24.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 245/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-4 ta’ Lulju 2013 — Il Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-312/11) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2000/78/KE - Artikolu 5 - Ħolqien ta’ kuntest ġenerali favur l-ugwaljanza fit-trattament fil-qasam ta’ impjieg u ta’ xogħol - Persuni b’diżabbiltà - Miżuri ta’ traspożizzjoni insuffiċjenti)

2013/C 245/03

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Enegren u C. Cattabriga, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistit minn C. Gerardis, avvocato dello Stato)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Nuqqas milli jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet kollha neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mal-Artikolu 5 tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79) - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi miżuri ta’ applikazzjoni tal-imsemmi artikolu li l-applikazzjoni tiegħu hija suġġetta għall-adozzjoni purament eventwali ta’ miżuri ulterjuri - Garanziji u vantaġġi insuffiċjenti

Dispożittiv

1)

Billi ma stabbilixxietx għall-persuni kollha li jimpjegaw l-obbligu li jimplementaw, skont il-bżonn f’sitwazzjonijiet konkreti, soluzzjonijiet raġonevoli għall-persuni kollha b’diżabbiltà, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligu tagħha li tittrasponi korrettament u kompletament l-Artikolu 5 tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol.

2)

Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 226, 30.07.2011.