din is-setgħa ta’ impożizzjoni ma hija bl-ebda mod imqiegħda f’dubju bil-fatt li t-telf ittrasferit jista’, eventwalment, jittieħed inkunsiderazzjoni wkoll fi Stat Membru ieħor.
(ara l-punti 16, 19, 20, 25, 26, 30, 31, 35 u d-dispożittivi 1, 2)
Il-qorti nazzjonali li quddiemha tinfetaħ kawża li taqa’ taħt il-ġurisdizzjoni tagħha, bħala korp ta’ Stat Membru, għandha l-obbligu taħt il-prinċipju ta’ kooperazzjoni stabbilit fl-Artikolu 10 KE, li tapplika b’mod sħiħ id-dritt tal-Unjoni direttament applikabbli u li tipproteġi d-drittijiet li huwa jikkonferixxi lill-individwi, indipendentement minn kwalunkwe dispożizzjoni tal-liġi nazzjonali li tmur kontra dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni.
(ara l-punti 38, 40 u d-dispożittiv 3)
Kawża C-18/11
The Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs
vs
Philips Electronics UK Ltd
[talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Upper Tribunal (Tax and Chancery Chamber)]
“Libertà ta’ stabbiliment — Leġiżlazzjoni fiskali — Taxxa fuq il-kumpanniji — Tnaqqis fiskali — Leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi t-trasferiment tat-telf magħmul fit-territorju nazzjonali minn stabbiliment li ma huwiex residenti ta’ kumpannija stabbilita fi Stat Membru ieħor għal kumpannija tal-istess grupp stabbilita fit-territorju nazzjonali”
Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-6 ta’ Settembru 2012
Moviment liberu tal-persuni — Libertà ta’ stabbiliment — Dispożizzjonijiet tat-Trattat — Kamp ta’ applikazzjoni
(Artikoli 43 KE u 48 KE)
Moviment liberu tal-persuni — Libertà ta’ stabbiliment — Leġiżlazzjoni fiskali — Taxxa fuq il-kumpanniji — Tnaqqis tat-telf — Eżenzjoni ta’ grupp — Leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi t-trasferiment tat-telf sostnut minn stabbiliment permanenti, li jinsab fit-territorju nazzjonali, ta’ kumpannija mhux residenti stabbilita fi Stat Membru ieħor lil kumpannija residenti li tagħmel parti mill-istess grupp — Inammissibbiltà — Ġustifikazzjoni — Raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali bbażati fuq l-għan intiż għall-prevenzjoni tat-teħid inkunsiderazzjoni doppju tat-telf jew fuq l-għan li jinżamm tqassim ibbilanċjat tas-setgħa ta’ tassazzjoni bejn l-Istati Membri — Assenza
(Artikolu 43 KE)
Dritt tal-Unjoni Ewropea — Effett dirett — Supremazija — Kunflitt bejn id-dritt tal-Unjoni u liġi nazzjonali — Obbligi u setgħat tal-qorti nazzjonali adita — Nuqqas ta’ applikazzjoni tal-liġi nazzjonali