14.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 367/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-17 ta’ Ottubru 2013 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Supremo — Spanja) — Iberdrola, SA, Gas Natural SDG SA (C-566/11), Gas Natural SDG SA (C-567/11), Tarragona Power SL (C-580/11), Gas Natural SDG SA, Bizcaia Energía SL (C-591/11), Bahía de Bizcaia Electricidad SL (C-620/11), E.ON Generación SL et (C-640/11)

(Kawżi magħquda C-566/11, C-567/11, C-580/11, C-591/11, C-620/11 u C-640/11) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni tas-saff tal-ożonu - Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità - Metodu ta’ allokazzjoni ta’ kwoti - Allokazzjoni mingħajr ħlas ta’ kwoti)

2013/C 367/06

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Supremo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Iberdrola SA, Gas Natural SDG SA,

fil-preżenza ta’: Administración del Estado et (C-566/11),

Rikorrenti: Gas Natural SDG SA,

fil-preżenza ta’: Endesa SA et (C-567/11),

Rikorrenti: Tarragona Power SL,

fil-preżenza ta’: Gas Natural SDG SA et (C-580/11),

Rikorrenti: Gas Natural SDG SA, Bizcaia Energía SL,

fil-preżenza ta’: Administración del Estado et (C-591/11),

Rikorrenti: Bahía de Bizcaia Electricidad SL,

fil-preżenza ta’: Gas Natural SDG SA et (C-620/11),

Rikorrenti: E.ON Generación SL et (C-640/11)

Suġġett

Talbiet għal deċiżjoni preliminari — Tribunal Supremo — Interpretazzjoni tal-Artikolu 10 tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Ottubru 2003, li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva [tal-Kunsill] 96/61/KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7, p. 631) — Protezzjoni tas-saff tal-ożonu — Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità — Metodu ta’ allokazzjoni ta’ kwoti — Allokazzjoni mingħajr ħlas ta’ kwoti

Dispożittiv

L-Artikolu 10 tad-Direttiva 2003/87 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Ottubru 2003, li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva [tal-Kunsill] 96/61/KE, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix l-applikazzjoni ta’ miżuri leġiżlattivi nazzjonali, bħal dawk fil-kawżi prinċipali, li l-għan u l-effett tagħhom huwa li titnaqqas ir-remunerazzjoni tal-attività ta’ produzzjoni tal-elettriku bl-ammont li bih l-imsemmija remunerazzjoni żdiedet minħabba l-inklużjoni tal-valur tal-kwoti ta’ emissjonijiet allokati mingħajr ħlas fil-prezzijiet tal-offerti ta’ bejgħ fis-suq bl-ingrossa tal-elettriku.


(1)  ĠU C 25, 28.01.2012

ĠU C 39, 11.02.2012