13.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 108/6


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-10 ta’ Jannar 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Augstākās tiesas Senāts — il-Latvja) — Ilgvars Brunovskis vs Lauku atbalsta dienests

(Kawża C-650/11) (1)

(Politika agrikola komuni - Regolament (KE) Nru 1728/2003 - Implementazzjoni ta’ skemi ta’ sostenn fl-Istati Membri ġodda - Pagamenti diretti nazzjonali addizzjonali - Kundizzjonijiet għall-għoti - Regolament (KE) Nru 1973/2004 - Inapplikabbiltà)

2013/C 108/11

Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

Qorti tar-rinviju

Augstākās tiesas Senāts

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ilgvars Brunovskis

Konvenuta: Lauku atbalsta dienests

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Augstākā tiesas Senāts — Interpretazzjoni tal-Artikolu 125(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003, tad-29 ta’ Settembru 2003, li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 40, p. 269) kif ukoll tal-Artikolu 102(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1973/2004, tad-29 ta’ Ottubru 2004, li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 għal dak li għandu x’jaqsam mal-iskemi ta’ appoġġ li hemm provvediment għalihom fit-Titoli IV u IVa ta’ dak ir-Regolament u l-użu ta’ art imwarrba [art imserrħa] għall-produzzjoni ta’ materja prima (ĠU L 330M, p. 58) — Primjum għall-baqra li tredda’ — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi għall-għoti tal-primjum għal kull sena kalendarja sħiħa għall-baqar li jreddgħu biss u l-għoġol irreġistrati taħt l-istatus ta’ bhejjem eliġibbli għall-benefiċċju tal-primjum, mhux iktar tard mill-1 ta’ Lulju tas-sena kalendarja inkwistjoni — Teħid inkunsiderazzjoni jew le, fil-kalkolu tal-primjum, tal-baqar li jreddgħu kollha eżistenti fis-sena kalendarja inkwistjoni

Dispożittiv

Id-dritt tal-Unjoni u, b’mod partikolari, tal-Artikolu 143ċ tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003, tad-29 ta’ Settembru 2003, li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001, kif emendat bid-Direttiva tal-Kunsill 2004/281/KE, tat-22 ta’ Marzu 2004, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux li leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tirregola ċerti pagamenti diretti nazzjonali addizzjonali marbuta mal-preżenza ta’ baqar li jreddgħu fi grupp u li tissuġġetta l-għoti tagħhom għall-kundizzjoni ta’ dikjarazzjoni effettiva qabel l-1 ta’ Lulju tas-sena kkonċernata, mingħajr ma tkun tista’ tieħu inkunsiderazzjoni l-baqar li saru kapaċi jreddgħu wara din id-data.


(1)  ĠU C 49, 18.02.2012