12.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/24


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta’ Lulju 2012 — Muhamad Mugraby vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-581/11 P) (1)

(Appell - Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni - Ksur ta’ drittijiet fundamentali u tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Libaniża - Astensjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni milli tadotta miżuri kontra r-Repubblika Libaniża - Rikors għad-danni - Appell manifestament infondat u manifestament inammissibbli)

2013/C 9/39

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Muhamad Mugraby (rappreżentant: S. Delhaye, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Driessen u M.-M. Joséphidès, aġenti), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Boelaert u F. Castillo de la Torre, aġenti)

Suġġett

Appell mid-digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Settembru 2011 (It-Tielet Awla), Mugraby vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni (T-292/09) li jiċħad, minn naħa, rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni intiż li jiġi kkonstatat li l-Kunsill u l-Kummissjoni naqsu illegalment milli jieħdu pożizzjoni dwar it-talba tar-rikorrent dwar l-adozzjoni ta’ miżuri fil-konfront tal-Libanu minħabba l-allegat ksur minn dan l-Istat tad-drittijiet fundamentali tiegħu u tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn il-Komunità u r-Repubblika Libaniża, u li jiċħad, min-naħa l-oħra, rikors intiż sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu allegatament imġarrab mir-rikorrent b’konsegwenza tan-nuqqas li tittieħed azzjoni min-naħa ta’ dawn l-istituzzjonijiet Komunitarji

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

M. Mugraby huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  GU C 25, 28.1.2012.