4.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 235/4


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-23 ta’ Marzu 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal d’instance de Paris — Franza) — Thomson Sales Europe SA vs Administration des douanes (Direction Nationale du Renseignement et des Enquêtes douanières)

(Kawża C-348/11) (1)

(Artikoli 92(1) u 103(1) tar-Regoli tal-Proċedura - Inammissibbiltà manifesta - It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura - Risposta li ma tagħti lok għal ebda dubju raġonevoli - Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Evalwazzjoni tal-validità - Politika kummerċjali komuni - Dumping - Importazzjoni ta’ televixins immanifatturati fit-Tajlandja - Validità tal-investigazzjoni tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) - Validità tar-Regolamenti (KE) Nri 710/95 u 2584/98)

2012/C 235/06

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal d’instance de Paris

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Thomson Sales Europe SA

Konvenuta: Administration des douanes (Direction Nationale du Renseignement et des Enquêtes douanières)

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunal d’instance de Paris — Validità tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 710/95, tas-27 ta’ Marzu 1995, li jistabbilixxi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjoni ta’ riċevituri tat-televiżjoni tal-kulur li joriġinaw mill-Malasja, mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, mir-Repubblika tal-Korea, minn Singapor u mit-Tajlandja u li tiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju (ĠU L 73, p. 3) — Validità tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2584/98, tas-27 ta’ Novembru 1998, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 710/95 iċċitat iktar ’il fuq (ĠU L 324, p. 1) — Regolamenti li japplikaw, għall-kalkolu tal-medja differenzjata tal-marġni ta’ dumping, metodu li jikkonsisti fit-tnaqqis għal żero — Validità tal-investigazzjoni tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) dwar l-oriġini tat-televixins

Dispożittiv

L-eżami tar-raba’ u tal-ħames domandi ma sab ebda element li jista’ jaffettwa l-validità tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nri 710/95, tas-27 ta’ Marzu 1995, li jistabbilixxi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjoni ta’ riċevituri tat-televiżjoni tal-kulur li joriġinaw mill-Malasja, mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, mir-Repubblika tal-Korea, minn Singapor u mit-Tajlandja u li tiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju, u tal-Kunsill Nru 2584/98, tas-27 ta’ Novembru 1998, li jemenda r-Regolament Nru 710/95.


(1)  ĠU C 282, 24.09.2011.