|
26.1.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 26/12 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-22 ta’ Novembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Juzgado de lo Social de Barcelona — Spanja) — Isabel Elbal Moreno vs Instituto Nacional de la Seguridad Social (INSS), Tesorería General de la Seguridad Social (TGSS)
(Kawża C-385/11) (1)
(Artikolu 157 TFUE - Direttiva 79/7/KEE - Direttiva 97/81/KE - Ftehim qafas dwar xoghol part-time - Direttiva 2006/54/KE - Pensjoni tal-irtirar kontributorja - Ugwaljanza fit-trattament bejn ħaddiema rġiel u ħaddiema nisa - Diskriminazzjoni indiretta bbażata fuq is-sess)
2013/C 26/20
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Juzgado de lo Social de Barcelona
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Isabel Elbal Moreno
Konvenut: Instituto Nacional de la Seguridad Social (INSS), Tesorería General de la Seguridad Social (TGSS)
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Juzgado de lo Social de Barcelona — Interpretazzjoni tal-punt 1 tal-klawżola 4 tal-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol part-time, konkluż konkluż mill-UNICE, miċ-CEEP u mill-ETUC, li jinsab fl-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 97/81/KE, tal-15 ta’ Diċembru 1997 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 267), tal-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 79/7/KEE, tad-19 ta’ Diċembru 1978, dwar l-implimentazzjoni progressiva tal-prinċipju tat-trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ sigurtà soċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 215) u tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ Lulju 2006, dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol (ĠU L 204, p. 23) — Kunċett ta’ kundizzjoni tax-xogħol — Pensjoni tal-irtirar kontributtiva kkalkolata abbażi tas-sistema legali Spanjola u kontribuzzjonijiet imħallsa minn u għan-nom tal-ħaddiem — Diskriminazzjoni tal-ħaddiema part-time
Dispożittiv
L-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 79/7/KEE, tad-19 ta’ Diċembru 1978, dwar l-implimentazzjoni progressiva tal-prinċipju tat-trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ sigurtà soċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tirrikjedi minn ħaddiema part-time, li ħafna minnhom huma nisa, meta mqabbla mal-ħaddiema full-time, perijodu ta’ kontribuzzjoni proporzjonalment itwal għal aċċess, jekk ikun il-każ, għal pensjoni tal-irtirar tat-tip kontributorja li l-ammont tagħha huwa mnaqqaa proporzjonalment skont il-ħin tax-xogħol tagħhom.