20.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 114/16


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-21 ta’ Frar 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal du travail de Bruxelles — Belġju) — Patricia Dumont de Chassart vs Office national d’allocations familiales pour travailleurs salariés (ONAFTS)

(Kawża C-619/11) (1)

(Sigurtà soċjali - Regolament (KEE) Nru 1408/71 - Artikoli 72, 78(2)(b), u 79(1)(a) - Benefiċċji tal-familja għall-orfni - Aggregazzjoni ta’ perijodi ta’ assigurazzjoni u ta’ impjieg - Perijodi mwettqa mill-ġenitur sopravissut fi Stat Membru ieħor - Assenza ta’ teħid inkunsiderazzjoni)

2013/C 114/22

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal du travail de Bruxelles

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Patricia Dumont de Chassart

Konvenut: Office national d'allocations familiales pour travailleurs salariés (ONAFTS)

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunal du travail de Bruxelles — Interpretazzjoni tal-Artikoli 17 KE, 39 KE u 43 KE, kif ukoll tal-Artikoli 72 u 79(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 35) — Allowences għall-orfni bi spejjeż għall-Istat ta’ residenza — Legalità, fid-dawl tal-prinċipji ta’ trattament ugwali u ta’ nondiskriminazzjoni, ta’ dispożizzjoni Komunitarja li tissuġġetta l-akkwist tad-dritt għall-allowances għall-ċerti perijodi ta’ assigurazzjoni mill-ġenitur li jkun miet, bl-esklużjoni tal-ġenitur superstitu — Leġiżlazzjoni nazzjonali iktar favorevoli, li tippermetti wkoll lill-ġenitur superstitu li jibbenefika minn regoli ta’ assimilazzjoni ta’ perijodi ta’ assigurazzjoni — Trattament inqas favorevoli ta’ ħaddiema, ġenituri superstiti, li jkunu eżerċitaw id-dritt tagħhom għall-moviment liberu — Diskriminazzjoni

Dispożittiv

L-Artikoli 72, 78(2)(b) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 79(1)(a) tar-Regolament Nru 1408/71 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-skemi tas-Sigurtà Soċjali għal persuni impjegati, għal persuni li jaħdmu għal rashom u għal membri tal-familji tagħhom li jiċċaqilqu fi ħdan il-Komunità fil-verżjoni emendata tiegħu u aġġornata bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 118/97, tat-2 ta’ Diċembru 1996 kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1399/1999 tad-29 ta’ April 1999 għandhom jiġu interpretati fis-sens li, meta leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ Stat Membru tipprovdi li kemm il-ġenitur mejjet kif ukoll dak sopravissut, meta jikkwalifikaw bħala ħaddiema, jistgħu jagħtu dritt għal benefiċċji tal-orfni, dawn id-dispożizzjonijiet jeżiġu li l-perijodi ta’ assigurazzjoni u ta’ impjieg imwettqa mill-ġenitur sopravissut fi Stat Membru ieħor għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni għall-aggregazzjoni tal-perijodi neċessarji għall-akkwiżizzjoni tad-dritt għall-benefiċċji fl-ewwel minn dawn l-Istati Membri. Mhux rilevanti f’dan ir-rigward jekk il-ġenitur sopravissut ma jistax jinvoka ebda perijodu ta’ assigurazzjoni jew ta’ impjieg f’dan l-Istat Membru matul il-perijodu ta’ riferiment stabbilit minn din il-leġiżlazzjoni nazzjonali għall-akkwiżizzjoni ta’ dan id-dritt.


(1)  ĠU C 49, 18.02.2012.