4.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 129/2


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-28 ta’ Frar 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Augstākās tiesas Senāts — il-Latvja) — SIA Forvards V vs Valsts ieņēmumu dienests

(Kawża C-563/11) (1)

(Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura - Tassazzjoni - VAT - Is-Sitt Direttiva - Dritt għal tnaqqis - Rifjut - Fattura maħruġa minn kumpannija meqjusa bħala fittizja)

2013/C 129/03

Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

Qorti tar-rinviju

Augstākās tiesas Senāts

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: SIA Forvards V

Konvenuta: Valsts ieņēmumu dienests

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Augstākās tiesas Senāts — Interpretazzjoni tal-Artikolu 17(2)(a) tas-Sitt Direttiva 77/388/KEE tal-Kunsill, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23) — Tnaqqis tal-VAT tal-input imħallsa — Persuna taxxabbli li tissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa mil-leġiżlazzjoni nazzjonali sabiex titnaqqas it-taxxa mħallsa max-xiri ta’ prodotti u li fir-rigward tagħhom ma ġiet ikkonstatata l-ebda prattika abbużiva — Rifjut tad-dritt għal tnaqqis tal-VAT fil-każ li jiġi stabbilit li l-parti l-oħra għat-tranżazzjoni ma hijiex f’pożizzjoni li tikkunsinna l-prodotti li jinsabu fuq il-fattura formalment regolari

Dispożittiv

L-Artikolu 17(2)(a) tas- Sitt Direttiva 77/388/KEE tal-Kunsill, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 95/7/KE, tal-10 ta’ April 1995, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li l-benefiċjarju ta’ fattura jiġi miċħud d-dritt li titnaqqas it-taxxa fuq il-valur miżjud tal-input, minħabba li, fid-dawl tal-frodi jew irregolaritajiet imwettqa mill-emittent ta’ din il-fattura, it-tranżazzjoni li tikkorrispondi għal din tal-aħħar hija meqjusa bħala li qatt ma twettqet b’mod effettiv, ħlief jekk jiġi stabbilit, minħabba l-evidenza oġġettiva u mingħajr l-ebda rekwiżit għall-benefiċjarju ta’ din il-fattura tal-verifiki li ma humiex l-obbligi tiegħu, li dan il-benefiċjarju kien jaf jew imissu kien jaf li din it-tranżazzjoni kienet implikata fi frodi tat-taxxa fuq il-valur miżjud, li huwa l-obbligu tal-qorti tar-rinviju li tivverifika.


(1)  ĠU C 13, 14.01.2012.