12.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/23


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-15 ta’ Ottubru 2012 — Internationaler Hilfsfonds eV vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-554/11 P) (1)

(Appell - Aċċess għad-dokumenti - Rifjut ta’ aċċess komplet għad-dokumenti marbuta mal-kuntratt LIEN 97-2011 - Rikors għal annullament - Eżami ġdid fil-mori tal-kawża - Preżentata ta’ rikors għal annullament distint)

2013/C 9/37

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Internationaler Hilfsfonds eV (rappreżentant: H. Kaltenecker, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Costa de Oliveira u T. Scharf, aġenti)

Suġġett

Appell mid-digriet tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tal-21 ta’ Settembru 2011, Internationaler Hilfsfonds vs Il-Kummissjoni (T-141/05 RENV), li permezz tiegħu l-Qorti Ġenerali ordnat li ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talbiet tar-rikorrenti intiżi għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tal-14 ta’ Frar 2005, li tiċħad it-talba tagħha għal aċċess għall-fajl dwar il-kuntratt LIEN 97-2011 — Irregolaritajiet proċedurali quddiem il-Qorti Ġenerali — Nuqqas ta’ trattament ikkoordinat bejn il-Kawżi T-141/05 RENV u T-36/10 — Oneru u ammont tal-ispejjeż

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Internationaler Hilfsfonds eV hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 25, 28.1.2012.