15.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-5 ta’ Diċembru 2013 — SNIA Spa, taħt sistema ta’ amministrazzjoni straordinarja vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-448/11 P) (1)

(Appell - Akkordji - Suq Ewropew tal-perossidu tal-idroġenu u perborat tas-sodju - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81KE - Imputazzjoni tar-responsabbiltà fil-qasam tal-kompetizzjoni - Kriterju ta’ kontinwità ekonomika - Ksur tad-drittijiet tad-difiża - Obbligu ta’ motivazzjoni)

2014/C 45/08

Lingwa tal-proċedura: it-Taljan

Partijiet

Appellanti: SNIA Spa, taħt sistema ta’ amministrazzjoni straordinarja (rappreżentanti: A. Santa Maria, C. Biscaretti di Ruffia u E. Gambaro, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummmissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Di Bucci, L Malferrari u B. Gencarelli, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-sitt Awla Estiża), tas-16 ta’ Ġunju 2011, SNIA vs Il-Kummissjoni (T-194/06), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors għal annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 1766 finali, tat-3 ta’ Mejju 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE (Kawża COMP/F/38.620 — Perossidu tal-idroġenu u perborat), sa fejn il-Kummissjoni imponiet multa in solidum fuq Caffaro Srl u SNIA SpA — Regoli rigward l-imputabbiltà tal-prattiki antikompetittivi fil-każ ta’ inkorporazzjoni — Ksur tad-drittijiet tad-difiża u tal-obbligu ta’ motivazzjoni.

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

SNIA SpA, taħt sistema ta’ amministrazzjoni straordinarja, hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 311, 22.10.2011.