19.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 304/2


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tad-9 ta’ Lulju 2013 — Regione Puglia vs Ir-Repubblika Taljana, Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-586/11 P) (1)

(Appell - Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - FEŻR - Deċiżjoni li tnaqqas l-għajnuna finanzjarja - Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE - Entità reġjonali - Att li jikkonċerna lil din l-entità b’mod dirett - Inammissibbiltà)

2013/C 304/03

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellanti: Regione Puglia (rappreżentanti: F. Brunelli u A. Aloia, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistita minn P. Gentili, avvocato dello Stato), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Prete u A. Steiblytė, aġenti)

Suġġett

Appell mid-digriet tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla), tal-14 ta’ Settembru 2011, Regione Puglia vs Il-Kummissjoni (T-84/10), li permezz tiegħu l-Qorti Ġenerali ċaħdet talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 10350, tat-22 ta’ Diċembru 2009, li tnaqqas l-għajnuna tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) mogħtija b’applikazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2000) 2349, tat-8 ta’ Awwissu 2000, li tapprova l-programm operattiv POR Puglia, għall-perijodu 2000-2006, taħt l-objettiv Nru 1 — Nuqqas ta’ proċedura orali — Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE — Assenza ta’ interess dirett — Inammissibbiltà — Motivazzjoni insuffiċjenti

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Ir-Regione Puglia hija kkundannata għall-ispejjeż.

(3)

Ir-Repubblika Taljana għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.


(1)  ĠU C 25, 28.01.2012.