|
3.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 225/15 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-27 ta’ Ġunju 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Symvoulio tis Epikrateias — il-Greċja) — Eleftherios-Themistoklis Nasiopoulos vs Ypourgos Ygeias & Pronoias
(Kawża C-575/11) (1)
(Rikonoxximent ta’ diplomi u ta’ titoli - Direttiva 2005/36/KE - Professjoni ta’ fiżjoterapista - Rikonoxximent parzjali u limitat ta’ kwalifiki professjonali - Artikolu 49 TFUE)
2013/C 225/24
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Qorti tar-rinviju
Symvoulio tis Epikrateias
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Eleftherios-Themistoklis Nasiopoulos
Konvenut: Ypourgos Ygeias & Pronoias
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Symvoulio tis Epikrateias — Interpretazzjoni tal-Artikolu 49 TFUE u tad-Direttivi tal-Kunsill 89/48/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1988, dwar sistema ġenerali għar-rikonoxximent ta’ diplomi ta’ edukazzjoni ogħla mogħtija mal-kompletar tal-edukazzjoni u t-taħriġ professjonali ta’ mill-inqas tliet snin (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 337) u tal-Kunsill 92/51/KEE, tat-18 ta’ Ġunju 1992, dwar it-tieni sistema ġenerali għar-rikonoxximent tal-edukazzjoni u t-taħriġ professjonali sabiex tiġi ssupplimenta d-Direttiva 89/48/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 2, p. 47) — Rifjut li tingħata l-awtorizzazzjoni ta’ aċċess għall-professjoni regolata ta’ fiżjoterapista fi Stat Membru ospitant lil wieħed miċ-ċittadini tiegħu li ma għandux diploma f’dan is-sens, skont l-Artikolu 1(a) tad-Direttiva 92/51/KEE, iżda li għandu kwalifiki sabiex jeżerċita professjoni simili rikonoxxuta fi Stat Membru ieħor — Possibbiltà ta’ aċċess parzjali, limitat għal ċerti attivitajiet koperti mill-professjoni
Dispożittiv
L-Artikolu 49 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi l-aċċess parzjali għall-professjoni ta’ fiżjoterapista, irregolata fl-Istat Membru ospitanti, lil ċittadin ta’ dan l-istess Stat li jkun kiseb fi Stat Membru ieħor titolu, bħal dak ta’ massaġġatur u idroterapista mediku, li jawtorizzah jeżerċita, f’dan it-tieni Stat Membru, parti mill-attivitajiet koperti mill-professjoni ta’ fiżjoterapista, meta d-differenzi bejn l-oqsma ta’ attivitajiet huma tant kbar li fir-realtà jkun hemm bżonn li jiġi segwit taħriġ sħiħ sabiex jingħata aċċess għall-professjoni ta’ fiżjoterapista. Hija l-qorti nazzjonali li għandha tistabbilixxi jekk dan huwiex il-każ.