24.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 366/18


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-18 ta’ Ġunju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supremo Tribunal Administrativo — il-Portugall) — Amorim Energia BV vs Ministério das Finanças e da Administração Pública

(Kawża C-38/11) (1)

(L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura - Artikoli 49 TFUE u 54 TFUE - Artikoli 63 TFUE u 65 TFUE - Direttiva 90/435/KEE - Artikolu 3(2) - Leġiżlazzjoni fiskali - Taxxa fuq il-kumpanniji - Taxxa fuq id-dividendi - Taxxa f’ras il-għajn - Eżenzjoni - Żamma ta’ sehem minimu fil-kumpannija li tqassam id-dividendi - Kundizzjonijiet - Perjodu minimu ta’ żamma mhux interott tal-imsemmi sehem - Kundizzjonijiet - Kumpanniji benefiċjarji residenti u mhux residenti - Differenza fit-trattament)

2012/C 366/29

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Supremo Tribunal Administrativo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Amorim Energia BV

Konvenut: Ministério das Finanças e da Administração Pública

fil-preżenza ta’: Ministério Público

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Supremo Tribunal Administrativo — Interpretazzjoni tal-Artikoli 63 u 65 TFUE — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta d-divendi mqassmin lil kumpanniji mhux residenti għal sistema fiskali inqas favorevoli minn dik applikabbli għad-dividendi mqassmin lill-kumpanniji residenti — Ħtieġa ta’ perijodu minimu ta’ pussess tal-azzjonijiet itwal u ta’ sehem azzjonarju minimu ikbar għall-kumpanniji mhux residenti.

Dispożittiv

(1)

L-Artikoli 63 TFUE u 65 TFUE jipprekludu li l-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li ma tippermettix lil kumpannija residenti fi Stat Membru ieħor li tippossjedi, f’kumpannija residenti fil-Portugall, sehem ogħla minn 10 % iżda iktar baxx minn 20 %, li jiksbu l-eżenzjoni mit-taxxa f’ras il-għajn fuq it-tqassim tad-dividendi li saru mill-kumpannija residenti fil-Portugall u b’hekk dawn id-dividendi jiġu suġġetti għal taxxa doppja, filwaqt li, meta d-dividendi huma mqassma lill-kumpanniji azzjonarji residenti fil-Portugall u għandhom l-istess tip ta’ ishma, tali taxxa doppja tad-dividendi ma sseħħx. Meta Stat Membru jinvoka ftehim bil-għan li tiġi evitata t-taxxa doppja, konkluż ma’ Stat Membru ieħor, hija l-qorti nazzjonali li għandha tistabbilixxi jekk għandux jiġi kkunsidrat dan il-ftehim u, jekk ikun il-każ, li jiġi vverifikat jekk dan jinnewtralizzax l-effetti tar-restrizzjoni għall-moviment ħieles tal-kapital.

(2)

L-Artikoli 49 TFUE u 54 TFUE jipprekludu li leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tippermetti lil kumpannija residenti fi Stat Membru ieħor li tippossjedi, f’kumpannija residenti fil-Portugall, sehem ogħla minn 20 % li tikseb ir-rimbors tat-taxxa f’ras il-għajn fuq it-tqassim tad-dividendi li saru mill-kumpannija residenti fil-Portugall biss meta hija għandha tali sehem b’mod mhux interrot għal sentejn u b’hekk tittardja l-eliminazzjoni tat-taxxa doppja fir-rigward tal-kumpanniji azzjonarji residenti fil-Portugall, li għandhom l-istess ishma. Meta Stat Membru jinvoka ftehim bil-għan li tiġi evitata t-taxxa doppja, konkluż ma’ Stat Membru ieħor, hija l-qorti nazzjonali li għandha tistabbilixxi jekk għandux jiġi kkunsidrat dan il-ftehim u, jekk ikun il-każ, li jiġi vverifikat jekk dan jinnewtralizzax l-effetti tar-restrizzjoni għal-libertà ta’ stabbiliment.


(1)  ĠU C 130, 30.04.2011