18.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 49/14


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-20 ta’ Ottubru 2011 — DTL Corporación, SL vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Gestión de Recursos y Soluciones Empresariales SL

(Kawża C-67/11 P) (1)

(Appell - Trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 8(1)(b) - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “Solaria” u trade mark figurattiva nazzjonali preċedenti li tinkludi l-element verbali “Solartia” - Rifjut parzjali ta’ reġistrazzjoni - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Talba għas-sospensjoni tal-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali - Nuqqas ta’ tressiq tat-talba fi żmien xieraq)

2012/C 49/23

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellanti: DTL Corporación, SL (rappreżentant: A. Zuazo Araluze, avukat)

Partijiet oħra fil-proċeduri: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent), Gestión de Recursos y Soluciones Empresariales SL (rappreżentanti: M. Polo Carreño u M. Granado Carpenter, avukati)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla), tal-15 ta’ Diċembru 2010, DTL vs UASI (T-188/10) — Gestión de Recursos y Soluciones Empresariales (Solaria) (T-188/10), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tas-17 ta’ Frar 2010 (Każ R 767/2009-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Gestión de Recursos y Soluciones Empresariales SL u DTL Corporación SL

Dispożittiv

(1)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq l-appell fir-rigward tas-servizzi li jaqgħu taħt il-klassi 37 fis-sens tal-Ftehim ta’ Nice dwar il-klassifikazzjoni internazzjonali ta’ prodotti u servizzi għall-finijiet tar-reġistrazzjoni ta’ trade marks, tal-15 ta’ Ġunju 1957, kif rivedut u emendat.

(2)

L-appell huwa miċħud sa fejn jikkonċerna servizzi li jaqgħu taħt il-klassi 42 fis-sens tal-imsemmi Ftehim ta’ Nice.

(3)

DTL Corporación SL hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 130, 30.04.2011