23.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 344/8 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-26 ta’ Settembru 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Finlandja
(Kawża C-309/11) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Tassazzjoni - VAT - Direttiva 2006/112/KE - Artikoli 306 sa 310 - Skema partikolari għall-aġenziji tal-ivvjaġġar - Diverġenzi bejn verżjonijiet lingwistiċi - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-applikazzjoni tal-iskema partikolari għal persuni li ma humiex il-vjaġġaturi - Kunċetti ta’ “vjaġġatur” u ta’ “klijent”)
2013/C 344/11
Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Lozano Palacios u I. Koskinen, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentant: J. Heliskoski, aġent)
Partijiet intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek u T. Müller kif ukoll J. Očková, aġenti), Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentant: E.-M. Mamouna, aġent), Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: S. Centeno Huerta, aġent), Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues u J.-S. Pilczer, aġenti), Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: A. Kraińska u A. Kramarczyk kif ukoll M. Szpunar u B. Majczyna, aġenti)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 306 sa 310 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-applikazzjoni tal-iskema partikolari ta’ tassazzjoni tal-aġenziji tal-ivvjaġġar fuq it-tranżazzjonijiet magħmula minnhom favur benefiċjarji li ma humiex il-vjaġġaturi
Dispożittiv
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
(2) |
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż sostnuti mir-Repubblika tal-Finlandja. |
(3) |
Ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża u r-Repubblika tal-Polonja għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom. |