|
8.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 164/6 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-18 ta’ April 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Düsseldorf — il-Ġermanja) — Steinel Vertrieb GmbH vs Hauptzollamt Bielefeld
(Kawżi magħquda C-595/11) (1)
(Politika kummerċjali - Regolament (KE) Nru 1470/2001 - Regolament (KE) Nru 1205/2007 - Tariffa Doganali Komuni - Klassifikazzjoni tariffarja - Nomenklatura Magħquda - Dazji antidumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ lampi fluorexxenti kumpatti - Applikabbiltà ta’ dazji antidumping definittivi fuq prodotti klassifikati taħt is-subintestatura tariffarja prevista fir-regolament antidumping - Prodott ikkonċernat - Kamp ta’ applikazzjoni)
2013/C 164/09
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Finanzgericht Düsseldorf
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Steinel Vertrieb GmbH
Konvenuta: Hauptzollamt Bielefeld
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Finanzgericht Düsseldorf — Interpretazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1470/2001, tas-16 ta’ Lulju 2001, li timponi dazju definittiv dwar l-anti-dumping u li tiġbor definittivament id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjoni ta’ bozoz elettroniċi florexxenti, kumpatti u integrali (CFL-i) li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 38, p. 43), kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1322/2006, tal-1 ta’ Settembru 2006 (ĠU 2007, L 76M, p. 288) u tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1205/2007, tal-15 ta’ Ottubru 2007, li jimponi dazji antidumping fuq l-importazzjonijiet ta’ lampi florexxenti kompatti elettroniċi u integrati (CFL-i) li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina wara reviżjoni tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 u li jestendi għall-importazzjonijiet tal-istess prodott mibgħuta mir-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam, ir-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan u r-Repubblika tal-Filippini (ĠU L 272, p. 1) — Applikabbiltà ta’ dawn ir-regolamenti għal-lampi florexxenti kompatti bi swiċċ sensittiv għad-dawl
Dispożittiv
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1470/2001, tas-16 ta’ Lulju 2001, li jimponi dazju definittiv dwar l-anti-dumping u li jiġbor definittivament id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjoni ta’ bozoz elettroniċi florexxenti, kumpatti u integrali (CFL-i) li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1322/2006, tal-1 ta’ Settembru 2006, kif ukoll ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1205/2007, tal-15 ta’ Ottubru 2007, li jimponi dazji antidumping fuq l-importazzjonijiet ta’ lampi florexxenti kompatti elettroniċi u integrati (CFL-i) li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina wara reviżjoni tal-iskadenza tal-miżuri skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 u li jestendi għall-importazzjonijiet tal-istess prodott mibgħuta mir-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam, ir-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan u r-Repubblika tal-Filippini jindirizzaw il-prodotti kollha li għandhom l-istess karatteristiċi essenzjali bħal dawk imsemmija f’dawn ir-regolamenti u li jaqgħu wkoll taħt is-subintestatura ex 8539 31 90 tan-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 254/2000, tal-31 ta’ Jannar 2000. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tevalwa jekk dan huwiex il-każ tal-prodotti inkwistjoni fil-kawża prinċipali, minkejja ż-żieda ta’ swiċċ sensittiv għad-dawl tax-xemx, jew jekk il-prodotti inkwistjoni fil-kawża prinċipali humiex prodotti differenti, peress li għandhom karatteristiċi addizzjonali li ma humiex ippreċiżati fl-imsemmija regolamenti.