|
6.10.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 303/5 |
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-5 ta’ Lulju 2012 — Audi AG, Volkswagen AG vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
(Kawża C-467/11 P) (1)
(Appell - Trade mark Komunitarja - Appell li ma għadx għandu skop - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)
2012/C 303/09
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Audi AG, Volkswagen AG (rappreżentant: P. Kather, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tas-6 ta’ Lulju 2011, Audi u Volkswagen vs UASI (TDI) (T-318/09), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir rikors għal annullament ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-14 ta’ Mejju 2009 (Każ R 226/2007-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali TDI bħala trade mark Komunitarja għal prodotti fil-klassi 12 (vetturi u l-elementi ta’ kostruzzjoni tagħhom) — Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) u (3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1) — Karattru distintiv tas-sinjal verbali TDI
Dispożittiv
|
(1) |
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni rigward l-appell. |
|
(2) |
Audi AG u Volkswagen AG huma kkundannati għall-ispejjeż. |