3.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 225/20


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-6 ta’ Ġunju 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administrativen sad — Varna — il-Bulgarija) — Paltrade EOOD vs Nachalnik na Mitnicheski punkt — Pristanishte Varna pri Mitnitsa Varna

(Kawża C-667/11) (1)

(Politika kummerċjali - Regolament (KE) Nru 1225/2009 - Artikoli 13 u 14 - Importazzjoni ta’ prodotti li joriġinaw miċ-Ċina - Dazji antidumping - Evażjoni - Spedizzjoni mill-ġdid tal-merkanzija permezz tal-Malasja - Regolament ta’ Implementazzjoni (UE) Nru 723/2011 - Reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet - Irkupru tad-dazji antidumping - Retroattività)

2013/C 225/33

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Administrativen sad — Varna

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Paltrade EOOD

Konvenut: Nachalnik na Mitnicheski punkt — Pristanishte Varna pri Mitnitsa Varna

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Administrativen sad — Varna — Interpretazzjoni tal-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 723/2011, tat-18 ta’ Lulju 2011, li jestendi d-dazju anti-dumping definittiv impost mir-Regolament (KE) Nru 91/2009 fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti qfieli tal-ħadid u tal-azzar li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għall-importazzjonijiet ta’ ċerti qfieli tal-ħadid u tal-azzar ikkunsinjati mill-Malasja, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Malasja kif ukoll jekk le (ĠU L 194, p. 6), kif ukoll tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 966/2010, tas-27 ta’ Ottubru 2010, li jniedi investigazzjoni dwar il-possibbiltà ta’ ċirkomvenzjoni ta’ miżuri tal-anti-dumping imposti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 91/2009 fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina permezz ta’ importazzjonijiet ta’ ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li jitilqu mill-Malasja, sew jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Malasja u sew jekk le, u li jagħmel tali importazzjonijiet suġġetti għar-reġistrazzjoni (ĠU L 282, p. 29) — Ġbir retroattiv ta’ dazju antidumping — Assenza ta’ introduzzjoni fis-sistema doganali Bulgara ta’ sistema ta’ reġistrazzjoni tal-prodotti importati differenti mis-sistema li tikkorrispondi għad-Dokument Amministrattiv Uniku (DAU) — Determinazzjoni tal-ammont xieraq tad-dazju antidumping miġbur retroattivament

Dispożittiv

L-Artikolu 14(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009, tat-30 ta’ Novembru 2009, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea, li għalih jirreferi l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 966/2010, tas-27 ta’ Ottubru 2010, li jniedi investigazzjoni dwar il-possibbiltà ta’ ċirkomvenzjoni ta’ miżuri tal-anti-dumping imposti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 91/2009 fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina permezz ta’ importazzjonijiet ta’ ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li jitilqu mill-Malasja, sew jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Malasja u sew jekk le, u li jagħmel tali importazzjonijiet suġġetti għar-reġistrazzjoni, għandu jiġi interpretat fis-sens li metodi ta’ reġistrazzjoni bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali huma konformi ma’ din id-dispożizzjoni u għaldaqstant huma suffiċjenti għall-ġbir retroattiv tad-dazju antidumping skont l-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 723/2011, tat-18 ta’ Lulju 2011, li jestendi d-dazju anti-dumping definittiv impost mir-Regolament (KE) Nru 91/2009 fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti qfieli tal-ħadid u tal-azzar li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għall-importazzjonijiet ta’ ċerti qfieli tal-ħadid u tal-azzar ikkunsinjati mill-Malasja, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Malasja kif ukoll jekk le, wara investigazzjoni li tikkonkludi li hemm evażjoni tad-dazji antidumping definittivi imposti bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 91/2009, tas- 26 ta’ Jannar 2009, li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.

Skont l-Artikolu 1(2) tar-Regolament Nru 91/2009, ir-rata tad-dazju antidumping estiż miġbur retroattivament fuq l-importazzjonijiet preċedenti għad-dħul fis-seħħ tar-Regolament ta’ Implementazzjoni Nru 723/2011 hija ta’ 85 % għall-“kumpaniji l-oħra kollha”.


(1)  ĠU C 89, 24.3.2012.