12.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/24


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-18 ta’ Settembru 2012 — Omnicare, Inc. vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Astellas Pharma GmbH

(Kawża C-587/11) (1)

(Appell - Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali “OMNICARE CLINICAL RESEARCH” - Oppożizzjoni - Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell li tiċħad l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni - Rikors - Sentenza tal-Qorti Ġenerali li tiċħad dan ir-rikors - Ċessjoni tal-oppożizzjoni - Appell - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

2013/C 9/40

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Omnicare, Inc. (rappreżentant: M. Edenborough QC)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: J. Crespo Carrillo, aġent), Astellas Pharma GmbH (rappreżentant: M. Polo Carreño, avukat)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla), tad-9 ta’ Settembru 2011, Omnicare vs UASI — Astellas Pharma (OMNICARE) (T-289/09), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors għal annullament ippreżentat mill-applikant għat-trade mark verbali “OMNICARE CLINICAL RESEARCH”, għal servizzi fil-klassi 42, kontra d-Deċiżjoni R 401/2008-4 tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), tal-14 ta’ Mejju 2009, li tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni li tiċħad l-oppożizzjoni magħmula mill-proprjetarju tat-trade mark nazzjonali “OMNICARE”, għal servizzi fil-klassijiet 35, 41 u 42 — Interpretazzjoni u applikazzjoni tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 — Kunċett ta’ użu ġenwin ta’ trade mark preċedenti — Trade mark użata għal servizzi pprovduti mingħajr ħlas

Dispożittiv

(1)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar l-appell ippreżentat minn Omnicare Inc.

(2)

Omnicare Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), fil-kuntest tal-kawża preżenti kif ukoll tal-proċeduri għal miżuri provviżorji.

(3)

Omnicare Inc. u Astellas Pharma GmbH għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.


(1)  ĠU C 25, 28.1.2012.