4.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 235/4


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-1 ta’ Marzu 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší správní soud — Ir-Republikka Ċeka) — Star Coaches s.r.o. vs Finanční ředitelství pro hlavní město Prahu

(Kawża C-220/11) (1)

(L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura - Direttiva tal-VAT - Skema speċjali ta’ tassazzjoni tal-aġenziji tal-ivvjaġġar - Provvista lill-aġenziji tal-ivvjaġġar ta’ servizz ta’ trasport bix-xarabank bl-esklużjoni ta’ kwalunkwe servizz ieħor)

2012/C 235/05

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Nejvyšší správní soud

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Star Coaches s.r.o.

Konvenuta: Finanční ředitelství pro hlavní město Prahu

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Nejvyšší správní soud — Interpretazzjoni tal-Artikolu 306 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) — Applikazzjoni tas-sistema partikolari tal-aġenziji tal-ivvjaġġar fuq operatur ekonomiku li, mingħajr ma huwa aġenzija tal-ivvjaġġar, jipprovdi lill-aġenziji tal-ivvjaġġar b’servizz ta’ trasport bix-xarabank, bl-esklużjoni ta’ servizzi ta’ vjaġġar oħra.

Dispożittiv

Kumpannija tat-trasport li l-uniku rwol tagħha huwa li tiżgura t-trasport ta’ persuni billi tipprovdi trasport permezz tax-xarabanks lill-aġenziji tal-ivvjaġġar u li ma tipprovdi l-ebda servizz ieħor, bħal dak tal-akkomodazzjoni, attività ta’ informazzjoni jew ta’ konsulenza, ma twettaqx attivitajiet li jaqgħu taħt l-iskema speċjali tal-aġenżiji tal-ivvjaġġar imsemmija fl-Artikolu 306 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud.


(1)  ĠU C 219, 23.07.2011.