9.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 38/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-13 ta’ Diċembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour administrative — il-Lussemburgu) — Caves Krier Frères SARL vs Directeur de l’Administration de l’emploi

(Kawża C-379/11) (1)

(Moviment liberu tal-ħaddiema - Artikolu 45 TFUE - Sussidju għar-reklutaġġ ta’ ħaddiema qiegħda ta’ età ikbar u ta’ ħaddiema li ilhom qiegħda għal tul ta’ żmien - Kundizzjoni ta’ reġistrazzjoni ma’ aġenzija tax-xogħol tal-amministrazzjoni tal-impjiegi nazzjonali - Kundizzjoni ta’ residenza - Restrizzjoni - Ġustifikazzjoni)

2013/C 38/07

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour administrative

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Caves Krier Frères SARL

Konvenut: Directeur de l’Administration de l’emploi

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Cour administrative — Interpretazzjoni tal-Artikoli 21 u 45 TFUE — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta r-rimbors tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali għal min iħaddem fis-settur privat li jimpjegaw persuni qiegħda ta’ iktar minn ħamsa u erbgħin sena, għall-inklużjoni ta’ dawn tal-aħħar ma’ aġenzija tax-xogħol tal-Amministrazzjoni tal-Impjiegi nazzjonali għal mill-inqas xahar — Rekwiżit tar-reġistrazzjoni suġġett għall-kundizzjoni ta’ residenza — Restrizzjoni dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema — Ksur tal-prinċipju ta’ trattament ugwali

Dispożittiv

L-Artikolu 45 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tissuġġetta l-għoti, lill-persuni li jimpjegaw, ta’ sussidju għar-reklutaġġ ta’ ħaddiema qiegħda li għandhom iktar minn 45 sena għall-kundizzjoni li l-ħaddiem li jkun qiegħed jiġi rreklutat ikun irreġistrat bħala persuna li qed tfittex xogħol f’dan l-istess Stat Membru, inkwantu tali reġistrazzjoni, fatt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju, hija suġġetta għal kundizzjoni ta’ residenza fit-territorju nazzjonali.


(1)  ĠU C 298, 08.10.2011