26.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 26/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-6 ta’ Diċembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administrativen sad — Varna — il-Bulgarija) — BONIK (EOOD) vs Direktor na Direktsia “Obzhalvane I upravlenie na izpalnenieto” — Varna pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite

(Kawża C-285/11) (1)

(VAT - Direttiva 2006/112/KE - Dritt għal tnaqqis - Rifjut)

2013/C 26/17

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Administrativen sad — Varna

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: BONIK (EOOD)

Konvenut: Direktor na Direktsia “Obzhalvane I upravlenie na izpalnenieto” — Varna pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Administrativen sad — Varna — Interpretazzjoni tal-Artikoli 14, 62, 63, 167, 168 u 178(a) u (b), tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) — Formalitajiet tal-Istati Membri fil-qasam tad-dritt għal tnaqqis tal-VAT — Miżuri meħuda sabiex jiġu evitati ċerti forom ta’ frodi jew evażjoni fiskali — Ċaħda tad-dritt għal tnaqqis tal-VAT lil persuna taxxabbli destinatarja ta’ kunsinni intrakomunitarji, minħabba l-assenza ta’ provi tal-kunsinna effettiva bejn il-fornituri preċedenti, minkejja l-eżistenza ta’ provi li jistabbilixxu t-twettieq ta’ kunsinni mill-fornitur dirett lill-persuna taxxabbli

Dispożittiv

L-Artikoli 2, 9, 14, 62, 63, 167, 168 u 178 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu li, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, persuna taxxabbli ma tiġix rikonoxxuta d-dritt li tnaqqas it-taxxa fuq il-valur miżjud fir-rigward ta’ kunsinna ta’ merkanziji għar-raġuni li, fid-dawl ta’ frodi jew irregolaritajiet imwettqa input jew output fuq din il-kunsinna, din tal-aħħar hija kkunsidrata li ma ġietx effettivament imwettqa, mingħajr ma jkun stabbilit, fid-dawl ta’ elementi oġġettivi, li din il-persuna taxxabbli kienet taf jew kellha tkun taf li t-tranżazzjoni invokata sabiex tiġġustifika d-dritt għal tnaqqis kienet implikata fi frodi tat-taxxa fuq il-valur miżjud imwettqa fuq tranżazzjonijiet input jew output fis-serje ta’ kunsinni, fatt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.


(1)  ĠU C 238, 13.8.2011