10.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 73/12


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-15 ta’ Diċembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hof van Cassatie van België — il-Belġju) — INNO NV vs Unie van Zelfstandige Ondernemers VZW (UNIZO), Organisatie voor de Zelfstandige Modedetailhandel VZW (Mode Unie), Couture Albert BVBA

(Kawża C-126/11) (1)

(L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura - Direttiva 2005/29/KE - Prattiċi kummerċjali żleali - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi r-reklami li jħabbru tnaqqas fil-prezz u dawk li jalludu għal tali tnaqqis)

2012/C 73/20

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hof van Cassatie van België

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: INNO NV

Konvenuta: Unie van Zelfstandige Ondernemers VZW (UNIZO), Organisatie voor de Zelfstandige Modedetailhandel VZW (Mode Unie), Couture Albert BVBA

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Hof van Cassatie van België — Interpretazzjoni tad- Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali) (ĠU L 149, p. 22)

Dispożittiv

Id-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali), għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi dispożizzjoni nazzjonali, bħal dik fil-kawża prinċipali, li tipprovdi għal projbizzjoni ġenerali tar-reklami li jħabbru tnaqqas fil-prezz u ta’ dawk li jalludu għal tali tnaqqis matul il-perjodu anterjuri dak tal-bejgħ bi skont, sa fejn din id-dispożizzjoni ikollha għanijiet relatati mal-protezzjoni tal-konsumatur.


(1)  ĠU C 152, 21.05.2011