1.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 156/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-21 ta’ Marzu 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-613/11) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Għajnuna mill-Istat - Għajnuna mogħtija mir-Repubblika Taljana favur is-settur tan-navigazzjoni f’Sardegna - Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/92/KE li tikkonstata l-inkompatibbiltà ta’ din l-għajnuna mas-suq komuni u li tordna l-irkupru tagħha mingħand il-benefiċjarji - Nuqqas ta’ implementazzjoni fit-terminu stabbilit)

2013/C 156/14

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Stromsky u D. Grespan, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistit minn S. Fiorentino, avvocato dello Stato)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Għajnuna mill-Istat — Nuqqas milli jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet kollha neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mal-Artikoli 2 u 5 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/92/KE, tal-10 ta’ Lulju 2007, dwar l-iskema tal-Italja ta’ għajnuna mill-Istat favur is-settur tan-navigazzjoni f’Sardinja (ĠU 2008, L 29, p. 24) — Rekwiżit ta’ implementazzjoni immedjata u effettiva tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni — Natura insuffiċjenti tal-proċedura ta’ rkupru tal-għajnuna illegali inkwistjoni

Dispożittiv

(1)

Billi ma adottatx, fit-termini stabbiliti, il-miżuri kollha neċessarji sabiex tirkupra mingħand il-benefiċjarji l-għajnuna mill-Istat iddikjarata illegali u inkompatibbli mas-suq komuni mill-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/92/KE, tal-10 ta’ Lulju 2007, dwar l-iskema tal-Italja ta’ għajnuna mill-Istat favur is-settur tan-navigazzjoni f’Sardinja, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Artikoli 2 u 5 ta’ din id-deċiżjoni.

(2)

Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 32, 04.02.2012