11.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-7 ta’ Novembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Gerechtshof te Amsterdam — il-Pajjiżi l-Baxxi) — UPC Nederland BV vs Gemeente Hilversum

(Kawża C-518/11) (1)

(Netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi - Direttivi 97/66/KE, 2002/19/KE, 2002/20/KE, 2002/21/KE u 2002/22/KE - Kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae - Provvisa ta’ pakkett bażiku ta’ programmi tar-radju u tat-televiżjoni aċċessibbli bil-cable - Trasferiment minn komun tan-netwerk bil-cable tiegħu lil impriża privata - Klawżola kuntrattwali dwar it-tariffi - Kompetenzi tal-awtoritajiet nazzjonali regolamentari - Prinċipju ta’ kooperazzjoni leali)

2014/C 9/05

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Gerechtshof te Amsterdam

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: UPC Nederland BV

Konvenuta: Gemeente Hilversum

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Gerechtshof te Amsterdam — Interpretazzjoni tal-Artikolu 8(4) tad-Direttiva 2002/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta’, networks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati (Direttiva tal-Aċċess) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 323), tad-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 349), kif ukoll tad-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva Servizz Universali) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 367) — Provvista ta’ għadd ta’ programmi ta’ radju u ta’ televiżjoni liberament aċċessibbli permezz tal-cable — Komun li ċeda l-impriża ta’ servizzi bil-cable tiegħu — Limitazzjoni tal-prezzijiet bl-imnut — Regoli ta’ kompetizzjoni — Applikazzjoni mill-qrati nazzjonali

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 2(ċ) tad-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar kwadru [qafas] regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru [Qafas]) għandu jiġi interpretat fis-sens li servizz li jikkonsisti fil-provvista ta’ pakkett bażiku ta’ programmi tar-radju u tat-televiżjoni li huwa aċċessibbli bil-cable u l-kont għalih jinkludi l-ispejjeż ta’ trażmissjoni kif ukoll ir-remunerazzjoni tal-korpi tax-xandir televiżiv u d-drittijiet imħallsin lill-korpi ta’ ġestjoni kollettiva tad-drittijiet tal-awtur għax-xandir tal-kontenut tax-xogħlijiet jaqa’ taħt il-kunċett ta’ “servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi” u, għaldaqstant, taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae kemm ta’ din id-direttiva kif ukoll tad-tad-Direttiva 97/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Diċembru 1997, dwar l-ipproċessar tad-dejta ta’ natura personali u l-protezzjoni tal-ħajja privata fis-settur tat-telekomunikazzjonijiet, tad-Direttiva 2002/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta’, networks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati (Direttiva ta[…]l-Aċċess), tad-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar l-awtorizzazzjoni ta’ netwerks u ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni) u tad-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva Servizz Universali) li jikkostitwixxu l-qafas leġiżlattiv ġdid applikabbli għas-servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, sakemm dan is-servizz jinkludi prinċipalment it-trażmissjoni ta’ kontenut televiżiv fuq in-netwerk ta’ teledistribuzzjoni bil-cable sat-terminal ta’ riċezzjoni tal-konsumatur finali.

(2)

Dawn id-direttivi għandhom jiġu interpretati fis-sens li, mill-iskadenza tat-terminu għat-traspożizzjoni tagħhom, huma ma jippermettux li entità bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li ma għandhiex il-kwalità ta’ awtorità nazzjonali regolatorja, tintervjeni direttament fit-tariffi applikati għall-konsumatur finali għall-provvista ta’ pakkett bażiku ta’ programmi tar-radju u tat-televiżjoni aċċessibbli bil-cable.

(3)

L-istess direttivi għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jippermettux, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali u fid-dawl tal-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali, li entità li ma għandhiex il-kwalità ta’ awtorità nazzjonali regolatorja tinvoka, fil-konfront ta’ fornitur ta’ pakketti bażiċi ta’ programmi tar-radju u tat-televiżjoni aċċessibbli bil-cable, klawżola li ħarġet minn kuntratt konkluż qabel l-adozzjoni tal-qafas leġiżlattiv ġdid u li tillimita l-libertà tariffarja ta’ dan il-fornitur.


(1)  ĠU C 25, 28.1.2012.