|
23.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 344/17 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-26 ta’ Settembru 2013 — Polyelectrolyte Producers Group, SNF SAS vs L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA), Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi
(Kawża C-626/11 P) (1)
(Appell - Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) - Reġistrazzjoni, valutazzjoni u awtorizzazzjoni ta’ sustanzi kimiċi - Regolament (KE) Nru 1907/2006 (Regolament REACH) - Artikoli 57 u 59 - Sustanzi suġġetti għal awtorizzazzjoni - Identifikazzjoni tal-akrilammid bħala sustanza ta’ tħassib serju ħafna - Inklużjoni fil-lista ta’ sustanzi kandidati - Pubblikazzjoni - Terminu tar-rikors - Artikolu 102(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali - Data minn meta dan it-terminu għandu jiġi kkalkolat fil-każ ta’ rikors intiż kontra deċiżjoni ppubblikata biss fuq l-internet - Ċertezza legali - Protezzjoni ġudizzjarja effettiva)
2013/C 344/27
Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Polyelectrolyte Producers Group, SNF SAS (rappreżentanti: R. Cana u K. Van Maldegem, avukati)
Partijiet oħra fil-proċedura: L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) (rappreżentanti: M. Heikkilä u W. Broere, aġenti, assistiti minn J. Stuyck, avukat), Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: C. Wissels u B. Koopman, aġenti), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Oliver u E. Manhaeve, aġenti)
Suġġett
Appell mid-digriet tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla Estiża) tal-21 ta’ Settembru 2011, Polyelectrolyte Producers Group u SNF vs ECHA (T-1/10) li jiċħad bħala inammissibbli rikors intiż għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA), tas-7 ta’ Diċembru 2009, li tidentifika l-akrilammid (KE Nru 201-173-7) bħala sustanza li tissodisfa l-kriterji msemmija fl-Artikolu 57 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta’ Diċembru 2006, dwar ir reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, p. 1), skont l-Artikolu 59 tiegħu — Att li jista’ jiġi kkontestat
Dispożittiv
|
(1) |
Id-digriet tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-21 ta’ Settembru 2011, PPG u SNF vs ECHA (T-1/10) huwa annullat |
|
(2) |
Din il-kawża hija rrinvijata quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(3) |
L-ispejjeż huma rriżervati. |