16.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2012 — Heineken Nederland BV, Heineken NV vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-452/11 P) (1)

(Appell - Kompetizzjoni - Akkordju - Suq Olandiż tal-birra - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Multi - Tul tal-proċedura amministrattiva - Livell tal-multa)

2013/C 46/17

Lingwa tal-proċedura: l-Olandiż

Partijiet

Appellant: Heineken Nederland BV, Heineken NV (rappreżentanti: T. Ottervanger u M. de Jong, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Van Nuffel u F. Ronkes Agerbeek, aġenti, assistit minn M. Slotboom, avukat)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla Estiża), tas-16 ta’ Ġunju 2011, Heineken Nederland u Heineken vs Il-Kummissjoni (T-240/07), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali annullat l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 1697, tat-18 ta’ April 2007, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] (Każ COMP/B/37.766 — Suq Olandiż tal-birra), sa fejn il-Kummissjoni Ewropea, f’din id-deċiżjoni, ikkonstatat li Heineken NV u Heineken Nederland BV ipparteċipaw fi ksur li jikkonsisti fil-koordinazzjoni okkażjonali tal-kundizzjonijiet kummerċjali, minbarra tal-prezzijiet, offruti lill-konsumaturi individwali fis-settur “horeca” [tal-catering] fil-Pajjiżi l-Baxxi.

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Heineken Nederland BV u Heineken NV huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 340, 19.11.2011.