18.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-14 ta’ Marzu 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Augstākās tiesas Senāts — il-Latvja) — Valsts ieņēmumu dienests vs Ablessio SIA

(Kawża C-527/11) (1)

(VAT - Direttiva 2006/112/KE - Artikoli 213, 214 u 273 - Identifikazzjoni tal-persuni taxxabbli suġġetti għall-VAT - Rifjut li jingħata numru ta’ identifikazzjoni għall-VAT minħabba li l-persuna taxxabbli ma għandhiex mezzi materjali, tekniċi u finanzjarji sabiex teżerċita l-attività ekonomika ddikjarata - Legalità - Ġlieda kontra l-frodi fiskali - Prinċipju ta’ proporzjonalità)

2013/C 141/10

Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

Qorti tar-rinviju

Augstākās tiesas Senāts

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Valsts ieņēmumu dienests

Konvenuta: Ablessio SIA

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Augstākās tiesas Senāts — Interpretazzjoni tal-Artikolu 214 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, (ĠU L 347, p. 1), moqri flimkien mal-Artikolu 273 tal-istess direttiva — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi l-possibbiltà li tiġi rrifjutata l-inklużjoni fir-reġistru tal-persuni suġġetti għall-VAT fil-każ li l-persuna taxxabbli ma tipprovdix informazzjoni jew tipprovdi informazzjoni qarrieqa dwar il-kapaċitajiet materjali, tekniċi u finanzjarji tagħha li teżerċita l-attività ekonomika ddikjarata — Rifjut li kumpannija tiġi inkluża fir-reġistru ta’ persuni suġġetti għall-VAT għaliex din ma hijiex kapaċi teżerċita l-attività ekonomika ddikjarata

Dispożittiv

L-Artikoli 213, 214 u 273 tad-Direttiva 2006/112/KE tal-Kunsill, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu li l-amministrazzjoni fiskali ta’ Stat Membru tirrifjuta li tagħti numru ta’ identifikazzjoni għat-taxxa fuq il-valur miżjud lil kumpannija sempliċement għax hija ma jkollhiex, skont din l-amministrazzjoni, mezzi materjali, tekniċi u finanzjarji għall-eżerċizzju tal-attività ekonomika ddikjarata u d-detentur tal-ishma kapitali ta’ din il-kumpannija jkun diġà kiseb, f’diversi okkażjonijiet, tali numru għal kumpanniji li qatt ma jkunu verament eżerċitaw attività ekonomika u li l-ishma kapitali tagħhom ikunu ġew assenjati lil persuni oħra ftit taż-żmien wara l-għoti ta’ dan in-numru, mingħajr ma l-amministrazzjoni fiskali kkonċernata ma tkun stabbilixxiet, fid-dawl ta’ fatturi oġġettivi, li hemm indizji serji li jippermettu li jiġi ssusspettat li n-numru ta’ identifikazzjoni għat-taxxa fuq il-valur miżjud mogħti jkun ser jiġi użat b’mod frawdolenti. Huwa l-kompitu tal-qorti tar-rinviju li tevalwa jekk l-imsemmija amministrazzjoni fiskali pprovdietx indizji serji tal-eżistenza ta’ riskju ta’ frodi fil-kawża prinċipali.


(1)  ĠU C 6, 7.1.2012