24.11.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 366/20 |
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta’ Lulju 2012 — Government of Gibraltar vs Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Renju ta’ Spanja, Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq
(Kawża C-407/11 P) (1)
(Appell - Direttiva 92/43/KEE - Konservazzjoni tal-habitats naturali - Lista tas-siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bioġeografiku tal-Mediterran - Inklużjoni fil-lista tas-sit “Estrecho Oriental” propost mir-Renju ta’ Spanja li jinkludi żona ta’ ibħra territorjali Britanniċi ta’ Ġibiltà u żona ta’ baħar miftuħ - Rikors għal annullament - Talba għal annullament parzjali - Separabbiltà - Drittijiet tad-difiża)
2012/C 366/33
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellant: Government of Gibraltar (rappreżentanti: D. Vaughan QC, M. Llamas, barrister)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Recchia u M. K. Mifsud-Bonnici, aġenti), Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: N. Díaz Abad u M. Muñoz Pérez, aġenti), Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq
Suġġett
Appell mid-digriet tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla), tal-24 ta’ Mejju 2011, Government of Gibraltar vs Il-Kummissjoni (T-176/09), li permezz tiegħu l-Qorti Ġenerali ddikjarat inammissibbli rikors intiż għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/95/KE, tat-12 ta’ Diċembru 2008, li tadotta, skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, it-tieni lista aġġornata tas-siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku tal-Mediterran [notifikata bid-dokument numru C(2008) 8049], sa fejn din iżżid mal-lista sit imsejjaħ “Estrecho Oriental” (ES6120032), propost minn Spanja, li jinkludi żona ta’ ibħra territorjali Britanniċi ta’ Ġibiltà u żona ta’ baħar miftuħ.
Dispożittiv
(1) |
L-appell huwa miċħud. |
(2) |
Il-Government of Gibraltar huwa kkundannat għall-ispejjeż. |
(3) |
Ir-Renju ta’ Spanja għandu jbati l-ispejjeż tiegħu. |