31.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 252/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-6 ta’ Ġunju 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberlandesgericht Wien — l-Awstrija) — Bundeswettbewerbsbehörde vs Donau Chemie AG, Donauchem GmbH, DC Druck-Chemie Süd GmbH & Co KG, Brenntag Austria Holding GmbH, Brenntag CEE GmbH, ASK Chemicals GmbH, li kienet Ashland-Südchemie-Kernfest GmbH, ASK Chemicals AustriaGmbH, li kienet Ashland Südchemie Hantos GmbH

(Kawża C-536/11) (1)

(Kompetizzjoni - Aċċess għall-fajl - Proċedura ġudizzjarja dwar multi imposti għall-ksur tal-Artikolu 101 TFUE - Impriżi terzi li jixtiequ jibdew kawża għad-danni - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-aċċess għall-fajl għall-kunsens tal-partijiet kollha fil-proċedura - Prinċipju ta’ effettività)

2013/C 252/16

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgericht Wien

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Bundeswettbewerbsbehörde

Konvenuti: Donau Chemie AG, Donauchem GmbH, DC Druck-Chemie Süd GmbH & Co KG, Brenntag Austria Holding GmbH, Brenntag CEE GmbH, ASK Chemicals GmbH, li kienet Ashland-Südchemie-Kernfest GmbH, ASK Chemicals AustriaGmbH, li kienet Ashland Südchemie Hantos GmbH

fil-preżenza ta’: Bundeskartellanwalt, Verband Druck & Medientechnik

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Oberlandesgericht Wien — Interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni fil-qasam tal-akkordji — Aċċess għall-fajl — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta, fil-proċedura amministrattiva fil-qasam tal-kompetizzjoni, l-aċċess għall-fajl min-naħa ta’ terzi għall-kunsens tal-partijiet kollha fil-proċedura bl-esklużjoni tal-ibbilanċjar tal-interessi kollha inkwistjoni, meta tali bbilanċjar isir fir-rigward tal-aċċess għall-fajl fil-proċeduri ċivili u kriminali paragunabbli

Dispożittiv

Id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-prinċipju ta’ effettività, jipprekludi dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali li permezz tagħha l-aċċess għad-dokumenti li jinsabu fil-proċess relatat ma’ proċedura nazzjonali dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE, inklużi d-dokumenti kkomunikati fil-kuntest ta’ programm ta’ klemenza, ta’ terzi li ma humiex parti f’din il-proċedura u li għandhom l-intenzjoni li jippreżentaw rikorsi għad-danni kontra l-parteċipanti ta’ akkordju, huwa suġġett għall-kunsens tal-partijiet kollha fl-imsemmija proċedura, mingħajr ma tħalli l-ebda possibbiltà lill-qrati nazzjonali li jibbilanċjaw l-interessi preżenti.


(1)  ĠU C 13, 14.01.2012.