1.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 156/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-11 ta’ April 2013 — Mindo Srl vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-652/11 P) (1)

(Appell - Kompetizzjoni - Akkordju - Suq Taljan tax-xiri u tal-ewwel ipproċessar tat-tabakk mhux maħdum - Ħlas tal-multa mill-kodebitur in solidum - Interess ġuridiku - Oneru tal-prova)

2013/C 156/17

Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Mindo Srl (rappreżentanti: G. Mastrantonio, C. Osti u A. Prastaro, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: N. Khan u L. Malferrari, aġenti assistiti minn F. Ruggeri Laderchi u R. Nazzini, avukati)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tal-5 ta’ Ottubru 2011, Mindo vs Il-Kummissjoni (T-19/06), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ddikjarat li ma hemmx lok għal deċiżjoni fuq talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2005)4012 finali, tal-20 ta’ Ottubru 2005, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 tat-Trattat KE (Każ COMP/C.38.281/B.2 — Tabakk mhux ipproċessat, l-Italja), li tirrigwarda akkordju intiż li jiffissa l-prezzijiet mħallsa lill-produtturi u lil intermedjarji oħra u li jistabbilixxi l-qsim tal-fornituri fis-suq Taljan tat-tabakk mhux maħdum, kif ukoll l-annullament jew it-tnaqqis tal-multa imposta fuq l-appellanti — Appellanti li kienet is-suġġett ta’ proċedura ta’ insolvenza fil-mori tal-kawża — Tmiem tal-interess ġuridiku

Dispożittiv

(1)

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-5 ta Ottubru 2011, Mindo vs Il-Kummissjoni (T-19/06), hija annullata.

(2)

Il-kawża hija rrinvjata quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

(3)

L-ispejjeż huma rriżervati.


(1)  ĠU C 49, 18.02.2012.