22.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/16


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-12 ta’ Lulju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) — J.J. Komen en Zonen Beheer Heerhugowaard BV vs Staatssecretaris van Financiën

(Kawża C-326/11) (1)

(Sitt Direttiva tal-VAT - Artikolu 13B(g) moqri flimkien mal-Artikolu 4(3)(a) - Provvista ta’ bini u tal-art li tkun fuqha - Provvista ta’ bini fi stadju ta’ xogħol intiż sabiex jinħoloq bini ġdid bi trasformazzjoni - Tkomplija u tlestija tax-xogħol mix-xerrej wara l-provvista - Eżenzjoni mill-VAT)

2012/C 287/27

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: J.J. Komen en Zonen Beheer Heerhugowaard BV

Konvenuta: Staatssecretaris van Financiën

Suġġett

Talba għal deċiżjoni prelimari — Hoge Raad der Nederlanden — Interpretazzjoni tal-Artikoli 4(3)(a) u 13B(ġ) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23) — Eżenzjonijiet previsti mis-Sitt Direttiva — Eżenzjoni fuq it-trasferimenti tal-bini u tal-art li fuqha jinsab il-bini — Trasferiment ta’ bini li qed isir xogħol fuqu bil-għan li jinħoloq bini ġdid — Tkomplija u tlestija tax-xogħlijiet mix-xerrej wara t-trasferiment

Dispożittiv

L-Artikolu 13B(g) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, moqri flimkien mal-Artikolu 4(3)(a) ta’ din id-direttiva, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud prevista f’din l-ewwel dispożizzjoni tkopri tranżazzjoni ta’ provvista ta’ proprjetà immobbli li tikkonsisti f’art u f’bini antik li jkun qed jiġi ttrasformat f’bini ġdid, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, peress li, fil-mument ta’ din il-provvista, il-bini l-antik kien suġġett biss għal xogħlijiet ta’ twaqqigħ parzjali u kien, tal-inqas parzjalment, għadu użat bħala tali.


(1)  ĠU C 269, 10.09.2011