|
23.3.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 86/4 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-31 ta’ Jannar 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi
(Kawża C-301/11) (1)
(Leġiżlazzjoni fiskali - Trasferiment ta’ residenza fiskali - Libertà ta’ stabbiliment - Artikolu 49 TFUE - Tassazzjoni fuq qligħ kapitali mhux realizzat - Taxxa tal-ħruġ immedjata)
2013/C 86/05
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal u W. Roels, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: C. Wissels, J. Langer u M. de Ree, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze u K. Petersen, aġenti), Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: A. Rubio González, aġent), Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentant: L. Inez Fernandes, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Interpretazzjoni tal-Artikolu 49 TFUE — Taxxa tal-ħruġ għall-impriżi li r-residenza fiskali tagħhom ma tibqax fil-Pajjiżi l-Baxxi — Tassazzjoni fuq qligħ kapitali mhux realizzat ta’ impriża fil-każ ta’ bdil ta’ residenza tal-impriża, ta’ ċaqliq tal-istabbiliment tagħha jew ta’ trasferiment tal-assi tagħha fi Stat Membru ieħor
Dispożittiv
|
(1) |
Billi adotta u żamm fis-seħħ leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi għat-tassazzjoni fuq qligħ kapitali mhux realizzat f’każ ta’ trasferiment ta’ impriża jew ta’ trasferiment tal-uffiċċju rreġistrat jew reali ta’ kumpannija lejn Stat Membru ieħor, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 49 TFUE. |
|
(2) |
Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi huwa kkundannat għall-ispejjeż. |
|
(3) |
Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Renju ta’ Spanja u r-Repubblika Portugiża għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom. |