|
11.1.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 9/3 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-7 Novembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Korkein hallinto-oikeus — il-Finlandja) — proċedura mibdija minn K
(Kawża C-322/11) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikoli 63 TFUE u 65 TFUE - Moviment liberu tal-kapital - Leġiżlazzjoni fiskali ta’ Stat Membru li tirrifjuta t-tnaqqis tat-telf marbut mal-bejgħ ta’ proprjetà immobbli li tinsab fi Stat Membru ieħor mill-qligħ riżultanti mit-trasferiment ta’ valuri mobbli fl-Istat Membru tat-tassazzjoni)
2014/C 9/03
Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż
Qorti tar-rinviju
Korkein hallinto-oikeus
Partijiet fil-kawża prinċipali
K
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Korkein hallinto-oikeus — Interpretazzjoni tal-Artikoli 63 u 65 TFUE — Moviment liberu tal-kapital — Leġiżlazzjoni fiskali nazzjonali li ma tippermettix lil persuna suġġetta għall-obbligu fiskali mingħajr limitu li tnaqqas it-telf marbut mal-bejgħ ta’ proprjetà immobbli li tinsab fi Stat Membru ieħor, mill-qligħ riżultanti mit-trasferiment ta’ valur mobbli fl-Istat Membru ta’ tassazzjoni
Dispożittiv
L-Artikoli 63 TFUE u 65 TFUE ma jipprekludux leġiżlazzjoni fiskali ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li ma tippermettix lil persuna taxxabbli li tirrisjedi f’dak l-Istat Membru u li fih hija prinċipalment suġġetta għat-taxxa fuq id-dħul, li tnaqqas it-telf li jirriżulta mit-trasferiment ta’ proprjetà immobbli li tinsab fi Stat Membru ieħor mid-dħul mobbiljari taxxabbli fl-ewwel Stat Membru, anki meta dan kien ikun possibbli, taħt ċerti kundizzjonijiet, jekk il-proprjetà immobbli kienet tinsab fl-ewwel Stat Membru.