16.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 174/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-3 ta’ Mejju 2012 — Comap SA vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-290/11 P) (1)

(Appell - Kompetizzjoni - Akkordji - Settur tal-attrezzaturi tar-ram u tal-liga tar-ram - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Multi - Tul tal-ksur - Kunċett ta’ “kontinwità”)

2012/C 174/19

Lingwa tal-proċedura: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Comap SA (rappreżentanti: A. Wachsmann u S. de Guigné, avukati)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: C. Gioito, aġent)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (it-Tmien Awla) tal-24 ta’ Marzu 2001, Comap vs Il-Kummissjoni (T-377/06) li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 4180 finali, tal-20 ta’ Settembru 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 tat-Trattat KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/F-1/38.121) — Attrezzaturi) — Settur tal-attrezzaturi tar-ram u tal-liga tar-ram — Ksur tad-dritt għal qorti indipendenti u imparzjali — Ksur tal-prinċipju ta’ interpretazzjoni stretta tal-liġi kriminali — Kunċett ta’ “disassoċjazzjoni pubblika” — Żnaturament tal-provi — Nuqqas ta’ motivazzjoni

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Comap SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 252, 27.08.2011.