3.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 225/42


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tas-16 ta’ Mejju 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato — l-Italja) — Consulta Regionale Ordine Ingegneri della Lombardia et vs Comune di Pavia

(Kawża C-564/11) (1)

(Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura - Kuntratti pubbliċi - Direttiva 2004/18/KE - Artikolu 1(2)(a) u (d) - Servizzi - Studju u konsulenza teknika u xjentifika għall-istabbiliment ta’ atti li jikkostitwixxu pjan ta’ ġestjoni ta’ territorju komunali - Kuntratt konkluż bejn żewġ entitajiet pubbliċi fosthom università - Entità pubblika li tista’ tiġi kklassifikata bħala operatur ekonomiku)

2013/C 225/71

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Consulta Regionale Ordine Ingegneri della Lombardia, Ordine degli Ingegneri della Provincia di Brescia, Ordine degli Ingegneri della Provincia di Como, Ordine degli Ingegneri della Provincia di Cremona, Ordine degli Ingegneri della Provincia di Lecco, Ordine degli Ingegneri della Provincia di Lodi, Ordine degli Ingegneri della Provincia di Milano, Ordine degli Ingegneri della Provincia di Pavia, Ordine degli Ingegneri della Provincia di Varese

Konvenut: Comune di Pavia

Fil-preżenza ta’: Università degli Studi di Pavia

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Consiglio di Stato — Interpretazzjoni tal-Artikolu 1(2)(a) u (d), u tal-Artikoli 2 u 28, kif ukoll l-Anness II, Kategoriji Nri 8 u 12, tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] (ĠU L 134, p. 114) — Għoti ta’ kuntratt barra l-proċeduri ta’ għoti tal-kuntratt stipulati fid-Direttiva — Kuntratt konkluż bejn żewġ amministrazzjonijiet pubbliċi, fil-kuntest li fih il-fornitur tas-servizzi huwa università u fejn il-kontroparti għandha essenzjalment natura mhux remunerattiva

Dispożittiv

Id-dritt tal-Unjoni fil-kwistjoni tal-kuntratti pubbliċi tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tawtorizza l-konklużjoni, mingħajr sejħa għall-kompetizzjoni, ta’ kuntratt li permezz tiegħu l-entitajiet pubbliċi stabbilixxew bejniethom kooperazzjoni meta — dak li l-qorti tar-rinviju għandha tivverifika — tali kuntratt ma għandux bħala għan li jiżgura l-implementazzjoni ta’ missjoni għas-servizz pubbliku komuni għal dawn l-entitajiet, li ma huwiex esklużivament rregolat minn kunsiderazzjonijiet u eżiġenzi proprji għall-ksib ta’ għanijiet ta’ interess pubbliku jew li huwa tan-natura li jpoġġi lil fornitur privat f’sitwazzjoni privileġġjata meta mqabbla ma’ dik tal-kompetituri tiegħu.


(1)  ĠU C 73, 10.3.2012.