KONKLUŻJONIJIET TAL-AVUKAT ĠENERALI

KOKOTT

ippreżentati fis-17 ta’ Jannar 2013 ( 1 )

Kawża C‑583/11 P

Inuit Tapiriit Kanatami et

vs

Il-Parlament Ewropew

u

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

“Appell — Regolament (KE) Nru 1007/2009 — Kummerċ tal-prodotti mill-foki — Deroga għall-komunitajiet Inuit — Locus standi tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi fis-sens tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE — Kunċett ta’ ‘att regolatorju’ u distinzjoni fir-rigward ta’ ‘att leġiżlattiv’ — Assenza ta’ interess dirett jew individwali”

I – Introduzzjoni

1.

Ir-rimedji ġudizzjarji li l-individwi għandhom kontra atti ġuridiċi tal-Unjoni Ewropea ta’ applikazzjoni ġenerali ilhom jifformaw parti mill-kwistjonijiet l-iktar kontroversjali tad-dritt Ewropew. Wara s-sentenza Plaumann vs Il‑Kummissjoni ( 2 ), il-Qorti tal-Ġustizzja dejjem interpretat id-dritt li titressaq kawża diretta tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi b’mod relattivament strett, għall-ewwel skont l-Artikolu 173 KE(E), u mbagħad skont l-Artikolu 230 KE . Minkejja l-kritika li qalgħet, il-Qorti tal-Ġustizzja żammet ma’ din il-ġurisprudenza sal-lum u kkonfermatha, b’mod partikolari, fis-sentenza Unión de Pequeños Agricultores vs Il‑Kunsill ( 3 ) u fis-sentenza Il‑Kummissjoni vs Jégo-Quéré ( 4 ).

2.

Din il-ġurisprudenza ma hijiex barranija għas-sistema l-ġdida tad-dritt li titressaq kawża tal-individwi, li ġiet stabbilita fit-Trattat ta’ Lisbona, li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Diċembru 2009. Minn din id-data, ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE jippermetti lil kull persuna fiżika jew ġuridika tippreżenta rikors għal annullament “kontra att regolatorju li jirrigwardha direttament u li ma jinvolvix miżuri ta’ implimentazzjoni”.

3.

Sal-lum il-kontroversja ħajja li tikkonċerna l-punt dwar sa fejn din is-sistema ġdida wessgħat id-dritt li titressaq kawża tal-individwi għadha ma ttaffietx. Huwa preċiżament fuq dan il-punt li l-Qorti tal-Ġustizzja hija mitluba tiddeċiedi f’dan l-appell, fejn id-deċiżjoni tagħha hija b’mod partikolari mistennija fuq l-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ “att regolatorju” ( 5 ). Għandu prinċipalment jiġi stabbilit jekk l-atti leġiżlattivi tal-Unjoni Ewropea jistgħux huma wkoll jiġu kklassifikati fil-kategorija tal-atti regolatorji.

4.

Din it-tilwima nibtet mir-Regolament (KE) Nru 1007/2009 dwar il-kummerċ tal-prodotti mill-foki li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea adottaw b’mod konġunt fis-16 ta’ Settembru 2009 ( 6 ). Dan ir-regolament daħħal fis-suq intern Ewropew projbizzjoni ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti mill-foki li kontriha l-Inuit Tapiriit Kanatami, li tirrappreżenta l-interessi tal-Inuits Kanadiżi ( 7 ), kif ukoll numru ta’ partijiet ikkonċernati oħra, b’mod partikolari produtturi u kummerċjanti ta’ prodotti mill-foki, talbu l-protezzjoni tal-qrati tal-Unjoni.

5.

Fl-ewwel istanza, ir-rikors għal annullament ippreżentat mill-Inuit Tapiriit Kanatami u mill-ko-rikorrenti tagħha ma ġiex deċiż kif mixtieq minnhom, peress li, b’digriet tas-6 ta’ Settembru 2011 ( 8 ) (iktar ’il quddiem id-“digriet appellat”), il-Qorti Ġenerali ċaħdet dan ir-rikors wara li ddeċidiet li dan kien inammissibbli. Insostenn tad-digriet tagħha, il-Qorti Ġenerali b’mod partikolari spjegat li r-Regolament Nru 1007/2009 huwa att leġiżlattiv li ma jistax jitqies bħala att regolatorju fis-sens tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE. Huwa kontra dan id-digriet tal-Qorti Ġenerali li l-Inuit Tapiriit Kanatami u l-ko-rikorrenti tagħha fl-ewwel istanza, (iktar ’il quddiem, ukoll, “l-appellanti”) ħlief għal wieħed minnhom ( 9 ), ippreżentaw dan l-appell.

II – Id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti mill-foki

6.

Id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti mill-foki jinsabu, min-naħa waħda, fir-regolament bażiku (ir-Regolament Nru 1007/2009) li l-Parlament u l-Kunsill adottaw fl-2009 u, min-naħa l-oħra, f’regolament ta’ implementazzjoni li l-Kummissjoni Ewropea adottat fl-2010 [Regolament (UE) Nru 737/2010, tal-10 ta’ Awwissu 2010, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implementazzjoni tar-Regolament Nru 1007/2009 (ĠU L 216, p. 1), iktar ’il quddiem ir-“regolament ta’ implementazzjoni”]. L-uniku punt ta’ tilwima hawnhekk huwa l-locus standi tal-Inuit Tapiriit Kanatami u tal-ko-appellanti tagħha fir-rigward tar-regolament bażiku, peress li r-regolament ta’ implementazzjoni huwa s-suġġett ta’ rikors separat li dawn il-partijiet ippreżentaw quddiem il-Qorti Ġenerali u li sal-lum għadu pendenti quddiemha ( 10 ).

A – Ir-regolament bażiku (ir-Regolament Nru 1007/2009)

7.

Is-suġġett tar-Regolament Nru 1007/2009 jinsab iddefinit fl-Artikolu 1 tiegħu bil-mod kif ġej:

“Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli armonizzati dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti derivati mill-foki”.

8.

L-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 1007/2009 jiddefinixxi l-“kundizzjonijiet għat-tqegħid fis-suq” tal-prodotti mill-foki:

“1.   It-tqegħid fis-suq ta’ prodotti derivati mill-foki għandu jkun permess biss meta l-prodotti derivati mill-foki jirriżultaw minn kaċċa tradizzjonalment imwettqa mill-Inuit u minn komunitajiet indiġeni oħra u li tikkontribwixxi għall-għajxien tagħhom. Dawn il-kondizzjonijiet għandhom japplikaw fil-waqt jew fil-punt ta’ importazzjoni għall-prodotti importati.

2.   B’deroga mill-paragrafu 1:

a)

l-importazzjoni ta’ prodotti derivati mill-foki għandha tkun permessa wkoll meta tkun ta’ natura okkażjonali u tkun tikkonsisti esklussivament minn oġġetti għall-użu personali tal-vjaġġaturi jew il-familji tagħhom. In-natura u l-kwantità ta’ oġġetti ta’ dan it-tip m’għandhomx ikunu tali li jindikaw li qed jiġu importati għal raġunijiet kummerċjali;

b)

it-tqegħid fis-suq għandu jkun permess ukoll għall-prodotti mill-foki li jirriżultaw mill-prodotti sekondarji tal-kaċċa li tkun regolata taħt il-liġi nazzjonali u li titwettaq għall-iskop waħdieni ta’ mmaniġġjar sostenibbli tar-riżorsi tal-baħar. Tqegħid fis-suq ta’ dan it-tip għandu jkun permess biss fuq il-bażi li ma jkunx għal skopijiet ta’ qligħ. In-natura u l-kwantità ta’ prodotti mill-foki m’għandhomx ikunu tali li jindikaw li qed jitqiegħdu fis-suq għal raġunijiet kummerċjali.

L-applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu m’għandhiex iddgħajjef l-ilħuq tal-objettiv ta’ dan ir-Regolament.

3.   Il-Kummissjoni, bi qbil mal-proċedura ta’ mmaniġġjar msemmija fl-Artikolu 9[5](2), għandha tfassal noti ta’ gwida teknika li jistabbilixxu lista indikattiva tal-kodiċijiet tan-Nomenklatura Magħquda li jistgħu jkopru l-prodotti derivati mill-foki li huma suġġetti għal dan l-Artikolu.

4.   Bla ħsara għall-paragrafu 3, il-miżuri għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament billi jissuplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju [...]”.

9.

Il-kunċett ta’ “Inuit” huwa ddefinit fl-Artikolu 2(4) tar-Regolament Nru 1007/2009 bil-mod kif ġej:

“il-membri indiġeni tat-territorju Inuit – speċifikament dawk l-inħawi Artiċi u sub-Artiċi fejn, attwalment jew tradizzjonalment, l-Inuit għandhom drittijiet u interessi aboriġini – rikonoxxuti mill-Inuit bħala membri tal-poplu tagħhom u li jinkludu l-Inupiat, il-Yupik (Alaska), l-Inuit, l-Inuvialuit (Kanada), il-Kalaallit (Greenland) u l-Yupik (Russja)”

B – Ir-regolament ta’ implementazzjoni (ir-Regolament Nru 737/2010)

10.

Fl-10 ta’ Awwissu 2010, il-Kummissjoni adottat id-dispożizzjonijiet ta’ implementazzjoni dwar il-kummerċ ta’ prodotti mill-foki kif jippermettilha tagħmel l-Artikolu 3(4) tar-Regolament Nru 1007/2009. Dan huwa r-regolament ta’ implementazzjoni ( 11 ).

11.

L-Artikolu 1 tar-regolament ta’ implementazzjoni jipprovdi:

“Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dettaljati għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti derivati mill-foki skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1007/2009”.

12.

L-Artikolu 3 tar-regolament ta’ implementazzjoni jistabbilixxi l-kundizzjonijiet li taħthom jistgħu jitqiegħdu fis-suq prodotti mill-foki li ġejjin minn forom ta’ kaċċa pprattikati mill-komunitajiet Inuit u minn komunitajiet indiġeni oħra.

13.

L-Artikolu 4 tar-regolament ta’ implementazzjoni jippreċiża taħt liema kundizzjonijiet jistgħu jiġu importati prodotti mill-foki intiżi għall-użu personali tal-vjaġġaturi jew tal-membri tal-familja tagħhom.

14.

Fl-aħħar nett, l-Artikolu 5 tar-regolament ta’ implementazzjoni jistabbilixxi l-kundizzjonijiet li taħthom jistgħu jitqiegħdu fis-suq il-prodotti mill-foki li ġejjin mill-ġestjoni tar-riżorsi tal-baħar.

III – Il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja

15.

L-Inuit Tapiriit Kanatami u l-ko-appellanti tagħha ppreżentaw dan l-appell permezz ta’ rikors tal-21 ta’ Novembru 2011. Huma talbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla d-digriet appellat tal-Qorti Ġenerali u tiddikjara r-rikors għal annullament ammissibbli jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tikkunsidra li l-elementi kollha meħtieġa għal evalwazzjoni tal-ammissibbiltà tar-rikors għall-annullament tar-regolament ikkontestat huma preżenti;

sussidjarjament, tannulla d-digriet appellat u tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali;

tikkundanna lill-Parlament u lill-Kunsill iħallsu l-ispejjeż tal-appellanti;

tikkundanna lill-Kummissjoni u lir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi jħallsu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

16.

Il-Parlament jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tiċħad l-appell; u

tikkundanna lill-appellanti għall-ispejjeż.

17.

Il-Kunsill jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tiċħad l-appell; u

tikkundanna lill-appellanti in solidum għall-ispejjeż.

18.

Il-Kummissjoni, li kienet diġà interveniet fl-ewwel istanza insostenn tat-talbiet tal-Parlament u tal-Kunsill, titlob min-naħa tagħha li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha tiċħad l-appell u tikkundanna lill-appellanti għall-ispejjeż.

19.

Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, li kien, huwa wkoll, intervjena fl-ewwel istanza insostenn tat-talbiet tal-Parlament u tal-Kunsill, ma pparteċipax fil-proċeduri quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.

20.

Wara li ntemmet il-proċedura bil-miktub, il-Qorti tal-Ġustizzja żammet seduta fuq l-appell fl-20 ta’ Novembru 2012.

IV – Evalwazzjoni

21.

Huwa essenzjali li jiġi interpretat ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE u li jiġi ppreċiżat id-dritt li titressaq kawża li dan jagħti lill-persuni fiżiċi u ġuridiċi jekk wieħed irid li tiġi ggarantita l-protezzjoni ġudizzjarja effettiva tagħhom. Din l-interpretazzjoni għandha wkoll effetti kunsiderevoli fuq it-tqassim tas-setgħat u tar-responsabbiltajiet bejn il-qrati tal-Unjoni u l-qrati tal-Istati Membri. B’mod ġenerali, ma għandhiex tiġi ssottovalutata l-importanza tagħha għas-sistema kollha ta’ protezzjoni ġudizzjarja stabbilita mit-Trattati Ewropej.

22.

Il-partijiet kollha fl-appell jaqblu li r-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE wessa’ d-dritt li titressaq kawża tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi. Min-naħa l-oħra, huma assolutament ma jaqblux fuq l-estent ta’ dan it-twessiegħ. Għaldaqstant, l-interpretazzjonijiet tagħhom dwar ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 huma kunsiderevolment differenti.

23.

Filwaqt li l-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni jiddefendu unanimament id-digriet appellat u jressqu argumenti li xi ftit jew wisq jaqblu, l-appellanti jieħdu pożizzjoni dijametrikament opposta: huma jsostnu li l-Qorti Ġenerali interpretat ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE b’mod restrittiv wisq għad-detriment tar-rekwiżiti ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva.

24.

Huma jressqu tliet aggravji, li l-ewwel wieħed minnhom huwa dedott direttament mir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE (Kapitolu A iktar ’il quddiem) filwaqt li t-tieni huwa bbażat fuq id-dritt fundamentali għal rimedju ġudizzjarju effettiv (Kapitolu B iktar ’il quddiem) u t-tielet jikkonċerna l-kwistjoni dwar jekk il-Qorti Ġenerali fehmitx b’mod korrett l-argumenti li huma kienu ressqu fl-ewwel istanza (Kapitolu Ċ iktar ’il quddiem).

A – L-ewwel aggravju

25.

L-ewwel aggravju jirrappreżenta l-qalba tal-kawża. Il-partijiet ma jaqblux dwar l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni korretta tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE, li l-verżjoni attwali tiegħu hija dik tat-Trattat ta’ Lisbona, li hija redatta kif ġej:

“Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika tista’, taħt il-kondizzjonijiet previsti fl-ewwel u t-tieni subparagrafi, tressaq appell kontra att indirizzat lilha jew li jirrigwardha direttament u individwalment, kif ukoll kontra att regolatorju li jirrigwardha direttament u li ma jinvolvix miżuri ta’ implimentazzjoni”.

1. L-espressjoni “att regolatorju” (l-ewwel parti tal-ewwel aggravju)

26.

Fl-ewwel parti tal-ewwel aggravju tagħhom, li hija diretta kontra l-punti 38 sa 56 tad-digriet appellat, l-appellanti jilmentaw li l-Qorti Ġenerali interpretat b’mod żbaljat l-espressjoni “att regolatorju” li tinsab fit-tielet ipotesi tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE.

27.

Għall-Inuit Tapiriit Kanatami u l-ko-appellanti tagħha, il-fatt kontenzjuż jirriżulta mill-fatt li, fid-digriet tagħha, il-Qorti Ġenerali kkunsidrat li l-“atti leġislattivi” fis-sens tal-Artikolu 289(3) TFUE ( 12 ), li minnhom jifforma parti r-Regolament Nru 1007/2009, ma humiex atti regolatorji. Dan hu dak li l-Qorti Ġenerali ddikjarat fil-punt 56 tad-digriet appellat, li fih hija tagħti l-opinjoni legali kkritikata mill-appellanti:

“il-kunċett ta’ ‘att regolatorju’, fis-sens tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE għandu jinftiehem bħala li jipprevedi kull att ta’ portata ġenerali bl-eċċezzjoni ta’ atti leġiżlattivi. Konsegwentement, att leġiżlattiv jista’ jkun is-suġġett ta’ rikors għall-annullament ta’ persuna fiżika jew ġuridika biss meta jikkonċernaha direttament u individwalment”.

L-appellanti jikkunsidraw li l-Qorti Ġenerali, għaldaqstant, interpretat b’mod eċċessivament restrittiv il-possibbiltajiet għal persuna fiżika jew ġuridika li tressaq kawża. Huma jsostnu li d-distinzjoni li hija għamlet bejn atti leġiżlattivi u atti regolatorji hija esaġeratament formalistika. Il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni jsostnu, min-naħa l-oħra, li s-soluzzjoni adottata mill-Qorti Ġenerali hija korretta u, għaldaqstant, huma jiddefenduha bil-qawwa.

28.

Id-duttrina hija wkoll maqsuma fir-rigward tal-kwistjoni dwar l-interpretazzjoni tat-tielet possibbiltà l-ġdida introdotta mir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE peress li hemm min jgħid li l-atti leġiżlattivi għandhom jiġu inklużi fil-kategorija tal-atti regolatorji mentri hemm oħrajn li ma jaqblux. Jidhirli li n-numru ta’ sostenituri jew ta’ oppożituri huma bejn wieħed u ieħor indaqs ( 13 ).

29.

Kif ser ngħaddi biex nuri, l-interpretazzjoni li l-Qorti Ġenerali tat lill-espressjoni “att regolatorju” hija korretta [ara t-taqsima (a) iktar ’il quddiem] u l-argumenti li l-appellanti ressqu kontriha ma humiex tali li jannullawha [ara t-taqsima (b) iktar ’il quddiem].

a) Fuq l-interpretazzjoni tal-espressjoni “att regolatorju” mogħtija mill-Qorti Ġenerali

30.

L-espressjoni “att regolatorju” imkien ma hija ddefinita fit-Trattati. Kif ġustament tindika l-Qorti Ġenerali ( 14 ), din tirrigwarda dejjem, bla ebda dubju, atti tad-dritt tal-Unjoni ta’ applikazzjoni ġenerali, iżda dan ma jfissirx bilfors l-atti kollha tad-dritt tal-Unjoni ta’ applikazzjoni ġenerali huma fl-istess ħin atti regolatorji.

31.

Ikun b’mod partikolari prematur li jiġi aċċettat li r-regolamenti kollha huma fl-istess ħin atti regolatorji, kemm jekk ikunu atti leġiżlattivi u kemm jekk le. Għalkemm huwa minnu li, f’ċerti verżjonijiet lingwistiċi tat-Trattati, hemm xebh ċar bejn il-kunċett ta’ “regolament” fis-sens tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 TFUE u l-espressjoni “att regolatorju” li tinsab fir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE ( 15 ), jekk l-espressjonijiet “regolament” u “att regolatorju” jiġu assimilati fuq il-bażi selettiva ta’ xi verżjonijiet lingwistiċi tat-Trattat TUE, dan ikun ifisser li jkun qiegħed jiġi injorat li t-Trattati Ewropej huma obbligatorji b’mod uniformi llum fi 23 lingwa differenti (Artikolu 55(1) TUE u Artikolu 358 TFUE). F’diversi lingwi uffiċjali tal-Unjoni, ma hemm ebda rabta etimoloġika bejn il-kunċett ta’ “regolament” u dak ta’ “att regolatorju” ( 16 ).

32.

Minn dan li jippreċedi jirriżulta li fid-dritt tal-Unjoni, il-kunċett ta’ “att regolatorju” huwa kunċett sui generis li għandu jiġi interpretat fid-dawl tal-għan tad-dispożizzjoni tat-Trattat li fiha dan jissemma, tal-kuntest li fih jinsab ( 17 ), kif ukoll tal-oriġini tiegħu. Ċertament, sal-lum l-oriġini ta’ dispożizzjoni ma kellhiex rwol partikolari fl-interpretazzjoni tad-dritt primarju peress li l-essenzjal tax-xogħol preparatorju tat-Trattati fundaturi ma kienx aċċessibbli, iżda s-sitwazzjoni ħadet żvolta fundamentalment differenti wara li daħlet id-drawwa li jiġu kkunsidrati l-konvenzjonijiet sabiex jiġu ppreparati l-emendi tat-Trattati, kif ukoll dik li jiġu ppubblikati l-mandati tal-konferenzi governattivi. Iż-żieda fit-trasparenza fil-fażi ta’ qabel ma jsiru l-emendi lit-Trattati tiftaħ possibbiltajiet ġodda ta’ interpretazzjoni tagħhom li ma għandhomx jibqgħu mhux użati bħala mezzi komplementari ta’ interpretazzjoni meta li, kif inhuwa dan il-każ ineżami, it-test ta’ dispożizzjoni, il-kuntest leġiżlattiv tagħha u l-għanijiet li hija jkollha ma jippermettux li jintefa’ dawl fuq is-sinjifikat tagħha ( 18 ).

33.

Permezz tas-sostituzzjoni tal-ex raba’ paragrafu tal-Artikolu 230 KE bir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE attwali, il-leġiżlatur ried inkontestabbilment isaħħaħ il-protezzjoni ġudizzjarja individwali billi jestendi l-possibbiltà għall-persuni fiżiċi u ġuridiċi li jippreżentaw rikorsi kontra l-atti tal-Unjoni ta’ applikazzjoni ġenerali ( 19 ). Ikkunsidrat waħdu, dan l-għan itendi favur interpretazzjoni wiesgħa tal-espressjoni “att regolatorju” ( 20 ).

34.

Madankollu, wieħed ma għandux jinsa li dawk li kitbu t-Trattat ta’ Lisbona, li xtaqu jsaħħu l-protezzjoni ġudizzjarja individwali, ma wettqux dan l-għan biss billi żiedu tielet possibbiltà ta’ rikors fir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE, li jwessgħa l-aċċess tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi għar-rikorsi diretti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, imma wkoll permezz tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(2) TUE, li jsaħħaħ din il-protezzjoni ġudizzjarja individwali quddiem il-qrati nazzjonali fl-oqsma koperti mid-dritt tal-Unjoni.

35.

Il-koeżistenza tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 u tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE tindika, għaldaqstant, li l-protezzjoni ġudizzjarja tal-individwi ma għandhiex bilfors tikkonsisti fil-possibbiltà li dawn jippreżentaw rikors kontra l-atti tal-Unjoni ta’ applikazzjoni ġenerali direttament quddiem il-qrati tal-Unjoni.

36.

Għal dak li jikkonċerna, b’mod partikolari, il-kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà tar-rikorsi għal annullament, mill-istruttura ġenerali tad-diversi paragrafi tal-Artikolu 263 TFUE jirriżulta li dawn il-kundizzjonijiet ivarjaw skont l-att li kontrih ikun dirett ir-rikors, skont jekk ikunx att leġiżlattiv jew att regolatorju. Filwaqt li l-ewwel paragrafu jsemmi l-atti leġiżlattivi, ir-raba’ wieħed, li huwa kkonċernat f’dan il-każ, jirreferi għall-atti regolatorji. Dawn id-differenzi fit-terminoloġija ma humiex kumbinazzjoni, iżda jesprimu pjuttost li, sa mill-bidu, l-Artikolu 263 TFUE kien jagħti lid-diversi kategoriji ta’ rikorrenti hemm imsemmija possibbiltajiet ta’ rikors dirett xi ftit jew wisq wiesa’.

37.

Filwaqt li t-tieni paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE jippermetti lir-rikorrenti pprivileġġjati li huwa jsemmi jippreżentaw rikorsi kontra l-kategoriji kollha ta’ atti ġuridiċi tal-Unjoni li jissemmew fl-ewwel paragrafu u filwaqt li t-tielet paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE jippermetti lir-rikorrenti parzjalment ipprivileġġjati li huwa jsemmi jagħmlu l-istess, fejn dan id-dritt li titressaq kawża jestendi għall-atti leġiżlattivi wkoll, id-dritt li titressaq kawża diretta li r-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE jagħti lill-persuni fiżiċi u ġuridiċi huwa minn dejjem limitat għal ċerti kategoriji ta’ atti ġuridiċi tal-Unjoni. Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE jestendi l-possibbiltà għal dawn li jippreżentaw rikorsi biss kontra atti regolatorji, imma mhux kontra l-atti leġiżlattivi. Kif ġustament enfasizzat il-Qorti Ġenerali, l-individwi mhux dejjem jistgħu jikkontestaw direttament l-atti leġiżlattivi ħlief b’mod eċċezzjonali fil-kuntest tat-tieni każ imsemmi fir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE, jiġifieri meta dawn l-atti jikkonċernawhom direttament u individwalment ( 21 ).

38.

L-assenza ta’ aċċess iktar faċli għall-individwi biex jippreżentaw rikorsi diretti kontra l-atti leġiżlattivi huwa spjegat mil-leġittimità demokratika partikolarment għolja tal-leġiżlazzjoni parlamentari. Id-distinzjoni bejn atti leġiżlattivi u atti regolatorji mill-aspett tal-protezzjoni ġuridika ma tistax għaldaqstant tiġi skartata bħala sempliċiment formali; għall-kuntrarju hija bbażata fuq differenza kwalitattiva. F’diversi sistemi legali nazzjonali, l-individwi ma jistgħux jippreżentaw rikorsi diretti kontra l-liġijiet parlamentari jew inkella huma jistgħu jagħmlu dan biss f’limiti stretti ħafna.

39.

L-oriġini tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE tikkonferma li, anki fis-sistema tat-Trattati Ewropej, l-individwi mhux dejjem għandhom ikollhom aċċess iffaċilitat għar-rikorsi diretti kontra l-atti leġiżlattivi. Oriġinarjament, din id-dispożizzjoni, li ħarġet mix-xogħol preparatorju tal-Konvenzjoni Ewropea, kellha tkun l-Artikolu III‑365(4) tat-Trattat li jistabbilixxi kostituzzjoni għall-Ewropa ( 22 ) (iktar ’il quddiem it-“Trattat Kostituzzjonali”).

40.

Skont l-Artikoli I‑33 sa I‑37 tiegħu, it-Trattat Kostituzzjonali kien ibbażat fuq distinzjoni u ġerarkija ċara bejn atti leġiżlattivi u atti regolatorji, fejn ir-“regolament Ewropew” kien ikklassifikat bħala “att mhux leġiżlattiv ta’ applikazzjoni ġenerali” esklużivament tat-tieni kategorija (l-ewwel sentenza tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu I-33(1) tat-Trattat Kostituzzjonali). Għalkemm l-Artikolu III-365(4) tat-Trattat Kostituzzjonali ta lill-persuni fiżiċi jew ġuridiċi rimedju ġudizzjarju kontra “att regolatorju”, dawn manifestament setgħu, għaldaqstant, jikkontestaw biss l-atti mhux leġiżlattivi, u dan kif jikkonfermah ukoll ix-xogħol preparatorju tal-Konvenzjoni Ewropea dwar l-Artikolu III‑270(4) tal-abbozz ta’ Trattat li jistabbilixxi Kostituzzjoni għall-Ewropa ( 23 ), dispożizzjoni li saret l-Artikolu III‑365(4) tat-Trattat Kostituzzjonali. Għalkemm l-espressjoni “att ta’ applikazzjoni ġenerali” isemmiet sewwasew fi ħdan il-Konvenzjoni, hija ġiet finalment miċħuda u ssostitwita bl-espressjoni iktar limitata “att regolatorju”, li kienet intiża sabiex tesprimi d-differenza bejn l-atti leġiżlattivi u l-atti mhux leġiżlattivi ( 24 ).

41.

Il-fatt li prattikament il-verżjonijiet lingwistiċi kollha ( 25 ) rriproduċew f’termini identiċi l-kontenut tal-Artikolu III‑365(4) tat-Trattat Kostituzzjonali fit-Trattat ta’ Lisbona jwassal biex jiġi konkluż li lanqas ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE attwali ma jikkontempla l-atti leġiżlattivi meta juża l-kliem “att regolatorju”, u dan kif juru b’mod partikolarment ċar il-verżjonijiet lingwistiċi numerużi tat-Trattat TUE li, biex jirreferu għal “att regolatorju”, jużaw kunċetti li jfakkru iktar l-atti tas-setgħa eżekuttiva milli dawk tas-setgħa leġiżlattiva ( 26 ).

42.

Ċertament, it-Trattat ta’ Lisbona ma fih ebda sistematizzazzjoni u lanqas ġerarkija li huma paragunabbli għal dawk li uża t-Trattat Kostituzzjonali. Fis-sistema tat-Trattat UE u tat-Trattat FUE, l-atti leġiżlattivi jistgħu huma wkoll jieħdu l-forma ta’ regolamenti fis-sens tal-Artikolu 288(2) TUE. Illum, id-distinzjoni bejn atti leġiżlattivi u atti mhux leġiżlattivi tikkonsisti ġeneralment fit-teknika proċedurali, kif inhu l-każ, pereżempju, fl-Artikoli 290(1) TFUE u 297 TFUE.

43.

Fid-dawl ta’ dawn id-differenzi bejn it-Trattat Kostituzzjonali u t-Trattati attwalment fis-seħħ, wieħed jista’ teoretikament jagħti, kif qegħdin jipproponu l-appellanti, sinjifikat differenti lill-espressjoni “att regolatorju” li tinsab fir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE u jinterpretaha b’mod iktar wiesa’ minn dak li riedet il-Konvenzjoni Ewropea u l-awturi tat-Trattat Kostituzzjonali, b’mod li anki l-atti leġiżlattivi jiġu inklużi fl-atti regolatorji.

44.

Tali interpretazzjoni wiesgħa tal-espressjoni “att regolatorju” tkun, madankollu, diffiċilment kompatibbli mal-mandat li ngħatat il-Konferenza Intergovernattiva tal-2007 li nnegozjat it-Trattat ta’ Lisbona. Din il-Konferenza kellha bħala missjoni li tabbanduna l-kunċett kostituzzjonali li fuqu kien ibbażat it-Trattat bl-istess isem ( 27 ) mingħajr madankollu, fir-rigward tal-bqija, ma taffettwa l-acquis tat-Trattat Kostituzzjonali ( 28 ). Il-kontenut tal-“prodott lest” tal-Konferenza kellu, għaldaqstant, safejn possibbli, jikkorrispondi għat-Trattat Kostituzzjonali u seta’ jiddistakka ruħu biss fuq ċerti punti partikolarment simboliċi ( 29 ).

45.

Nenfasizza, b’mod partikolari, li l-mandat tal-Konferenza Intergovernattiva tal-2007 ta lid-delegazzjonijiet istruzzjonijiet biex jiġi abbandunat ċertu kliem “filwaqt li tinżamm id-distinzjoni bejn dak li huwa leġiżlattiv u dak li ma huwiex, u l-konsegwenzi li jirriżultaw minnha” ( 30 ).

46.

F’dawn iċ-ċirkustanzi, huwa għal kollox improbabbli li fil-kitba tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE b’mod partikolari, il-Konferenza Intergovernattiva riedet tmur lil hinn mit-Trattat Kostituzzjonali. Barra minn hekk ma jeżisti ebda element konkret li jippermetti li wieħed jaħseb dan. Kieku din kienet l-intenzjoni tagħhom, il-kittieba tat-Trattat ta’ Lisbona kienu jenfasizzaw it-twessiegħ eventwali tar-rimedji ġudizzjarji disponibbli għall-individwi fir-rigward tal-Artikolu III‑365(4) tat-Trattat Kostituzzjonali fit-test tal-verżjonijiet lingwistiċi kollha tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE ( 31 ), billi jużaw, pereżempju, l-espressjoni “atti ta’ applikazzjoni ġenerali” li kienet ġiet diskussa fi ħdan il-Konvenzjoni Ewropea, iżda li finalment kienet ġiet miċħuda ( 32 ). Dan japplika iktar peress li dan il-kliem jintuża f’postijiet oħra fit-Trattat FUE (ara l-Artikolu 277 TFUE, l-ewwel sentenza tal-Artikolu 288(2) u l-Artikolu 290(1) TFUE).

47.

Fi ftit kliem, il-Qorti Ġenerali kienet kompletament iġġustifikata li tinterpreta l-espressjoni “att regolatorju” fis-sens li tinkludi l-atti kollha tal-Unjoni ta’ applikazzjoni ġenerali bl-esklużjoni tal-atti leġiżlattivi.

b) Fuq l-argumenti mressqa mill-appellanti

48.

B’kuntrast għal dak li jaħsbu l-appellanti, l-interpretazzjoni u l-interpretazzjoni tat-tielet ipotesi msemmija fir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE mill-Qorti Ġenerali f’dan il-każ bl-ebda mod ma jinnewtralizzaw il-possibbiltà għall-persuni fiżiċi u ġuridiċi li jippreżentaw rikorsi diretti kontra l-atti regolatorji u bl-ebda mod ma jxejnu r-raison d’être tan-novità introdotta mit-Trattat ta’ Lisbona. L-argumenti stess tagħhom huma vvizzjati b’lakuni gravi li jirriżultaw minn qari żbaljat tad-digriet appellat, min-naħa waħda, u minn interpretazzjoni żbaljata fundamentali tal-atti ġuridiċi u tal-proċeduri previsti mit-Trattat, min-naħa l-oħra.

– Mhux ir-regolamenti, id-direttivi u d-deċiżjonijiet kollha huma atti leġiżlattivi

49.

L-appellanti jilmentaw, fl-ewwel lok, dwar l-interpretazzjoni tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE mogħtija mill-Qorti Ġenerali li tippermetti li jiġu inklużi fil-kunċett ta’ att regolatorju r-rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet biss fis-sens tal-ħames paragrafu tal-Artikolu 288 TFUE, li assolutament ma jistgħux jiġu kkontestati u dan peress li r-regolamenti, id-direttivi u d-deċiżjonijiet adottati mill-Parlament u mill-Kunsill huma kollha atti leġiżlattivi.

50.

Dan l-argument ma huwiex fondat. Huwa ċar li hemm atti tal-Unjoni li ma humiex rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet li jistgħu wkoll jiġu kklassifikati bħala atti regolatorji. Dan huwa partikolarment il-każ fir-rigward ta’ diversi regolamenti fis-sens tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 TFUE u ta’ diversi deċiżjonijiet fis-sens tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 288 TFUE. Fil-prattika, dan anki jirrappreżenta l-parti l-kbira tal-każijiet, u dan kif ġustament osservaw il-Kunsill u l-Kummissjoni.

51.

Ċertament, ir-regolamenti u d-deċiżjonijiet kif ukoll id-direttivi jagħmlu parti mill-kategoriji ta’ atti ġuridiċi li jistgħu jiġu adottati skont proċedura leġiżlattiva (Artikolu 289(1) u (2) TFUE), iżda l-appellanti jinsew li mhux ir-regolamenti, id-direttivi u d-deċiżjonijiet kollha jiġu adottati b’dan il-mod u skont din il-proċedura. Anki atti li ma humiex leġiżlattivi jistgħu jiġu adottati fl-għamla ta’ regolament, direttiva jew deċiżjoni (Artikolu 297(1) TFUE).

52.

Għal dak li jirrigwarda, b’mod iktar partikolari, ir-regolamenti, dawn jiġu adottati, f’ħafna każijiet, mill-Kunsill jew mill-Kummissjoni bħala regolamenti ta’ implementazzjoni ta’ atti leġiżlattivi jew inkella jiġu adottati bħala regolamenti skont proċedura sui generis ( 33 ). Għal dak li jikkonċerna d-deċiżjonijiet, dawn normalment jiġu adottati skont proċeduri oħra li ma humiex il-proċedura leġiżlattiva, spiss mill-Kunsill jew mill-Kummissjoni, u jistgħu għaldaqstant jitqiesu, eventwalment, bħala atti regolatorji, a fortiori meta huma ma jkunux indirizzati lil destinatarji partikolari (it-tieni sentenza tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 288 TFUE a contrario).

– L-atti mhux leġiżlattivi ma humiex kollha atti ddelegati

53.

L-appellanti jsostnu, fit-tieni lok, li l-awturi tat-Trattat ta’ Lisbona ma kinux jużaw l-espressjoni “att regolatorju”, imma dik ta’ “atti delegati” fis-sens tal-Artikolu 290 TFUE kieku kellhom l-intenzjoni li fir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE jistabbilixxu distinzjoni bejn atti leġiżlattivi u atti mhux leġiżlattivi. Il-fatt li huma użaw l-espressjoni “att regolatorju” jindika li din id-dispożizzjoni hija intiża għal xi ħaġa differenti mill-atti mhux leġiżlattivi.

54.

Dan l-argument lanqas ma huwa konvinċenti. L-appellanti jinjoraw il-fatt li l-atti mhux leġiżlattivi ma għandhomx bilfors ikunu kollha atti ddelegati fis-sens tal-Artikolu 290 TFUE. L-atti mhux leġiżlattivi jistgħu wkoll jieħdu l-għamla ta’ atti ta’ implementazzjoni fis-sens tal-Artikolu 291 TFUE jew jiġu adottati skont proċedura sui generis ( 34 ).

– L-atti ta’ implementazzjoni jistgħu huma wkoll ikunu atti regolatorji

55.

L-appellanti jsostnu, fit-tielet lok, li d-distinzjoni li l-Qorti Ġenerali għamlet bejn atti leġiżlattivi u atti mhux leġiżlattivi ma tippermettix li tiġi kklassifikata l-kategorija tal-atti ta’ implementazzjoni fis-sens tal-Artikolu 291 TFUE.

56.

Din l-affermazzjoni hija żbaljata wkoll. Kif indikajt ( 35 ), l-atti ta’ implementazzjoni fis-sens tal-Artikolu 291 TFUE jistgħu, mingħajr ebda diffikultà, jiġu kklassifikati fil-kategorija tal-atti mhux leġiżlattivi. Meta tali atti ta’ implementazzjoni jkunu ta’ applikazzjoni ġenerali, li ġeneralment ikun il-każ fir-rigward tar-regolamenti ta’ implementazzjoni u spiss il-każ ta’ deċiżjonijiet ta’ implementazzjoni, dawn għandhom jitqiesu bħala atti regolatorji.

– Fuq l-effetti tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE fil-kawżi bħal Unión de Pequeños Agricultores vs Il‑Kunsill u Il‑Kummissjoni vs Jégo-Quéré

57.

Fl-aħħar nett, l-appellanti jaffermaw li interpretazzjoni u applikazzjoni tal-locus standi bħal dik applikata mill-Qorti Ġenerali ma hijiex tali li timla l-“lakuni fil-protezzjoni ġudizzjarja” kkonstatati fil-kawżi Unión de Pequeños Agricultores vs Il‑Kunsill ( 36 ) u Il‑Kummissjoni vs Jégo-Quéré ( 37 ).

58.

Dan l-argument huwa wkoll żbaljat.

59.

Fil-kawża Il‑Kummissjoni vs Jégo-Quéré, ir-rikors għal annullament kien dirett kontra regolament ta’ implementazzjoni li l-Kummissjoni kienet adottat fil-qasam tas-sajd. Illum, taħt ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE, tali att ġuridiku għandu jitqies bħala att regolatorju li ma jinvolvix miżuri ta’ implementazzjoni.

60.

Ir-rikors ippreżentat fil-kawża Unión de Pequeños Agricultores vs Il‑Kunsill, min-naħa l-oħra, kien intiż kontra regolament li jirrigwarda l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-qasma tal-politika agrikola. Tali regolament ikollu jiġi adottat, illum, skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (Artikolu 43(2) TFUE) u għaldaqstant ikun att leġiżlattiv (Artikolu 289(3) TFUE). Persuna fiżika jew ġuridika ma tistax, konsegwentement, tikkontestah permezz ta’ rikors dirett quddiem il-qrati tal-Unjoni, anki jekk tibbaża ruħha fuq ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE, sakemm dak ir-regolament ma jkunx jirrigwardaha direttament, u fuq kollox, individwalment (it-tieni ipotesi msemmija fir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE). Evidentement, dan ma jfissirx li l-individwi ma jistgħu jiksbu ebda protezzjoni ġudizzjarja effettiva kontra dispożizzjonijiet ta’ regolament li jirrigwarda l-organizzazzjoni komuni tas-suq. Għall-kuntrarju, huma jistgħu jinvokaw l-eventwali illegalità ta’ xi organizzazzjoni komuni tas-suq b’mod indirett, jiġifieri, skont il-kawża, permezz ta’ rikors għal annullament ippreżentat quddiem il-qrati tal-Unjoni kontra miżuri ta’ implementazzjoni adottati mill-Kummissjoni jew permezz ta’ rikors ippreżentat quddiem il-qrati nazzjonali kontra miżuri ta’ implementazzjoni adottati mill-awtoritajiet nazzjonali ( 38 ).

61.

Nosserva, en passant, li l-interpretazzjoni li l-Qorti Ġenerali tat lill-espressjoni “att regolatorju” li tinsab fit-tielet ipotesi msemmija fir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE lanqas ma ċċaħħad lill-Inuit Tapiriit Kanatami u lill-ko-appellanti tagħha minn kull protezzjoni ġudizzjarja. Fil-fatt, huma għandhom il-possibbiltà li jinvokaw l-allegata illegalità tar-Regolament Nru 1007/2009 b’mod indirett fil-kuntest ta’ eventwali rikorsi li huma jippreżentaw kontra miżuri ta’ implementazzjoni ta’ dan ir-regolament. Dan hu preċiżament dak li għamlu l-parti l-kbira minnhom quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fil-kuntest ta’ rikors, li għadu pendenti quddiemha, li ġie ppreżentat kontra r-Regolament ta’ implementazzjoni ( 39 ).

62.

Minn dan isegwi li l-ewwel parti tal-ewwel aggravju hija, għaldaqstant, infondata.

2. Il-kwistjoni tal-interess dirett u individwali tal-appellanti (it-tieni parti tal-ewwel aggravju)

63.

Peress li l-ewwel parti tal-ewwel aggravju ma tistax tirnexxi jekk il-Qorti tal-Ġustizzja ssegwi s-soluzzjoni li jiena nipproponi, għandha issa tiġi ttrattata t-tieni parti ta’ dan l-aggravju, li tressqet b’mod sussidjarju. L-appellanti jilmentaw li l-Qorti Ġenerali interpretat u applikat b’mod żbaljat il-kundizzjoni għall-ammissibbiltà dedotta mill-“interess dirett u individwali”.

64.

Il-kriterju tal-interess dirett u individwali (it-tieni ipotesi msemmija fir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE) għandu bħala għan li joffri lill-persuni fiżiċi u ġuridiċi protezzjoni ġudizzjarja effettiva kontra l-atti tal-Unjoni li ma jkunux indirizzati lilhom mingħajr, madankollu ma jwessa’ fl-istess ħin il-kamp ta’ applikazzjoni tar-rikors għal annullament b’mod li jirrendih bħala tip ta’ azzjoni popolari (actio popolaris).

65.

Il-Qorti Ġenerali ttrattat dan il-kriterju fil-punti 68 sa 93 tad-digriet appellat wara li waslet għall-konklużjoni li l-Inuit Tapiriit Kanatami u l-ko-appellanti tagħha ma setgħux jikkontestaw ir-Regolament Nru 1007/2009, li huwa att leġiżlattiv fis-sens tal-Artikolu 289(3) TFUE, taħt il-kundizzjonijiet inqas onerużi li japplikaw għall-atti regolatorji (it-tielet ipotesi msemmija fir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE).

a) Fuq l-interess dirett tal-appellanti

66.

L-appellanti jikkontestaw l-ewwel nett l-opinjoni tal-Qorti Ġenerali li ddikjarat li r-regolament ikkontestat jirrigwarda direttament lil erbgħa minnhom biss, jiġifieri lil Ta Ma Su Seal Products, lil NuTan Furs, lil GC Rieber Skinn u lil Canadian Seal Marketing Group ( 40 ), li, kif hija kkonstatat, huma tliet impriżi u assoċjazzjoni ta’ impriżi li jikkummerċjalizzaw prodotti mill-foki fis-suq Ewropew b’mod partikolari.

67.

L-appellanti jilmentaw li l-Qorti Ġenerali għaldaqstant interpretat il-kriterju tal-interess dirett b’mod restrittiv wisq. Fil-fehma tagħhom, dawk minnhom li joperaw biss fil-fażi ta’ qabel il-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti mill-foki fis-suq Ewropew, jiġifieri mhux biss il-kaċċaturi u n-nassaba kif ukoll l-assoċjazzjonijiet li jiddefendu l-interessi tagħhom, imma wkoll l-appellanti Karliin Aariak, li tiddisinja u tbiegħ ħwejjeġ tal-ġilda tal-foki, għandhom jitqiesu huma wkoll bħala li r-regolament ikkontestat jirrigwardahom direttament.

– Rimarki preliminari

68.

Għandu jingħad mill-ewwel li, kif ġustament indikaw l-appellanti, il-kriterju tal-interess dirett imsemmi fir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE ma jistax jiġi interpretat b’mod iktar restrittiv mill-kriterju identiku li kien stabbilit fl-ex raba’ paragrafu tal-Artikolu 173 KE u fl-ex raba’ paragrafu tal-Artikolu 230 KE li ppreċedewh ( 41 ). L-istituzzjonijiet li pparteċipaw fil-proċeduri ma wrew ebda dubju fuq dan is-suġġett.

69.

Il-kunċett ta’ interess dirett huwa identiku fit-tieni u fit-tielet ipotesi msemmija fir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE. Din hija r-raġuni li għaliha l-ispjegazzjonijiet li ser isegwu jibqgħu validi anki jekk il-Qorti tal-Ġustizzja ma ssegwix il-proposti tiegħi u tikkunsidra li r-regolament ikkontestat huwa att regolatorju ( 42 ).

70.

Biex tiddefinixxi l-kriterji legali tal-interess dirett fis-sens tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE, il-Qorti Ġenerali sserviet minn formola użata spiss fil-ġurisprudenza reċenti tal-qrati tal-Unjoni ( 43 ), formola li biha l-kundizzjoni li teżiġi li persuna fiżika jew ġuridika tkun direttament ikkonċernata bl-att tal-Unjoni tkun sodisfatta biss jekk l-att ikkontestat jipproduċi direttament effetti fuq is-sitwazzjoni legali tagħha u ma jħalli ebda setgħa diskrezzjonali lid-destinatarji ta’ din il-miżura li huma responsabbli għall-implementazzjoni tagħha, liema implementazzjoni jkollha natura purament awtomatika u tirriżulta biss mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni mingħajr applikazzjoni ta’ regoli intermedjarji oħra ( 44 ).

71.

Jien minix kompletament konvint li din il-formola hija adegwata biex tiddefinixxi kompletament il-kriterju tal-interess dirett fis-sens tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE. Min-naħa waħda, fil-fatt, ma huwiex rari li l-ġurisprudenza — perfettament bir-raġun — taċċetta bħala ammissibbli rikorsi għal annullament ippreżentati minn individwi kontra atti tal-Unjoni li l-effetti tagħhom fuqhom ma humiex effetti ta’ dritt, imma effetti purament materjali minħabba l-fatt, pereżempju, li huma direttament ikkonċernati fil-kwalità tagħhom ta’ operaturi fil-kompetizzjoni ma’ kompetituri tagħhom ( 45 ). Min-naħa l-oħra, il-ġurisprudenza tinkludi każijiet fejn l-interess dirett ta’ persuna ġie rikonoxxut anki meta l-miżura kkontestata kienet tħalli ċerta setgħa diskrezzjonali lill-awtoritajiet responsabbli mill-implementazzjoni tagħha inkwantu ċerti elementi kienu jippermettu li jiġi previst bi probabbiltà suffiċjenti li din is-setgħa ser tiġi eżerċitata b’mod speċifiku ( 46 ).

72.

Madankollu, dawn l-isfumaturi fil-formolazzjoni tal-kriterju tal-interess dirett ma kellhom ebda impatt f’dan il-każ. Fil-fatt, filwaqt li jiġi aċċettat li fil-kuntest tat-tieni ipotesi msemmija fir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE, għandu jittieħed inkunsiderazzjoni mhux biss l-effetti ta’ att tal-Unjoni fuq il-pożizzjoni legali ta’ persuna, imma wkoll l-effetti materjali fuqha; tali effetti għandhom ikunu ikbar minn sempliċi effetti indiretti, u għaldaqstant kull każ għandu jiġi deċiż b’mod individwali filwaqt li jittieħed inkunsiderazzjoni l-kontenut regolamentari tal-att tal-Unjoni li jkun involut.

– Fuq is-sitwazzjoni tal-persuni li joperaw fil-fażi ta’ qabel il-kummerċjalizzazzjoni

73.

Skont l-Artikolu 1 tiegħu, ir-Regolament Nru 1007/2009 fih “regoli [...] dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti derivati mill-foki” fl-Unjoni Ewropea. Min-naħa l-oħra, dan ir-regolament ma jgħid xejn fuq il-kaċċa tal-foki, il-produzzjoni ta’ prodotti derivati jew ir-riċerka relatata magħhom ( 47 ).

74.

Għaldaqstant, kien ġustament li l-Qorti Ġenerali kkonkludiet li l-partijiet kollha li joperaw fl-istadju preċedenti għall-kummerċjalizzazzjoni konkreta tal-prodotti mill-foki fl-Unjoni Ewropea ma humiex direttament ikkonċernati mir-regolament ikkontestat. Dan japplika, min-naħa waħda, għall-kaċċaturi u għan-nassaba kif ukoll għall-assoċjazzjonijiet li jiddefendu l-interessi tagħhom u, min-naħa l-oħra, għall-persuni u għall-assoċjazzjonijiet li, mill-qrib jew mill-bogħod, huma involuti fl-ipproċessar tal-materjal miksub mill-kaċċa tal-foki.

75.

Peress li dawn ma jikkummerċjalizzawx, kollha kemm huma, l-prodotti mill-foki fl-Unjoni Ewropea, ir-regolament ikkontestat jaffettwahom indirettament biss, u mhux direttament. Huwa possibbli li s-sistema implementata mir-regolament ikkontestat tipproduċi effetti ekonomiċi li jinħassu verament minn dawn il-kategoriji ta’ persuni wkoll, iżda, kif ġustament osservaw l-istituzzjonijiet tal-Unjoni li huma partijiet fil-proċeduri, il-kriterju tal-interess dirett jiġi mċaħħad mill-funzjoni u mil-limiti tiegħu, u ċ-ċirku ta’ rikorrenti potenzjali jitwessa’ sal-infinit jekk wieħed jikkunsidra bħala li huma direttament ikkonċernati l-persuni li joperaw fil-fażi ta’ qabel il-kummerċjalizzazzjoni.

– Fuq is-sitwazzjoni ta’ Karliin Aariak

76.

Is-sitwazzjoni tal-appellanti Karliin Aariak ma hijiex daqshekk ċara. Kif ikkonstatat il-Qorti Ġenerali, hija tappartjeni għall-komunità tal-Inuit u tiddisinja ħwejjeġ tal-ġilda tal-foki li hija tikkummerċjalizza. Il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li hija ma kinitx direttament ikkonċernata peress li hija bl-ebda mod ma ssostni li “hija attiva fit-tqegħid fis-suq ta’ prodotti oħra ħlief dawk li jaqgħu taħt l-eċċezzjoni [tal-Inuit] inkwistjoni” ( 48 ).

77.

F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat l-ewwel nett li l-konstatazzjonijiet ta’ fatt magħmula mill-Qorti Ġenerali ma jippermettux li jiġi stabbilit jekk K. Aariak tqiegħedx hija stess fis-suq intern Ewropew ħwejjeġ tal-ġilda tal-foki li hija tiddisinja u tbiegħ jew hija tillimitax ruħha tbiegħhom lil intermedjarji li jikkumerċjalizzawhom fl-Unjoni Ewropea f’isimhom stess u għalihom infushom. F’dan l-aħħar każ, K. Aariak, l-istess bħall-kaċċaturi u n-nassaba msemmija qabel, tkun topera biss fil-fażi ta’ qabel il-kummerċjalizzazzjoni u ma tkunx tista’, għaldaqstant, titqies bħala direttament ikkonċernata mir-Regolament Nru 1007/2009.

78.

Peress li l-Qorti Ġenerali ma għamlitx il-konstatazzjonijiet kollha neċessarji, id-digriet tagħha huwa vvizzjat bi żball ta’ liġi fuq dan il-punt.

79.

Min-naħa l-oħra, jekk wieħed jippreżumi, kif jidher li tagħmel il-Qorti Ġenerali, li K. Aariak tqiegħed hija stess prodotti mill-foki fis-suq intern Ewropew ( 49 ), ma tantx jidher kif wieħed ikun jista’ jikkontesta li hija direttament ikkonċernata mir-regolament ikkontestat. Fil-fatt, l-attività kummerċjali tagħha tkun, għaldaqstant, suġġetta direttament għar-regoli tat-tqegħid fis-suq tal-prodotti mill-foki li jissemmew fir-Regolament Nru 1007/2009.

80.

B’kuntrast ma’ dak li taħseb il-Qorti Ġenerali ( 50 ), il-fatt li l-Kummissjoni għadha trid tippreċiża l-metodi ta’ applikazzjoni tal-eċċezzjoni tal-Inuit li minnha K. Aariak jaf tkun tista’ tibbenefika u għadha trid tadotta dispożizzjonijiet ta’ implementazzjoni (ara l-Artikolu 3(1), kif moqri flimkien mal-paragrafi 3 u 4 tar-Regolament Nru 1007/2009) ma jeskludix li K. Aariak tkun direttament ikkonċernata.

81.

Fil-fatt, wieħed jista’ jikkunsidra, kif għamlet il-Qorti Ġenerali, li l-miżuri ta’ implementazzjoni li għandha tieħu l-Kummissjoni huma tant essenzjali li l-eċċezzjoni tal-Inuit prevista mil-leġiżlatur tal-Unjoni ma tistax assolutament tintuża qabel ma’ dawn jiġu adottati. Fil-frattemp, il-projbizzjoni ġenerali ta’ tqegħid fis-suq intern Ewropew prevista fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 1007/2009 tkun tapplika bl-istess mod għall-prodotti kollha mill-foki. F’dan il-każ, l-operaturi kollha li jintervjenu fil-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti mill-foki jkunu direttament ikkonċernati, inkluż K. Aariak.

82.

Għall-kuntrarju, jekk wieħed jikkunsidra, b’kuntrast mal-Qorti Ġenerali, li l-miżuri ta’ implementazzjoni li għandha tieħu l-Kummissjoni huma tant sekondarji li l-eċċezzjoni tal-Inuit prevista mil-leġiżlatur tal-Unjoni tista’ tiġi applikata anki qabel l-adozzjoni tal-istess miżuri, it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti mill-foki li jiġu mit-tipi ta’ kaċċa tradizzjonalment ipprattikati mill-komunitajiet Inuit u mill-komunitajiet indiġeni oħra għall-finijiet ta’ għajxien fis-sens tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 1007/2009 huwa u jibqa’ wkoll awtorizzat fis-suq intern Ewropew. F’dan il-każ, is-sistema tkun tikkonċerna direttament il-persuni kollha involuti fit-tqegħid fis-suq intern Ewropew ta’ prodotti mill-foki, inkluż K. Aariak.

83.

Fiż-żewġ każijiet, il-persuni involuti fil-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti mill-foki fis-suq intern Ewropew huma direttament ikkonċernati mir-regoli tad-dritt tal-Unjoni li jikkonċernaw it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti mill-foki ( 51 ). Ma jistax ikun li tinħoloq żona ambigwa bħalma hija dik li fiha l-Qorti Ġenerali tidher li tpoġġi lil K. Aariak.

84.

Minn dan li jippreċedi jirriżulta li l-konstatazzjonijiet li l-Qorti Ġenerali għamlet fir-rigward tal-kwistjoni tal-interess dirett tal-appellanti K. Aariak huma vvizzjati bi żball ta’ liġi. Din l-applikazzjoni inkorretta tad-dritt min-naħa tal-Qorti Ġenerali fir-rigward tal-kriterju tal-interess dirett ma tistax, madankollu, waħidha, twassal għall-annullament tad-digriet appellat. Fil-fatt, huwa indispensabbli li l-appellanti jkunu wkoll individwalment ikkonċernati mir-regolament ikkontestat biex ikunu jistgħu jressqu kawża ( 52 ).

b) Fuq l-interess individwali tal-appellanti

85.

Indipendentement mill-punt dwar jekk ċerti appellanti humiex direttament ikkonċernati mir-regolament ikkontestat u, jekk huwa l-każ, għal kemm minnhom dan huwa l-każ, dawn għandhom xorta waħda jkunu individwalment ikkonċernati minnu biex ikunu jistgħu jippreżentaw rikors għal annullament ammissibbli abbażi tat-tieni ipotesi msemmija fir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE.

86.

Skont ġurisprudenza stabbilita, li tmur lura għas-sentenza Plaumann vs Il‑Kummissjoni, persuna fiżika jew ġuridika għandha titqies li hija individwalment ikkonċernata minn att ta’ istituzzjoni tal-Unjoni meta l-att inkwistjoni jolqotha minħabba ċerti kwalitajiet partikolari għaliha jew minħabba sitwazzjoni ta’ fatt li tiddistingwiha minn kull persuna oħra u, minħabba dan, jindividwalizzaha b’mod analogu għal mod kif inhuwa individwalizzat id-destinatarju ( 53 ).

87.

Ir-Regolament Nru 1007/2009 ma għandux dawn l-effetti fir-rigward tal-Inuit Tapiriit Kanatami u tal-ko-appellanti tagħha. Kif ġustament enfasizzat il-Qorti Ġenerali ( 54 ), il-projbizzjoni ta’ tqegħid fis-suq ta’ prodotti mill-foki li hija stabbilita fir-regolament ikkontestat hija fformulata f’termini ġenerali u tista’ tapplika mingħajr distinzjoni għal kull operatur ekonomiku li jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tagħha. Ir-regolament ikkontestat japplika għal sitwazzjonijiet iddefiniti b’mod oġġettiv u jipproduċi effetti ġuridiċi fir-rigward ta’ kategoriji ta’ persuni ddefiniti b’mod ġenerali u astratt. Ebda waħda mill-appellanti ma hija individwalizzata b’dan ir-regolament bl-istess mod bħad-destinatarju ta’ deċiżjoni. Għall-kuntrarju, l-appellanti huma kkonċernati bir-regolament ikkontestat bħal kull operatur ekonomiku ieħor li jimmanifattura prodotti mill-foki jew li jqiegħedhom fis-suq ( 55 ).

88.

Għalkemm huma ma jikkontestawx dan, l-appellanti jsostnu madankollu li huma għandhom jitqiesu li huma individwalment ikkonċernati. Huma jsostnu li bid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, wasal iż-żmien li l-Qorti tal-Ġustizzja tabbanduna l-ġurisprudenza Plaumann vs Il‑Kummissjoni fuq l-interess individwali.

89.

Dan l-argument għandu jiġi miċħud. B’kuntrast għal dak li jaħsbu l-appellanti, id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona ma jeżiġix preċiżament li l-qrati tal-Unjoni jirrevedu l-ġurisprudenza tagħhom dwar l-interess individwali. Il-fatt li l-kundizzjoni għall-ammissibbiltà dedotta mill-interess (dirett u) individwali ġiet riprodotta tale quale fit-tieni ipotesi msemmija fir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 230 KE u inkluża fit-tieni ipotesi msemmija fir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE attwali itendi, għall-kuntrarju, favur li tinżamm il-ġurisprudenza Plaumann vs Il‑Kummissjoni.

90.

Wara li analizzaw il-problema kollha fid-dettall fil-kuntest tal-Konvenzjoni Ewropea, fil-fatt, l-awturi tat-Trattati ppreferew isaħħu l-protezzjoni ġudizzjarja tal-individwi kontra l-atti ġuridiċi tal-Unjoni ta’ applikazzjoni ġenerali mhux billi jirriformaw il-kriterju tal-interess individwali, iżda billi introduċew it-tielet rimedju ġudizzjarju kompletament ġdid fir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE, jiġifieri, il-possibbiltà, imsemmija iktar ’il fuq ( 56 ), għall-persuni fiżiċi u ġuridiċi li jippreżentaw rikorsi kontra l-atti regolatorji li jirrigwardawhom direttament u li ma humiex miżuri ta’ implementazzjoni ( 57 ).

91.

Minn dan isegwi li t-tieni parti tal-ewwel aggravju ma tistax tintlaqa’ l-istess bħall-ewwel parti.

3. Konklużjoni intermedjarja

92.

Għaldaqstant, l-ewwel aggravju għandu jiġi miċħud fl-intier tiegħu.

B – It-tieni aggravju

93.

Permezz tat-tieni aggravju tagħhom, l-appellanti jilmentaw li l-Qorti Ġenerali, min-naħa waħda, immotivat inkorrettament id-digriet tagħha u, min-naħa l-oħra, naqset milli tosserva r-rekwiżiti ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva.

1. Fuq il-kundizzjonijiet li għandha tissodisfa l-espożizzjoni tal-motivi tad-digriet tal-ewwel istanza (l-ewwel parti tat-tieni aggravju)

94.

Fl-ewwel parti tat-tieni aggravju, l-appellanti jilmentaw li l-Qorti Ġenerali ma mmotivatx b’mod suffiċjenti d-digriet appellat. Hija ma rrispondietx suffiċjentement għall-argumenti li l-Inuit Tapiriit Kanatami u l-ko-appellanti tagħha ddeduċew mill-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea ( 58 ) u mill-Artikoli 6 u 13 KEDB ( 59 ). L-appellanti jinsistu b’mod partikolari fuq il-fatt li l-Qorti Ġenerali lanqas biss semmiet l-Artikoli 6 u 13 KEDB.

95.

Huwa minnu li, jekk il-Qorti Ġenerali ma tirrispondix suffiċjentement għall-argumenti ta’ xi parti, id-deċiżjoni tagħha tista’ tkun ivvizzjata b’nuqqas ta’ motivi ( 60 ).

96.

Skont ġurisprudenza stabbilita, l-obbligu ta’ motivazzjoni ma jeħtieġx li l-Qorti Ġenerali tagħti spjegazzjoni li ssegwi, b’mod eżawrjenti u wieħed wieħed, l-argumenti kollha mressqa mill-partijiet fit-tilwima; il-motivazzjoni tista’ għaldaqstant tkun impliċita bil-kundizzjoni li hija tippermetti lil dawk ikkonċernati li jkunu jafu r-raġunijiet li għalihom il-Qorti Ġenerali ċaħdet l-argumenti tagħhom u lill-Qorti tal-Ġustizzja li jkollha għad-dispożizzjoni tagħha elementi suffiċjenti sabiex teżerċita l-istħarriġ ġudizzjarju tagħha ( 61 ).

97.

F’dan il-każ, il-Qorti Ġenerali ssodisfat l-obbligi tagħha.

98.

Kif indikaw huma stess, l-argument li l-Inuit Tapiriit Kanatami u l-ko-appellanti tagħha ddeduċew mid-dritt fundamentali għal rimedju ġudizzjarju effettiv jinsab fil-punti 53 sa 57 tal-osservazzjonijiet li huma ppreżentaw fuq l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà mressqa mill-Parlament u mill-Kunsill. Huwa paċifiku li l-Qorti Ġenerali rrispondiet għalih fil-punt 51 tad-digriet appellat. Hija spjegat li l-qorti tal-Unjoni ma tistax tinterpreta, mingħajr ma teċċedi l-kompetenzi tagħha, il-kundizzjonijiet li fihom individwu jista’ jippreżenta rikors kontra regolament, b’mod li jwassal sabiex jiġu mwarrba dawn il-kundizzjonijiet, li huma previsti espressament mit-Trattat u dan anki fid-dawl tal-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva.

99.

Din ir-risposta tista’ titqies qasira. Issa, il-preċiżjoni li biha l-Qorti Ġenerali għandha tirrispondi għall-argument ta’ xi parti fl-espożizzjoni tal-motivi tad-deċiżjoni li tagħlaq il-proċeduri għandha tkun proporzjonali għal dik tal-argument u għall-importanza li dan jokkupa fl-espożizzjoni kollha ppreżentata minn dik il-parti. Peress li, fl-ewwel istanza, l-appellanti pprovdew biss spjegazzjonijiet qosra u superfiċjali fir-rigward tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva ( 62 ); il-Qorti Ġenerali ma tistax tiġi kkritikata li ma analizzatx din il-problema f’iktar dettall fid-digriet appellat.

100.

Dan japplika iktar f’dan il-każ fejn il-Qorti Ġenerali setgħat tibbaża ruħha fuq ġurisprudenza stabbilita tal-qrati tal-Unjoni ( 63 ). Flimkien mal-iċċitar tal-ġurisprudenza applikabbli ( 64 ), l-ispjegazzjonijiet li hija tagħti fil-punt 51 tad-digriet appellat jippermettu li jkunu magħrufa suffiċjentement skont il-liġi l-motivi li għalihom hija ma laqgħatx l-argumenti li l-Inuit Tapiriit Kanatami u l-ko-appellanti tagħha kienu qajmu fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva.

101.

Il-fatt li fil-punt 51 tad-digriet appellat, il-Qorti Ġenerali ċċitat biss l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali mingħajr ma żiedet l-Artikoli 6 u 13 KEDB huwa irrilevanti. Fil-fatt, hija rrispondiet b’mod ġenerali għall-argument li l-appellanti kienu ddeduċew mid-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva, u l-Artikolu 47 tal-Karta kien issemma biss bħala eżempju (“partikolarment”) f’dan il-kuntest ( 65 ).

102.

L-appellanti jqisu r-raġunament tal-Qorti Ġenerali bħala kontradittorju meta hija titkellem, fil-punt 51 tad-digriet appellat, fir-rigward tal-limiti li fihom l-individwi jistgħu jippreżentaw rikorsi diretti, dwar il-kundizzjonijiet “li huma previsti espressament mit-Trattat” filwaqt li hija kellha tistabbilixxihom qabel permezz ta’ interpretazzjoni elaborata.

103.

Dan l-argument lanqas ma huwa konvinċenti. L-espressjoni “att regolatorju” teħtieġ evidentement li tiġi interpretata, iżda dan ma jbiddel xejn mill-fatt li din hija kundizzjoni għall-ammissibbiltà espressament prevista mir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE li r-rikorsi għal annullament ippreżentati mill-persuni fiżiċi u ġuridiċi għandhom jissodisfaw.

104.

B’mod globali, il-Qorti Ġenerali esponiet għaldaqstant ir-riflessjonijiet tagħha fuq il-problema tal-protezzjoni ġudizzjarja effettiva mingħajr kontradizzjoni u b’ċarezza suffiċjenti. Il-fatt li l-appellanti ma jaqblux mad-deċiżjoni tagħha fil-mertu ma jfissirx li d-digriet tagħha ma huwiex motivat suffiċjentement ( 66 ): hija tista’, l-iktar l-iktar, tkun żbaljata fil-mertu, fatt li għandu jiġi stabbilit issa fil-kuntest tat-tieni parti tat-tieni aggravju.

2. Fuq l-allegat ksur tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva (it-tieni parti tat-tieni aggravju)

105.

Peress li l-ewwel parti tat-tieni aggravju ma tistax tintlaqa’, għandha tiġi ttrattata issa t-tieni parti, li ġiet invokata b’mod sussidjarju: skont l-appellanti, l-interpretazzjoni tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE li fuqha bbażat ruħha l-Qorti Ġenerali biex tiddikjara r-rikors inammissibbli hija inkompatibbli mar-rekwiżiti ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva, kif jirriżultaw mill-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali kif ukoll mill-Artikoli 6 u 13 KEDB “bħala prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni”.

106.

Id-dritt għal rimedju ġudizzjarju effettiv huwa rrikonoxxut fil-livell tal-Unjoni bħala prinċipju ġenerali tad-dritt ( 67 ) u llum il-ġurnata jgawdi mill-istatus ta’ dritt fundamentali tal-Unjoni, skont l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali.

107.

Kemm jekk ibbażat fuq il-Karta jew fuq il-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, dan id-dritt fundamentali għandu inkontestabbilment jittieħed inkunsiderazzjoni għall-interpretazzjoni u għall-applikazzjoni tal-kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà tar-rikorsi għal annullament ippreżentati minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi ( 68 ). Dan għandu jittieħed inkunsiderazzjoni għal kull wieħed mit-tliet ipotesijiet imsemmija fir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE.

108.

Il-Qorti tal-Ġustizzja madankollu diġà ddeċidiet li d-dritt għal rimedju ġudizzjarju effettiv ma jeżiġix li l-possibbiltajiet disponibbli għall-persuni fiżiċi u ġuridiċi biex jippreżentaw rikorsi diretti kontra l-atti tal-Unjoni ta’ applikazzjoni ġenerali jitwessgħu. B’kuntrast ma’ dak li jaħsbu l-appellanti, fil-fatt, minn dan il-prinċipju fundamentali wieħed ma jistax jiddeduċi purament u sempliċiment li jrid ikun hemm bilfors possibbiltà li l-persuni fiżiċi u ġuridiċi jippreżentaw rikors dirett kontra l-atti leġiżlattivi tal-Unjoni Ewropea ( 69 ).

109.

Id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona fl-1 ta’ Diċembru 2009 ma biddel xejn essenzjali fir-rekwiżiti li r-regoli tad-drittijiet fundamentali jistabbilixxu f’dan ir-rigward. Għalkemm huwa minnu li dan it-Trattat għolla l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali għall-istatus ta’ dritt primarju tal-Unjoni ta’ natura obbligatorja u li dan jipprovdi li l-Karta għandha l-istess valur legali bħat-Trattati (l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1) TUE) huwa bl-ebda mod ma biddel, madankollu, il-kontenut tad-dritt fundamentali għal rimedju ġudizzjarju effettiv, kif jindikaw b’mod partikolari l-ispjegazzjonijiet dwar il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ( 70 ). Dawn l-ispjegazzjonijiet saru biex tkun iggwidata l-interpretazzjoni tal-Karta u għandhom jittieħdu debitament inkunsiderazzjoni mill-qrati tal-Unjoni u minn dawk tal-Istati Membri (it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 6(1) TUE, moqri flimkien mal-Artikolu 52(7) tal-Karta).

110.

Din il-konstatazzjoni ma hijiex affettwata mill-prinċipju ta’ omoġeneità, li huwa stabbilit fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 52(3) tal-Karta u li, skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 6(1) TUE, għandu jittieħed inkunsiderazzjoni għall-interpretazzjoni u għall-applikazzjoni tad-dritt fundamentali għal rimedju ġudizzjarju effettiv. Skont dan il-prinċipju, id-drittijiet fundamentali ggarantiti mill-Karta li jikkorrispondu għal drittijiet iggarantiti mill-KEDB għandhom tifsira u portata identika għal dawk li tagħtihom din tal-aħħar. Din hija r-raġuni li għaliha d-dritt fundamentali għal rimedju ġudizzjarju effettiv għandu jiġi interpretat filwaqt li jiġu osservati l-Artikoli 6 u 13 KEDB, li fuqhom huwa bbażat l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ( 71 ). Fl-istat attwali tal-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, id-drittijiet fundamentali stabbiliti minn dawn iż-żewġ artikoli tal-KEDB ma jeżiġux madankollu li l-individwi għandhom ikollhom bilfors il-possibbiltà li jippreżentaw rikors dirett kontra l-atti leġiżlattivi u dan b’kuntrast ma’ dak li jaħsbu l-appellanti ( 72 ).

111.

Huwa minnu li t-tieni sentenza tal-Artikolu 52(3) tal-Karta dwar id-Drittijiet Fundamentali tippermetti lid-dritt Ewropew jagħti protezzjoni iktar wiesgħa minn dik iggarantita mid-dispożizzjonijiet tal-KEDB. Fi kwalunkwe każ, għandha tittieħed inkunsiderazzjoni r-rieda tal-awturi tat-Trattati li, wara li ddeliberaw fit-tul fi ħdan il-Konvenzjoni Ewropea, finalment irrinunzjaw, kif spjegajt iktar ’il fuq ( 73 ), milli jwessgħu l-possibbiltajiet għal persuni fiżiċi jew ġuridiċi biex jippreżentaw rikorsi diretti kontra l-atti leġiżlattivi.

112.

L-awturi tat-Trattat ippreċiżaw (fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) TUE) li d-dispożizzjonijiet tal-Karta ma għandhom bl-ebda mod jestendu l-kompetenzi tal-Unjoni kif iddefiniti mit-Trattati. Għaldaqstant, ikun abbużiv li wieħed jinvoka d-drittijiet fundamentali ggarantiti mill-Karta, b’mod partikolari d-dritt għal rimedju ġudizzjarju effettiv li huwa previst fl-Artikolu 47 tagħha, biex jiġu inklużi atti leġiżlattivi fil-kategorija ta’ atti regolatorji (it-tielet ipotesi msemmija fir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE) jew biex jittaffew il-kundizzjonijiet li taħthom l-individwi jistgħu jitqiesu bħala li huma direttament u individwalment ikkonċernati mill-atti leġiżlattivi (it-tieni ipotesi msemmija fir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE). Fil-fatt, tali interpretazzjoni tkun testendi l-kompetenzi tal-Unjoni b’mod li huwa inkompatibbli mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) TUE jew, b’mod iktar preċiż, tkun testendi l-kompetenzi ġudizzjarji tal-istituzzjoni li hija l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (l-ewwel sentenza tal-Artikolu 19(1) TUE).

113.

L-istess soluzzjoni toħroġ mill-Artikolu 51(2) tal-Karta li, skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 6(1) TUE, għandha tittieħed inkunsiderazzjoni biex jiġu interpretati u applikati d-drittijiet, il-libertajiet u l-prinċipji stabbiliti fil-Karta. Skont l-Artikolu 51(2) tal-Karta, din ma testendix il-kamp ta’ applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni lil hinn mill-kompetenzi tal-Unjoni jew ma tistabbilixxi ebda setgħa jew kompitu ġdid għall-Unjoni, u ma timmodifikax il-kompetenzi u l-kompiti definiti fit-Trattati. Il-fatt li l-Istati Membri rriproduċew testwalment din id-dispożizzjoni f’dikjarazzjoni komuni juri li jagħtuha importanza fundamentali ( 74 ).

114.

Minn dan li jippreċedi jirriżulta li d-dritt li titressaq kawża mogħti lill-persuni fiżiċi u ġuridiċi mit-tielet ipotesi msemmija fir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE ma jistax jiġi estiż għall-atti leġiżlattivi permezz ta’ interpretazzjoni wiesgħa, peress li tali estensjoni tkun teħtieġ li tinbeda proċedura ta’ emenda tat-Trattati ( 75 ). Din il-proċedura tkun meħtieġa wkoll biex isir tibdil fundamentali fil-kundizzjonijiet li taħthom l-individwi jkunu jistgħu jitqiesu bħala li huma direttament u individwalment ikkonċernati mill-atti leġiżlattivi, kundizzjonijiet li jinsabu fit-tieni ipotesi msemmija fir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE.

115.

L-appellanti ma għandhom ebda raġuni biex jibżgħu li jkun hemm lakuna fil-protezzjoni ġudizzjarja tal-individwi kontra l-atti leġiżlattivi tal-Unjoni Ewropea, peress li t-Trattati implementaw sistema kompluta ta’ rimedji ġudizzjarji u ta’ proċeduri li, barra mill-possibbiltajiet ta’ rikors dirett, jiggarantulhom protezzjoni ġudizzjarja effettiva kontra l-atti leġiżlattivi peress li huma jistgħu jikkontestaw il-legalità b’mod indirett ( 76 ).

116.

Kif jindika wkoll l-Artikolu 19(1) TUE, is-sistema ta’ protezzjoni ġudizzjarja stabbilita mit-Trattati hija bbażata fuq żewġ pilastri, jiġifieri l-qrati tal-Unjoni, min-naħa waħda, u l-qrati nazzjonali, min-naħa l-oħra ( 77 ).

117.

Il-legalità ta’ att tal-Unjoni li għandu jiġi implementat mill-korpi tagħha tista’ tiġi mistħarrġa b’mod indirett mill-qrati tal-Unjoni abbażi tal-Artikolu 227 TFUE matul rikors għal annullament li jiġi ppreżentat kontra l-att ta’ traspożizzjoni. Min-naħa l-oħra, meta, kif spiss ikun il-każ, l-att tal-Unjoni inkwistjoni għandu jiġi traspost mill-awtoritajiet nazzjonali, il-legalità tiegħu tista’ tkun suġġetta għall-istħarriġ tal-Qorti tal-Ġustizzja permezz ta’ proċeduri għal deċiżjoni preliminari bbażati fuq l-Artikolu 19(3)(b) TUE, moqri flimkien mal-Artikolu 267(1)(b) TFUE ( 78 ). Jekk ikun il-każ, il-qorti adita tkun ukoll obbligata tistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja ( 79 ).

118.

Kultant ikun hemm min jikkontesta li stħarriġ tal-legalità ta’ att leġiżlattiv imwettaq b’mod purament indirett ma jirrimedjax b’mod adegwat l-assenza ta’ possibbiltà li l-individwu kkonċernat jippreżenta rikors dirett kontra dak l-att. Dawn josservaw b’mod partikolari, li ma huwiex aċċettabbli li l-individwu jkun kostrett jikser id-dritt tal-Unjoni u jikser obbligu jew projbizzjoni direttament applikabbli sabiex iwassal lill-awtorità kompetenti tadotta att ta’ implementazzjoni li kontrih huwa jkun jista’ jiddefendi ruħu quddiem qorti ( 80 ).

119.

Fil-fatt, ma tkunx qed issir ġustizzja lid-dritt fundamentali għal rimedju ġudizzjarju effettiv iggarantit mid-dritt tal-Unjoni jekk persuna fiżika jew ġuridika l-ewwel kellha twettaq atti li jmorru kontra l-liġi u tesponi ruħha għal eventwali sanzjoni bil-għan biss li tkun tista’ tadixxi sussegwentement lill-qrati kompetenti sabiex jistħarrġu l-legalità tal-att tal-Unjoni li hija tkun kisret ( 81 ). Fis-sistema tat-Trattati Ewropej ma hemmx lok għal din il-biża’, madankollu, f’dak li jikkonċerna l-atti leġiżlattivi.

120.

Normalment, bħal fil-każ tal-projbizzjoni tat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti mill-foki li għandna quddiemna, huma l-awtoritajiet nazzjonali li jkunu kompetenti li jikkontrollaw l-osservanza ta’ obbligu jew ta’ projbizzjoni direttament applikabbli li jirriżultaw minn att leġiżlattiv tal-Unjoni. Għaldaqstant l-individwu jista’ jdur fuq l-awtorità kompetenti, bħala l-amministrazzjoni doganali nazzjonali kompetenti, f’dan il-każ, u jitlobha tikkonferma li l-obbligu jew il-projbizzjoni inkwistjoni ma japplikawx għaliha ( 82 ). Il-protezzjoni ġudizzjarja effettiva teżiġi li huwa jkun jista’ jissuġġetta għaldaqstant deċiżjoni negattiva ta’ dik l-awtorità nazzjonali għall-istħarriġ tal-qrati nazzjonali, li, min-naħa tagħhom, jistgħu, jew għandhom, jirreferu l-kwistjoni tal-validità tal-att tal-Unjoni kkontestat lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex din tagħti deċiżjoni preliminari ( 83 ).

121.

B’mod ġenerali, huma l-Istati Membri li għandhom jipprovdu r-rimedji ġudizzjarji neċessarji għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva fl-oqsma koperti mid-dritt ta’ l-Unjoni ( 84 ). Wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, dan l-obbligu tniżżel fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE. Dan għandu bħala konsegwenza, b’mod partikolari, li l-qrati nazzjonali ma jistawx japplikaw b’mod eċċessivament restrittiv il-kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà tar-rikorsi ppreżentati quddiemhom, anki meta dawn ikunu rikorsi kawtelatorji dikjaratorji jew għal inibizzjoni ( 85 ).

122.

Kieku l-istħarriġ tal-osservanza ta’ obbligu jew ta’ projbizzjoni direttament applikabbli li tirriżulta mid-dritt tal-Unjoni kellu eċċezzjonalment jaqa’ taħt il-qasam ta’ kompetenza ta’ xi istituzzjoni, korp jew organu tal-Unjoni, l-individwu jkun jista’ mbagħad jindirizza lil dik l-istituzzjoni, korp jew organu u jitolbu jikkonferma li l-obbligu jew il-projbizzjoni inkwistjoni ma japplikawx għalih. Il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba jobbliga mbagħad lill-awtorità kkonċernata biex tiddeċiedi fuq dik it-talba ( 86 ). Jirriżulta mir-rekwiżiti tal-protezzjoni ġudizzjarja effettiva li deċiżjoni dwar ċaħda min-naħa ta’ dik l-awtorità għandha titqies bħala deċiżjoni fis-sens tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 288 TFUE, li kontriha d-destinatarju tagħha jista’ jippreżenta rikors għal annullament taħt l-ewwel ipotesi msemmija fir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE. Fil-kuntest ta’ dan ir-rikors, huwa jkun jista’ jinvoka, b’mod indirett, l-illegalità tal-att leġiżlattiv tal-Unjoni kkontestat.

123.

F’każ ta’ urġenża, kemm il-qrati tal-Unjoni (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE) kif ukoll il-qrati nazzjonali ( 87 ) jistgħu jiġu aditi b’talbiet għal miżuri kawtelatorji, u dan kif ġustament indika l-Kunsill waqt is-seduta quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.

124.

Nikkonkludi li l-argument li l-appellanti ressqu fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva għandu għaldaqstant jiġi miċħud.

3. Konklużjoni intermedjarja

125.

Għalhekk, it-tieni aggravju għandu jiġi miċħud fl-intier tiegħu.

C – It-tielet aggravju

126.

Permezz tat-tielet aggravju, l-appellanti jilmentaw li l-Qorti Ġenerali żnaturat il-provi; li hija “ppreżentat b’mod żbaljat u żnaturat” l-argument tagħhom.

127.

Huma jsostnu, min-naħa waħda, li fil-punt 47 tad-digriet appellat, il-Qorti Ġenerali attribwixxietilhom dikjarazzjoni li huma qatt ma għamlu, billi qalet li huma ddikjaraw li d-distinzjoni bejn atti leġiżlattivi u atti regolatorji tfisser li l-kunċett ta’ “att” użat fl-ewwel żewġ ipotesijiet imsemmija fir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE jirreferi għal “atti leġislattivi” ( 88 ). Il-Qorti Ġenerali ħawdet għaldaqstant, l-argumenti tal-appellanti ma’ dawk tal-Parlament u tal-Kunsill.

128.

Min-naħa l-oħra, l-appellanti jilmentaw li l-Qorti Ġenerali, fil-punt 48 tad-digriet appellat, attribwixxietilhom ukoll affermazzjoni li huma qatt ma għamlu, jiġifieri li l-Istati Membri riedu jillimitaw il-kamp ta’ applikazzjoni tal-aħħar ipotesi msemmija fir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE għall-atti ddelegati fis-sens tal-Artikolu 290 TFUE biss.

1. Ammissibbiltà

129.

L-istituzzjonijiet tal-Unjoni li pparteċipaw fil-proċeduri jikkontestaw mill-ewwel l-ammissibbiltà ta’ dan l-aggravju u jiddikjaraw, essenzjalment, li dawn ma humiex provi li jistgħu jiġu żanturati, iżda argumenti legali.

130.

Din l-oġġezzjoni hija infondata. Bħala qorti tal-appell, il-Qorti tal-Ġustizzja mhux biss hija kompetenti biex tistħarreġ li l-Qorti Ġenerali, fid-digriet tagħha, ma żnaturatx il-fatti jew il-provi, imma wkoll li hija ma żnaturatx l-argumenti tal-partijiet ( 89 ).

131.

Fuq kollox, l-appellanti indikaw b’mod suffiċjentement preċiż fejn, fid-digriet appellat, jinsab l-iżnaturament u fhiex jikkonsisti.

132.

It-tielet aggravju huwa għaldaqstant ammissibbli.

2. Fondatezza

133.

L-eżami tal-fondatezza ta’ dan l-aggravju tista’ ssir abbażi tal-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-iżnaturament tal-provi fejn jingħad li tali żnaturament jeżisti meta, mingħajr ma jsir riferiment għal provi ġodda, l-evalwazzjoni tal-provi eżistenti tidher li hija manifestament żbaljata ( 90 ).

134.

Traspost għall-argumenti tal-partijiet fl-ewwel istanza, dan ifisser li jista’ biss ikun hemm żnaturament tagħhom meta l-Qorti Ġenerali tifhem b’mod manifestament ħażin l-argumenti jew tirriproduċihom billi tibdel il-kontenut tagħhom ( 91 ). Jiena ser ngħaddi issa biex nistabbilixxi jekk dan huwiex il-każ fir-rigward tal-punti 47 u 48 tad-digriet appellat li huma kkontestati mill-appellanti.

a) Fuq il-punt 47 tad-digriet appellat

135.

Il-punt 47 tad-digriet appellat jinsab fil-kuntest tal-analiżi tal-punt dwar jekk xi waħda mill-ipotesijiet imsemmija fir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TUE, tistax tippermetti lil persuni fiżiċi jew ġuridiċi jippreżentaw rikors dirett kontra atti leġiżlattivi, kwistjoni li fuqha l-partijiet ma jaqblux. Fl-ewwel istanza, il-Parlament u l-Kunsill sostnew li, jekk ma humiex permessi taħt it-tielet ipotesi msemmija fir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE, dawn ir-rikorsi jistgħu jkunu permessi taħt l-ewwel u t-tieni waħda ( 92 ). L-Inuit Tapiriit Kanatami u l-ko-appellanti tagħha kkritikawhom li fehmu l-kunċett ta’ “atti” li jinsab fl-ewwel u fit-tieni ipotesi msemmija fir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE bħala li jirreferi għal “atti leġislattivi” ( 93 ).

136.

Hija din il-preżentazzjoni tal-argumenti tal-Parlament u tal-Kunsill min-naħa tal-Inuit Tapiriit Kanatami u tal-ko-appellanti tagħha li l-Qorti Ġenerali tikklassifika bħala l-“argument tar-rikorrenti” fil-punt 47 tad-digriet appellat. F’din is-silta tad-digriet, il-Qorti Ġenerali ma tilmentax, għaldaqstant, li l-appellanti jinterpretaw huma stess il-kunċett ta’ “atti” bħala li huwa “atti leġislattivi”, iżda hija tanalizza biss il-punt dwar x’konsegwenzi għandhom l-argumenti tal-Parlament u tal-Kunsill skont l-appellanti. Dak li l-Qorti Ġenerali ċaħdet fil-punt 47 tad-digriet appellat, huwa biss din l-interpretazzjoni tal-argumenti tal-parti avversarja mill-Inuit Tapiriit Kanatami u mill-ko-appellanti tagħha.

137.

F’dawn iċ-ċirkustanzi, wieħed ma jistax jilmenta li l-Qorti Ġenerali, fil-punt 47 tad-digriet appellat, fehmet l-argumenti tal-appellanti b’mod manifestament żbaljat jew bidlitilhom il-kontenut tagħhom. Għall-kuntrarju, huma l-appellanti stess li qegħdin jibbażaw ruħhom fuq interpretazzjoni żbaljata tas-silta kkontestata tad-digriet appellat.

b) Fuq il-punt 48 tad-digriet appellat

138.

Is-sitwazzjoni hija kompletament differenti għal dak li jikkonċerna l-punt 48 tad-digriet appellat, fejn il-Qorti Ġenerali tispjega li, “bil-kontra tal-affermazzjoni tar-rikorrenti”, l-Istati Membri ma kellhomx bħala għan li jillimitaw il-portata tal-aħħar parti tas-sentenza tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE għall-atti delegati biss, fis-sens tal-Artikolu 290 TFUE.

139.

F’din is-silta tad-digriet tagħha, il-Qorti Ġenerali ssostni li l-Inuit Tapiriit Kanatami u l-ko-appellanti tagħha kienu ddikjaraw fl-ewwel istanza, fatt li fil-fatt ma għamlux, li l-Istati Membri riedu jillimitaw il-portata tal-aħħar parti tas-sentenza tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE għall-atti ddelegati biss fis-sens tal-Artikolu 290 TFUE.

140.

Bl-użu ta’ din il-formola, il-Qorti Ġenerali rriproduċiet id-dikjarazzjonijiet tal-appellanti b’mod manifestament żnaturat mis-sens tagħhom. Fir-realtà, l-Inuit Tapiriit Kanatami u l-ko-appellanti tagħha fl-ebda mument fil-proċeduri ma affermaw li l-Istati Membri kellhom bħala għan li jinkludu biss l-atti ddelegati fis-sens tal-Artikolu 290 TFUE fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-aħħar parti tas-sentenza tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE. Tali affermazzjoni kienet tkun ukoll dijametrikament opposta għall-interessi li huma jiddefendu f’din it-tilwima.

141.

Kemm fl-ewwel istanza u kif ukoll fl-appell tagħhom, l-appellanti sostnew konsistentement, għall-kuntrarju, li fit-Trattat ta’ Lisbona, l-Istati Membri kellhom jużaw il-kunċett ta’ “att delegat” fis-sens tal-Artikolu 290 TUE flok l-espressjoni “att regolatorju”kieku kellhom bħala għan li jillimitaw il-kamp ta’ applikazzjoni tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE għall-atti mhux leġiżlattivi ( 94 ).

142.

Fil-punt 48 tad-digriet appellat, il-Qorti Ġenerali żnaturat, għaldaqstant, l-argument tal-Inuit Tapiriit Kanatami u tal-ko-appellanti tagħha.

143.

Ċertament, tali żnaturament ma għandux bilfors iwassal għall-annullament tad-digriet tal-Qorti Ġenerali u dan kif ġustament sostna l-Parlament ( 95 ).

144.

Għal dak li jikkonċerna b’mod iktar partikolari din il-kawża, il-fatt li jiġi annullat id-digriet appellat ma jkunx xieraq peress li, għalkemm f’xi punti jiżnatura l-argument tal-appellanti, dawn id-diverġenzi ma kellhom ebda effett fuq id-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali. L-istess bħall-partijiet kollha fil-proċeduri, hija kkunsidrat, għall-kuntrarju, li l-kunċett ta’ “att regolatorju” huwa iktar wiesa’ minn dak ta’ “att delegat” fis-sens tal-Artikolu 290 TFUE.

145.

Dan hija mmanifestatu b’mod partikolari fil-punt 48 inkwistjoni tad-digriet appellat fejn hija enfasizzat, fir-rigward tal-aħħar parti tas-sentenza tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE “li l-għan tal-Istati Membri ma kienx li jillimitaw il-portata ta’ din [dawn] id-dispożizzjonijiet għall-atti delegati biss, fis-sens tal-Artikolu 290 TFUE, iżda b’mod iktar ġenerali, għall-atti regolatorji”.

146.

Konsegwentement, għalkemm l-ilment tal-appellanti kontra l-punt 48 tad-digriet appellat huwa korrett fis-sustanza, huwa jibqa’ ineffettiv ( 96 ).

3. Riżultat intermedju

147.

Fid-dawl ta’ dak kollu li ngħad, it-tielet aggravju huwa infondat ukoll.

D – Sunt

148.

Peress li ebda wieħed mill-aggravji mressqa mill-appellanti ma jista’ jintlaqa’, l-appell għandu jiġu miċħud fit-totalità tiegħu.

V – Spejjeż

149.

Jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tiċħad l-appell, kif qed nipproponilha tagħmel, hija għandha tiddeċiedi dwar l-ispejjeż (Artikolu 184(2) tar-Regoli tal-Proċedura), b’mod konformi ma’ dak li huwa speċifikat fl-Artikoli 137 sa 146 ta’ dawn l-istess Regoli moqrija flimkien mal-Artikolu 184(1) ( 97 ).

150.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 138(1) u (2) u tal-Artikolu 184(1) tar-Regoli tal-Proċedura, il-parti li titlef il-kawża għandha tbati l-ispejjeż, jekk dawn ikunu ġew mitluba. Jekk diversi partijiet jitilfu l-kawża, il-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi dwar kif jinqasmu l-ispejjeż. Peress li l-Parlament u l-Kunsill talbu li l-appellanti jiġu kkundannati għall-ispejjeż u peress illi dawn tilfu l-argumenti tagħhom, dawn tal-aħħar għandhom jiġu kkundannati għall-ispejjeż. Peress li huma ppreżentaw l-appell flimkien huma għandhom jiġu kkundannati għall-ispejjeż in solidum ( 98 ).

151.

Is-soluzzjoni fir-rigward tal-ispejjeż tal-Kummissjoni għandha tkun differenti. Din l-istituzzjoni, li interveniet fil-proċeduri tal-ewwel istanza insostenn tat-talbiet tal-Parlament u tal-Kunsill, ipparteċipat ukoll bil-miktub u oralment fl-istanza tal-appell. Skont it-tieni sentenza tal-Artikolu 184(4) tar-Regoli tal-Proċedura, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tikkundanna lil din il-parti sabiex tbati l-ispejjeż tagħha stess.

152.

Jidher ċar mill-kliem użat (“jista’”) li din id-dispożizzjoni bl-ebda mod ma teskludi li l-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi f’sens differenti meta hija jidhrilha xieraq u tikkundanna lill-appellanti li tilfet il-kawża tħallas ukoll l-ispejjeż tal-intervenjenti avversarja fl-ewwel istanza meta t-talbiet tagħha, bħall-Kummissjoni f’dan il-każ, ikunu ġew milqugħa fl-appell ( 99 ). F’din il-kawża, madankollu, jidhirli li huwa xieraq li nżomm mar-regola stabbilita fit-tieni sentenza tal-Artikolu 184(4) tar-Regoli tal-Proċedura peress li dan l-appell ippermetta li tiġi ċċarata kwistjoni ta’ prinċipju li, għall-Kummissjoni, tippreżenta interess istituzzjonali kunsiderevoli li jmur lil hinn mill-elementi ta’ dan il-każ. Konsegwentement, ikun kompletament ġust li l-Kummissjoni tħallas l-ispejjeż tagħha stess.

153.

Għal dak li jikkonċerna, finalment, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, li kien, huwa wkoll, intervjena fl-ewwel istanza insostenn tat-talbiet tal-Parlament u tal-Kunsill, dan ma jistax jiġi kkundannat għall-ispejjeż kif talbu l-appellanti peress li huwa ma pparteċipax fil-proċeduri tal-appell (l-ewwel sentenza tal-Artikolu 184(4) tar-Regoli tal-Proċedura).

VI – Konklużjoni

154.

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi kif ġej:

1)

l-appell huwa miċħud;

2)

il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha;

3)

għall-bqija, l-appellanti għandhom ibatu in solidum l-ispejjeż tal-proċeduri.


( 1 ) Lingwa oriġinali: il-Ġermaniż.

( 2 ) Sentenza tal-15 ta’ Lulju 1963 (25/62, Ġabra p. 197).

( 3 ) Sentenza tal-25 ta’ Lulju 2002 (C-50/00 P, Ġabra p. I-6677).

( 4 ) Sentenza tal-1 ta’ April 2004 (C-263/02 P, Ġabra p. I-3425).

( 5 ) Hija daqt ser ikollha tiddeċiedi fuq il-kunċett ta’ “miżuri ta’ implimentazzjoni”, imsemmija wkoll fir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TUE, meta hija tiddeċiedi l-kawża Telefónica vs Il‑Kummissjoni (C‑274/12 P).

( 6 ) ĠU L 286, p. 36.

( 7 ) L-Inuits huma grupp etniku li jabitaw prinċipalment ir-reġjuni Artiċi u sub-Artiċi taċ-ċentru u tal-Grigal tal-Kanada, l-Alaska, Greenland u ċerti reġjuni tar-Russja. Il-kelma “eskimo” użata spiss fil-lingwa ta’ kuljum tidentifika mhux biss lill-Inuits, imma wkoll lil gruppi etniċi oħra li jabitaw l-Artiku.

( 8 ) Digriet Inuit Tapiriit Kanatami et vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill (T-18/10, Ġabra p. II-5599).

( 9 ) Efstathios Andreas Agathos, ko-rikorrent fl-ewwel istanza, ma assoċjax ruħu f’dan l-appell.

( 10 ) Kawża Inuit Tapiriit Kanatami et vs Il-Kummissjoni (T‑526/10, li għadha pendenti quddiem il-Qorti Ġenerali.

( 11 ) Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 737/2010, tal-10 ta’ Awwissu 2010, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implementazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1007/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kummerċ tal-prodotti mill-foki (ĠU L 216, p. 1).

( 12 ) L-Artikolu 289(3) TFUE jiddefinixxi l-atti leġiżlattivi bħala li huma “atti legali adottati bil-proċedura leġislattiva”.

( 13 ) Fuq l-istat tal-kwistjoni, ara, b’mod partikolari, Dougan, M., “The Treaty of Lisbon 2007: Winning minds, not hearts” Common Market Law Review 45(2008), 617 703(677 et seq); Lenaerts, K. “Le traité de Lisbonne et la protection juridictionnelle des particuliers en droit de l’Union”, Cahiers de droit européen 2009, p. 711-745 (725 et seq); Görlitz, N./Kubicki, P., “Rechsakte ‘mit schwierigem Charakter’”, Europäische Zeitschrift fûr Wirtschaftsrecht 2011, p. 248-254 (250 et seq); Hermann, C., “Individualrechtsschutz gegen Rechstsakte der EU ‘mit Verordnungscharakter’ nach dem Vertrag von Lissabon”, Neue Zeitschrift für Verwaltungsrecht 2011, p. 1352-1357 (1354 et seq); Mazák, J., “Locus standi v konani o neplatnost’:Od Plaumannovho testu k regulačným aktom”, Právník 150 (2011), p. 219-231 (223); Schwarze, J., “Rechtsschutz Privater gegen Rechtsakte mit Verordnungscharakter gemäß Art. 263 Abs. 4 Var. 3 AEUV”, f’Müller-Graff, P.-C./Schmahl, S./Skouris, V. (Hrsg.). Europäisches Recht zwischen Bewährung und Wandel – Festschrift für Dieter H. Scheuing, Baden-Baden 2011, p. 190-207 (199 et seq); Everling, U., “Klagerecht Privater gegen Rechtsakte der EU mit allgemeiner Geltung”, Europäische Zeitschrift für Wirtschaftsrecht 2012, p. 376-380 (378 et seq); Wathelet, M./Wildemeersch, J., “Recours en annulation: une première interprétation restrictive du droit d’action élargi des particuliers?”, Journal de droit européen 2012, p. 75-79 (79).

( 14 ) Punt 56 tad-digriet appellat; ara wkoll il-punti 42, 43 u 45 tiegħu.

( 15 ) Dan huwa l-każ, b’mod partikolari, fil-verżjoni Ġermaniża (“Verordnung” u “Rechtsakt mit Verordnungscharakter”), Ingliża (“regulation” u “regulatory act”), Franċiża (“règlement” u “acte réglementaire”), Griega (“κανονισμός” u “κανονιστική πράξη”), Irlandiża (“rialachán” u “gníomh rialúcháin”), Taljana (“regolamento” u “atto regolamentare”), Estonjana (“regula” u “reglamentējošs akts”), Litwana (“reglamentas” u “reglamentuojančio pobūdžio teisės aktas”), Maltija (“regolament” u “att regolatorju”), Portugiża (“regulamento” u “ato regulamentar” jew, skont l-ortografija qadima, “acto regulamentar”), Spanjola (“reglamento” u “acto reglamentario”) u Ungeriża (“rendelet” u “rendeleti jellegű jogi aktus”) tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE.

( 16 ) Dan huwa l-każ, pereżempju, tal-espressjonijiet li jinsabu fil-verżjoni Bulgara (“регламент” u “подзаконов акт”), Daniża (“forordning” u “regelfastsættende retsakt”), Estonjana (“määrus” u “üldkohaldatav akt”), Finlandiża (“asetus” u “sääntelytoimi”), Olandiża (“verordening” u “regelgevingshandeling”), Pollakka (“rozporządzenie” u “akt regulacyjny”), Rumena (“regulament” u “act normativ”), Slovakka (“nariadenie” u “regulačný akt”), Slovena (“uredba” u “predpis”), Svediża (“förordning” u “regleringsakt”) u Ċeka (“nařízení” u “akt s obecnou působností”) tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE, li jikkorrispondu għall-espressjonijiet “regolament” u “att regolatorju”.

( 17 ) Ġurisprudenza stabbilita; ara, b’mod partikolari, is-sentenza tas-6 ta’ Ottubru 1982, CILFIT et (283/81, Ġabra p. 3415, punti 18 sa 20).

( 18 ) Fis-sentenza tas-27 ta’ Novembru 2012, Pringle (C‑370/12, punt 135), il-Qorti tal-Ġustizzja tibbaża ruħha, fl-istess sens, fuq ix-xogħol preparatorju tat-Trattat ta’ Maastricht.

( 19 ) Ara s-sentenza tal-25 ta’ Ottubru 2011, Microban International u Microban (Europe) vs Il‑Kummissjoni (T-262/10, Ġabra p. II-7697, punt 32).

( 20 ) Il-punt dwar safejn id-dritt fundamentali għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva jimponi b’mod partikolari li tingħata interpretazzjoni wiesgħa lill-espressjoni “att regolatorju” hija s-suġġett tat-tieni parti tat-tieni aggravju. Dan ser nittrattah meta nanalizzah (fil-punti 105 sa 124).

( 21 ) It-tieni sentenza tal-punt 56 tad-digriet appellat.

( 22 ) Iffirmat f’Ruma fid-29 ta’ Ottubru 2004 (ĠU 2004 C 310, p. 1).

( 23 ) Adottat mill-Konvenzjoni Ewropea fit-13 ta’ Ġunju 2003 u fl-10 ta’ Lulju 2003, mibgħut lill-President tal-Kunsill Ewropew f’Ruma fit-18 ta’ Lulju 2003.

( 24 ) Segretarjat tal-Konvenzjoni Ewropea, Rapport finali taċ-Ċirku ta’ diskussjoni fuq il-funzjonament tal-Qorti tal-Ġustizzja (Dokument CONV 636/03, punt 22) u Nota ta’ trażmissjoni tal-Presidium tat-12 ta’ Mejju 2003 (Dokument CONV 734/03, p. 20).

( 25 ) Jidher li hemm differenzi biss f’ħames verżjonijiet lingwistiċi tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE li, għall-espressjoni “att regolatorju” (“üldkohaldatav akt” fil-verżjoni Estonjana, “reglamentuojančio pobūdžio teisės aktas” fil-verżjoni Litwana, “regulačný akt” fil-verżjoni Slovakka, “predpis” fil-verżjoni Slovena u “akt s obecnou působností” fil-verżjoni Ċeka), jużaw kliem differenti minn dak li jinsab fl-Artikolu III-365(4) tat-Trattat Kostituzzjonali (“õiguse üldakt” fil-verżjoni Estonjana, “teisės aktas” fil-verżjoni Litwana, “podzákonný právny akt” fil-verżjoni Slovakka, “izvršilni akt” fil-verżjoni Slovena u “podzákonný právní akt” fil-verżjoni Ċeka).

( 26 ) Dan huwa, b’mod partikolari, il-każ tal-verżjoni Bulgara (“подзаконов акт”), Ġermaniża (“Rechtsakt mit Verordnungscharakter”), Ingliża (“regulatory act”), Franċiża (“acte réglementaire”), Griega (“κανονιστική πράξη”), Irlandiża (“gníomh rialúcháin”), Taljana (“atto regolamentare”), Portugiża (“ato regulamentar” jew, skont l-ortografija qadima, “acto regulamentar”), Slovakka (“regulačný akt”), Spanjola (“acto reglamentario”) u Ungeriża (“rendeleti jellegű jogi aktus”) tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE u probabbilment ukoll tal-verżjoni Latvjana (“reglamentējošs akts”) u Litwana (“reglamentuojančio pobūdžio teisės aktas”). Min-naħa l-oħra, il-verżjoni Daniża (“regelfastsættende retsakt”), Estonjana (“üldkohaldatav akt”), Finlandiża (“sääntelytoimi”), Maltija (“att regolatorju”), Olandiża (“regelgevingshandeling”), Pollakka (“akt regulacyjny”), Rumena (“act normativ”), Svediża (“regleringsakt”), Slovena (“predpis”) u Ċeka (“akt s obecnou působností”) jidhru inqas ċari.

( 27 ) Fuq dan is-suġġett ara l-mandat tal-Konferenza Intergovernattiva tal-2007, mandat li kien ibbażat fuq id-direttivi tal-Kunsill Ewropew tal-21 u t-22 ta’ Ġunju 2007 u li t-test tiegħu jinsab riprodott fid-Dokument Nru 11218/07 tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2007. Il-punt 1 ta’ dan il-mandat jippreċiża li l-“kunċett kostituzzjonali [...] huwa abbandunat”.

( 28 ) Fuq dan is-suġġett, erġa’ ara l-mandat tal-Konferenza Intergovernattiva tal-2007, li jippreċiża li l-innovazzjonijiet li jirriżultaw mix-xogħol tal-Konferenza Intergovernattiva tal-2004 (dwar it-Trattat Kostituzzjonali) ser jiġu introdotti fit-Trattati eżistenti (punti 1 u 4 tal-mandat). Fil-paragrafu introduttiv li jippreċedi l-punt 1 tal-mandat, hemm enfasizzat ukoll li dan “jikkostitwixxi l-bażi u l-kuntest esklużiv tax-xogħol tal-Konferenza Intergovernattiva”.

( 29 ) Punt 3 tal-mandat tal-Konferenza Intergovernattiva tal-2007.

( 30 ) Punt 19(v) tal-mandat tal-Konferenza Intergovernattiva tal-2007 (enfasi bil-korsiv tiegħi).

( 31 ) Mill-ftit verżjonijiet lingwistiċi fejn l-Artikolu III-365(4) tat-Trattat Kostituzzjonali u r-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE huma differenti (ara n-nota 25 iktar ’il fuq) ma tista’ tiġi dedotta ebda tendenza għall-estensjoni tal-locus standi tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi peress li, għall-espressjoni “att regolatorju” li tinsab fir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE, dawn il-verżjonijiet jużaw kunċetti iktar wiesa’, għal ċerti minnhom, jew iktar stretti, għall-oħrajn, mit-Trattat Kostituzzjonali.

( 32 ) Fuq dan is-suġġett ara għal darba oħra d-dokumenti tal-Konvenzjoni Ewropea li jinsabu ċċitati fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 24.

( 33 ) Din il-proċedura sui generis hija prevista, pereżempju, fl-Artikoli 31 TFUE, 43(3) TFUE, 45(3)(d) TFUE, 66 TFUE, 103 TFUE, 109 TFUE, kif ukoll fl-Artikolu 215(1) u (2) TFUE.

( 34 ) Fuq dan is-suġġett ara għal darba oħra l-eżempji li għadhom kif ġew iċċitati fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 33.

( 35 ) Ara l-punt 54 iktar ’il fuq.

( 36 ) Sentenza ċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 3.

( 37 ) Sentenza ċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 4.

( 38 ) Għal iktar dettalji fuq dan is-suġġett, ara l-punti 116 sa 123 ta’ dawn il-konklużjonijiet.

( 39 ) Sentenza Inuit Tapiriit Kanatami et vs Il‑Kummissjoni (T‑526/10).

( 40 ) Ara l-punti 85, 86 u, b’mod komplementari, il-punt 79 tad-digriet appellat.

( 41 ) Ara, f’dan l-istess sens, is-sentenza Microban International u Microban (Europe) vs Il‑Kummissjoni (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 19, punt 32).

( 42 ) Fuq l-ewwel parti tal-ewwel aggravju, ara l-punti 30 sa 47 ta’ dawn il-konklużjonijiet.

( 43 ) Punt 71 tad-digriet appellat.

( 44 ) Sentenzi tal-5 ta’ Mejju 1998, Glencore Grain vs Il‑Kummissjoni (C-404/96 P, Ġabra p. I-2435, punt 41), tat-13 ta’ Marzu 2008, Il‑Kummissjoni vs Infront WM (C-125/06 P, Ġabra p. I-1451, punt 47) u tat-2 ta’ Lulju 2009, Bavaria u Bavaria Italia (C-343/07, Ġabra p. I-5491, punt 43).

( 45 ) F’ġurisprudenza stabbilita, il-qrati tal-Unjoni rrikonoxxew, pereżempju, li kompetituri setgħu jressqu kawża kontra deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jawtorizzaw għajnuna mill-Istat (ara s-sentenzi tat-28 ta’ Jannar 1986, Cofaz et vs Il‑Kummissjoni, 169/84, Ġabra p. 391, u tat-22 ta’ Novembru 2007, Spanja vs Lenzing, C-525/04 P, Ġabra p. I-9947, fejn il-Qorti tal-Ġustizzja aċċettat bħala naturali li r-rikorrenti kienu direttament ikkonċernati) jew kontra deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jawtorizzaw konċentrazzjonijiet ta’ impriżi (ara s-sentenzi tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ April 2003, BaByliss vs Il‑Kummissjoni, T-114/02, Ġabra p. II-1279, punt 89, u tat-30 ta’ Settembru 2003, ARD vs Il‑Kummissjoni, T-158/00, Ġabra p. II-3825, punt 60).

( 46 ) Sentenzi tat-23 ta’ Novembru 1971, Bock vs Il‑Kummissjoni (62/70, Ġabra p. 897, punti 6 sa 8), tas-17 ta’ Jannar 1985, Piraiki-Patraiki et vs Il‑Kummissjoni (11/82, Ġabra p. 207, punti 8 sa 10) u tal-5 ta’ Mejju 1998, Dreyfus vs Il‑Kummissjoni (C-386/96 P, Ġabra p. I-2309, punt 44).

( 47 ) Din il-kawża hija differenti mill-kawża Microban International u Microban (Europe) vs Il‑Kummissjoni (sentenza ċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 19; ara, b’mod partikolari, il-punt 28), li kienet tirrigwarda restrizzjonijiet imposti mid-dritt tal-Unjoni mhux biss fuq il-kummerċjalizzazzjoni ta’ additiv bħala tali, imma wkoll fuq l-użu tiegħu fil-produzzjoni ta’ prodotti oħrajn.

( 48 ) Punt 82 tad-digriet appellat.

( 49 ) Meta mistoqsi waqt is-seduta, K. Aariak iddikjarat li hija kienet tikkummerċjalizza l-ħwejjeġ fis-suq intern Ewropew parzjalment hija stess u parzjalment permezz ta’ intermedjarji.

( 50 ) Punt 82 tad-digriet appellat moqri flimkien mal-punti 76 sa 79 tiegħu (ara b’mod partikolari, l-aħħar sentenza tal-punt 78).

( 51 ) L-interess dirett ta’ persuna ma jiddependix mill-punt dwar jekk hija tistax tiddeduċi għaliha stess obbligu, projbizzjoni jew permess minn att ġuridiku tal-Unjoni. L-iktar l-iktar, l-interess li titressaq kawża jista’ jkun nieqes għall-finijiet ta’ rikors għal annullament fil-każ tal-permess jekk u sa fejn il-persuna kkonċernata ma tkunx għad tista’ tikseb benefiċċju permezz tar-rikors tagħha.

( 52 ) F’dan is-sens ara s-sentenza tat-23 ta’ April 2009, Sahlstedt et vs Il‑Kummissjoni (C-362/06 P, Ġabra p. I-2903, punti 22 u 23).

( 53 ) Sentenzi Plaumann vs Il‑Kummissjoni (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 2, p. 238), Piraiki-Patraiki et vs Il‑Kummissjoni (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 46, punt 11), Unión de Pequeños Agricultores vs Il‑Kunsill (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 3, punt 36), Il‑Kummissjoni vs Jégo-Quéré (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 4, punt 45), tat-13 ta’ Diċembru 2005, Il‑Kummissjoni vs Aktionsgemeinschaft Recht und Eigentum (C-78/03 P, Ġabra p. I-10737, punt 33), Il‑Kummissjoni vs Infront WM (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 43, punt 70) u tad-9 ta’ Ġunju 2011, Comitato “Venezia vuole vivere”et vs Il‑Kummissjoni (C-71/09 P, C-73/09 P u C-76/09 P, Ġabra p. I-4727, punt 52).

( 54 ) Ara l-punti 89 u 90 tad-digriet appellat.

( 55 ) Ara, f’dan is-sens, il-ġurisprudenza stabbilita; ara b’mod partikolari s-sentenzi Plaumann vs Il‑Kunsill (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 2, p. 238), Piraiki-Patraiki et vs Il‑Kummissjoni (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 46, punt 14), tad-29 ta’ Jannar 1985, Binderer vs Il‑Kummissjoni (147/83, Ġabra p. 257, punt 13), tal-24 ta’ Frar 1987, Deutz und Geldermann vs Il‑Kunsill (26/86, Ġabra p. 941, punti 8 u 12), tal-15 ta’ Ġunju 1993, Abertal et vs Il‑Kummissjoni (C-213/91, Ġabra p. I-3177, punti 17, 19 u 20), tat-22 ta’ Novembru 2001, Antillean Rice Mills vs Il‑Kunsill (C-451/98, Ġabra p. I-8949, punt 51) u Il‑Kummissjoni vs Jégo-Quéré (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 4, punti 43 u 46).

( 56 ) Fuq dan is-suġġett ara l-ispjegazzjonijiet li tajt fir-rigward tal-ewwel parti tal-ewwel aggravju (punti 26 sa 62 ta’ dawn il-konklużjonijiet).

( 57 ) Fuq dan is-suġġett ara għal darba oħra, id-Dokumenti ċċitati iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 24 CONV 636/03 (punti 17 sa 23) u CONV 734/03 (p. 20 et seq).

( 58 ) Il-Karta tad-Dirittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea ġiet ipproklamata solennement l-ewwel fis-7 ta’ Diċembru 2000 f’Nizza (ĠU 2000 C 364, p. 1) u t-tieni darba fit-12 ta’ Diċembru 2007 fi Strasbourg (ĠU 2007, C 303, p 1; ĠU C83, p. 389; JO C326, p. 391).

( 59 ) Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali (iktar ’il quddiem il-“KEDB”, iffirmata f’Ruma fl-4 ta’ Novembru 1950).

( 60 ) Sentenzi tal-1 ta’ Ottubru 1991, Vidrányi vs Il‑Kummissjoni (C-283/90 P, Ġabra p. I-4339, punt 29), tad-9 ta’ Diċembru 2004, Il‑Kummissjoni vs Greencore (C-123/03 P, Ġabra p. I-11647, punti 40 u 41), tal-20 ta’ Mejju 2010, Gogos vs Il‑Kummissjoni (C-583/08 P, Ġabra p. I-4469, punt 29), tal-20 ta’ Jannar 2011, General Química et vs Il‑Kummissjoni (C-90/09 P, Ġabra p. I-1, punti 59 sa 62), u d-digrieti tal-25 ta’ Ottubru 2007, Komninou et vs Il‑Kummissjoni (C‑167/06 P, punti 21 sa 28), u tal-5 ta’ Mejju 2011, Evropaïki Dynamiki vs Il‑Kummissjoni (C-200/10 P, punti 33 u 43).

( 61 ) Sentenzi tad-9 ta’ Settembru 2008, FIAMM et vs Il‑Kunsill u Il‑Kummissjoni (C-120/06 P u C-121/06 P, Ġabra p. I-6513, punt 96), tas-16 ta’ Lulju 2009, Il‑Kummissjoni vs Schneider Electric (C-440/07 P, Ġabra p. I-6413, punt 135), u tal-5 ta’ Lulju 2011, Edwin vs UASI (C-263/09 P, Ġabra p. I-5833, punt 64).

( 62 ) Fl-osservazzjonijiet bil-miktub li l-appellanti ppreżentaw fl-ewwel istanza fuq l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà, il-problema tad-dritt fundamentali hija esposta f’ħames punti minn 84 li kienet tinkludi n-nota tagħhom (li tirrappreżenta paġna waħda minn 22) filwaqt li din ma kinitx ittrattata fir-rikors.

( 63 ) Fuq dan is-suġġett, ara direttament iktar ’il quddiem l-ispjegazzjonijiet tiegħi fuq it-tieni parti tat-tieni aggravju (punti 105 sa 124 ta’ dawn il-konklużjonijiet).

( 64 ) Fil-punt 51 tad-digriet appellat, il-Qorti Ġenerali tiċċita s-sentenza Il‑Kummissjoni vs Jégo-Quéré (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 4, punt 36) u d-digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Jannar 2007, Lootus Teine Osaühing vs Il‑Kunsill (T‑127/05, punt 50).

( 65 ) Għandu jiġi osservat, b’mod sussidjarju, li fis-silta kkonċernata tan-nota li huma ppreżentaw fl-ewwel istanza, l-Inuit Tapiriit Kanatami u l-ko-appellanti tagħha lanqas biss isemmu l-Artikolu 13 tal-KEDB u għaldaqstant huma ma tantx jistgħu jilmentaw li l-Qorti Ġenerali injorat din id-dispożizzjoni.

( 66 ) Sentenzi tas-7 ta’ Ġunju 2007, Wunenburger vs Il‑Kummissjoni (C-362/05 P, Ġabra p. I-4333, punt 80), u Gogos vs Il‑Kummissjoni (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 60, punt 35).

( 67 ) Sentenzi tal-15 ta’ Mejju 1986, Johnston (222/84, Ġabra p. 1651, punt 18), Unión de Pequeños Agricultores vs Il‑Kunsill (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 3, punt 39), Il‑Kummissjoni vs Jégo Quéré (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 4, punt 29), tat-13 ta’ Marzu 2007, Unibet (C-432/05, Ġabra p. I-2271, punt 37), tat-3 ta’ Settembru 2008, Kadi u Al Barakaat International Foundation vs Il‑Kunsill u Il‑Kummissjoni (C-402/05 P u C-415/05 P, Ġabra p. I-6351, punt 335), u tat-22 ta’ Diċembru 2010, DEB (C-279/09, Ġabra p. I-13849, punt 29).

( 68 ) Sentenzi Unión de Pequeños Agricultores vs Il‑Kunsill (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 3, punt 44 ) u Il‑Kummissjoni vs Jégo-Quéré (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 4, punt 30).

( 69 ) Fuq dan is-suġġett, ara s-sentenzi Unión de Pequeños Agricultores vs Il‑Kunsill (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 3, punti 37 sa 40) u Il‑Kummissjoni vs Jégo-Quéré (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 4, punti 29 u 30).

( 70 ) F’dawn l-ispjegazzjonijiet (ĠU 2007, C 303, p. 17, b’mod partikolari 29 et seq), wieħed jista’ jaqra dan li ġej fir-rigward tal-Artikolu 47 tal-Karta: “[...] l-inklużjoni [tal]-każistika fil-Karta ma kinetx intiża sabiex tbiddel is-sistema tar-reviżjoni ġudizzjarja prevista mit-Trattati, u partikolarment ir-regoli dwar l-ammissibbiltà ta’ rikorsi magħmula direttament quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja ta’ l-Unjoni Ewropea. Il-Konvenzjoni Ewropea eżaminat is-sistema tar-reviżjoni ġudizzjarja ta’ l-Unjoni, inklużi r-regoli dwar l-ammissibbiltà, u kkonfermatha waqt li emendatha fir-rigward ta’ ċerti aspetti, kif ġie rifless fl-Artikoli 251 sa 281 [TFUE], u b’mod partikolari l-Artikolu 263(4) [TFUE]. [...]”.

( 71 ) L-affinità li torbot l-Artikolu 47 tal-Karta mal-Artikoli 6 u 13 tal-KEDB jidhru biċ-ċar fl-ispjegazzjonijiet fuq il-Karta (li jiena semmejt fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 70). Fil-ġurisprudenza fejn hija rrikonoxxiet li d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva huwa prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja bbażat hija wkoll ruħha b’mod determinanti fuq dawn iż-żewġ dispożizzjonijiet tal-KEDB (ara, fuq dan il-punt, is-sentenzi ċċitati fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 67).

( 72 ) L-appellanti stess ma ċċitawx sentenza waħda tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem li tmur f’dan-sens u rrikonoxxew li ma jafu b’ebda sentenza meta saritilhom mistoqsija fuq dan il-punt.

( 73 ) Ara l-punti 39 sa 46 ta’ dawn il-konklużjonijiet.

( 74 ) It-tieni subparagrafu tad-Dikjarazzjoni Numru 1 annessa mal-att finali tal-Konferenza Intergovernattiva li adottat it-Trattat ta’ Lisbona ffirmat fit-13 ta’ Diċembru 2007 (ĠU 2007, C 306, p. 249; ĠU 2008, C 115, p. 337; ĠU 2010 C 83, p. 339; ĠU 2012, C 326, p. 339).

( 75 ) F’dan is-sens, ara s-sentenza Unión de Pequeños Agricultores vs Il‑Kunsill (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 3, punt 45) u s-sentenza tas-27 ta’ Frar 2007, Gestoras Pro Amnistía et vs Il‑Kunsill (C-354/04 P, Ġabra p. I-1579, punt 50, it-tieni sentenza) u Segi et vs Il‑Kunsill (C-355/04 P, Ġabra p. I-1657, punt 50, l-aħħar sentenza).

( 76 ) F’dan is-sens, ara s-sentenzi Unión de Pequeños Agricultores vs Il‑Kunsill (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 3, punt 40), Il‑Kummissjoni vs Jégo-Quéré (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 4, punt 30), tat-30 ta’ Marzu 2004, Rothley et vs Il‑Parlament (C-167/02 P, Ġabra p. I-3149, punt 46) u tas-6 ta’ Diċembru 2005, Gaston Schul Douane-expediteur (C-461/03, Ġabra p. I-10513, punt 22).

( 77 ) F’dan is-sens, ara l-opinjoni 1/09 tat-8 ta’ Marzu 2011 (Ġabra p. I‑1137, punt 66); ara wkoll is-sentenzi tal-21 ta’ Frar 1991, Zuckerfabrik Süderdithmarschen u Zuckerfabrik Soest (C-143/88 u C-92/89, Ġabra p. I-415, punt 16) u tad-9 ta’ Novembru 1995, Atlanta Fruchthandelsgesellschaft et (C-465/93, Ġabra p. I-3761, punt 20) kif ukoll il-ġurisprudenza li għadha kif ġiet iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 76.

( 78 ) Sentenzi Unión de Pequeños Agricultores vs Il‑Kunsill (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 3, punt 40), Il‑Kummissjoni vs Jégo-Quéré (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 4, punt 30), tad-29 ta’ Ġunju 2010, E u F (C-550/09, Ġabra p. I-6213, punt 45) u tas-27 ta’ Novembru 2012, Pringle (C‑370/12, punt 39).

( 79 ) L-obbligu li titressaq talba għal deċiżjoni preliminari quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja ma jaqax biss fuq il-qrati li jiddeċiedu fl-aħħar istanza imma wkoll, meta jkunu sodisfatti l-kundizzjonijiet li l-Qorti tal-Ġustizzja ddefinixxiet fil-ġurisprudenza tagħha Foto-Frost (ara s-sentenzi tat-22 ta’ Ottubru 1987, Foto-Frost, 314/85, Ġabra p. 4199, punti 12 sa 19, u Gaston Schul Douane expediteur, iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 76, punt 22), fuq il-qrati li d-deċiżjonijiet tagħhom jistgħu jiġu appellati fid-dritt nazzjonali.

( 80 ) Ara, pereżempju, il-konklużjonijiet li l-Avukat Ġenerali Jacobs ippreżenti fil-21 ta’ Marzu 2002 fil-kawża Unión de Pequeños Agricultores vs Il‑Kunsill (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 3).

( 81 ) Il-Qorti tal-Ġustizzja stess irrikonoxxiet dan fil-ġurisprudenza tagħha (sentenza Unibet, iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 67, punt 64), l-istess kif għamlet il-Konvenzjoni Ewropea (ara d-dokumenti ċċitati fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 24).

( 82 ) Il-Qorti tal-Ġustizzja diġà semmiet din il-possibbiltà fis-sentenza Il‑Kummissjoni vs Jégo-Quéré (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 4, punt 35).

( 83 ) Sentenzi Unión de Pequeños Agricultores vs Il‑Kunsill (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 3, punt 40), Il‑Kummissjoni vs Jégo-Quéré (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 4, punt 30); fuq l-obbligu tal-qrati nazzjonali li jressqu talba għal deċiżjoni preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja fl-istess sitwazzjoni, ara l-ġurisprudenza Foto-Frost iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 79.

( 84 ) Għal xi eżempju bbażati fuq il-prattika tal-qrati tal-Istati Membri, ara s-sentenzi tal-10 ta’ Jannar 2006, IATA u ELFAA (C-344/04, Ġabra p. I-403, punt 19), tat-8 ta’ Ġunju 2010, Vodafone et (C-58/08, Ġabra p. I-4999, punt 29), u tad-9 ta’ Novembru 2010, Volker und Markus Schecke u Eifert (C-92/09 u C-93/09, Ġabra p. I-11063, punt 28) ara wkoll, fir-rigward ta’ direttivi u tat-traspożizzjoni tagħhom fid-dritt nazzjonali, is-sentenzi tal-10 ta’ Diċembru 2002, British American Tobacco (Investments) u Imperial Tobacco (C-491/01, Ġabra p. I-11453, punt 24), tas-6 ta’ Diċembru 2005, ABNA et (C-453/03, C-11/04, C-12/04 u C-194/04, Ġabra p. I-10423, punti 19, 25 u 34), tat-8 ta’ Lulju 2010, Afton Chemical (C-343/09, Ġabra p. I-7027, punt 8), u tal-21 ta’ Diċembru 2011, Air Transport Association of America et (C-366/10, Ġabra p. I-13755, punt 43).

( 85 ) Sentenza Unibet (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 67, b’mod partikolari l-punti 38 sa 44); ara wkoll is-sentenzi Unión de Pequeños Agricultores vs Il‑Kunsill (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 3, punti 42) u Il‑Kummissjoni vs Jégo-Quéré (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 4, punt 32).

( 86 ) Ara l-Artikolu 41(1) u (4) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u, b’mod komplementari, l-Artikolu 24(4) TFUE.

( 87 ) Sentenzi Zuckerfabrik Süderdithmarschen u Zuckerfabrik Soest (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 77, punti 17, 20 u 23 sa 33) u Atlanta Fruchthandelsgesellschaft et (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 77, punti 24, 25 u 32 sa 51).

( 88 ) Fil-lingwa tal-kawża: “that the distinction between legislative and regulatory acts [...] consists of adding the qualifier ’legislative’ to the word ‘act’ with reference to the first two possibilities covered by the fourth paragraph of Article 263 TFEU”.

( 89 ) Sentenza tal-1 ta’ Lulju 2010, Knauf Gips vs Il‑Kummissjoni (C-407/08 P, Ġabra p. I-6375, punti 30 u 31); ara, f’dan l-istess sens, is-sentenzi Il‑Kummissjoni vs Aktionsgemeinschaft Recht und Eigentum (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 53, punti 44 sa 50) u tal-29 ta’ Novembru 2007 Stadtwerke Schwäbisch Hall et vs Il‑Kummissjoni (C‑176/06 P, punt 25).

( 90 ) Sentenzi tat-18 ta’ Jannar 2007, PKK u KNK vs Il‑Kunsill (C-229/05 P, Ġabra p. I-439, punt 37), tas-27 ta’ Novembru 2007, Sniace vs Il‑Kummissjoni (C-260/05 P, Ġabra p. I-10005, punt 37) u tas-17 ta’ Ġunju 2010, Lafarge vs Il‑Kummissjoni (C-413/08 P, Ġabra p. I-5361, punt 17).

( 91 ) Ara l-konklużjonijiet li jiena ppreżentajt fl-14 ta’ April 2011 fil-kawża Solvay vs Il‑Kummissjoni (C-109/10 P, Ġabra p. I-10329, punt 94) u Solvay vs Il‑Kummissjoni (C-110/10 P, Ġabra p. I-10439, punti 126 u 131).

( 92 ) Ara, b’mod partikolari, il-punt 17 tal-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà mressqa mill-Parlament u l-punt 15 tal-eċċezzjoni tal-Kunsill.

( 93 ) Ara, b’mod partikolari, il-punt 30 tat-tweġiba tal-Inuit Tapiriit Kanatami u tal-ko-appellanti tagħha għall-eċċezzjonijiet ta’ inammissibbiltà mressqa mill-Parlament u mill-Kunsill.

( 94 ) Fir-rigward tal-argument li l-Inuit Tapiriit Kanatami u l-ko-appellanti tagħha ressqu fl-ewwel istanza, ara, b’mod partikolari, il-punt 49 tat-tweġiba bil-miktub tagħhom għall-eċċezzjonijiet ta’ inammissibbiltà mressqa mill-Parlament u mill-Kunsill; fuq l-argument essenzjalment identiku li huma ressqu fil-kuntest tal-appell, ara l-punt 53 ta’ dawn il-konklużjonijiet.

( 95 ) Sentenzi tal-1 ta’ Ġunju 2006, P&O European Ferries (Vizcaya) u Diputación Foral de Vizcaya vs Il‑Kummissjoni (C-442/03 P u C-471/03 P, Ġabra p. I-4845, punti 133 u 134) u tal-1 ta’ Frar 2007, Sison vs Il‑Kunsill (C-266/05 P, Ġabra p. I-1233, punti 67 sa 72); ara, fl-istess sens, is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Settembru 2010, Andreasen vs Il‑Kummissjoni (T‑17/08 P, punt 76).

( 96 ) Ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tad-9 ta’ Ġunju 1992, Lestelle vs Il‑Kummissjoni (C-30/91 P, Ġabra p. I-3755, punt 28), Kadi u Al Barakaat International Foundation vs Il‑Kunsill u Il‑Kummissjoni (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 67, punt 233) u tad-9 ta’ Settembru 2008, FIAMM et vs Il‑Kunsill u Il‑Kummissjoni, (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 61, punt 189).

( 97 ) Skont il-prinċipju ġenerali li jistabbilixxi li r-regoli proċedurali l-ġodda japplikaw għall-kawżi pendenti fil-mument tad-dħul fis-seħħ tagħhom (ġurisprudenza stabbilita, ara, b’mod partikolari, is-sentenza tat-12 ta’ Novembru 1981, Meridionale Industria Salumi et212/80 sa 217/80, Ġabra p. 2735, punt 9), id-deċiżjoni fuq l-ispejjeż għandha tingħata f’dan il-każ, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-25 ta’ Settembru 2012, li daħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Novembru 2012 (f’dan is-sens, ara s-sentenza tas-6 ta’ Diċembru 2012, Il‑Kummissjoni vs Verhuizingen Coppens, C‑441/11 P, punti 83 sa 85). Għal dak li jirrigwarda l-mertu, ir-Regoli tal-Proċedura l-ġodda ma jagħmlu ebda differenza, madankollu, fir-rigward tal-Artikolu 69(2) moqri flimkien mal-Artikoli 118 u 122(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta’ Ġunju 1991.

( 98 ) Sentenza tal-14 ta’ Settembru 2010, Akzo Nobel Chemicals u Akcros Chemicals vs Il‑Kummissjoni (C-550/07 P, Ġabra p. I-8301, punt 123); fl-istess sens, ara s-sentenza tal-31 ta’ Mejju 2001, D u L-Isvezja vs Il‑Kunsill (C-122/99 P u C-125/99 P, Ġabra p. I-4319, punt 65). F’dan l-aħħar każ, D u r-Renju tal-Isvezja kienu saħansitra ppreżentaw żewġ appelli separati, u dan ma pprekludiex lill-Qorti tal-Ġustizzja milli tikkundannahom in solidum għall-ispejjeż.

( 99 ) F’dan is-sens, ara, pereżempju, is-sentenza tad-19 ta’ Lulju 2012, Il‑Kunsill vs Zhejiang Xinan Chemical Industrial Group (C‑337/09 P, punt 112); f’din il-kawża, il-Kunsill, li kien ippreżenta l-appell li ma ġiex milqugħ, kien ġie kkundannat, b’mod partikolari, ibati l-ispejjeż tal-Association des utilisateurs et distributeurs de l’agrochimie européenne (Audace), li kienet interveniet kontrih fl-ewwel istanza u li l-aggravji tagħha fil-proċeduri tal-appell kienu ġew milqugħa.