23.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 344/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-3 ta’ Ottubru 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq

(Kawża C-267/11 P) (1)

(Appell - Prevenzjoni u tnaqqis integrati tat-tniġġiż - Sistema ta’ skambji ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra - Allokazzjoni ta’ kwoti għar-Repubblika tal-Latvja - Perijodu mill-2008 sal-2012)

2013/C 344/07

Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: I. Rubene u E. White, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: Ir-Repubblika tal-Latvja (rappreżentant: I. Kalniņš, aġent), ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq

Parti intervenjenti insostenn tar-Repubblika tal-Latvja: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek u D. Hadroušek, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla), tat-22 ta’ Marzu 2011 — Il-Latvja vs Il-Kummissjoni (T-369/07), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali annullat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 3409, tat-13 ta’ Lulju 2007, dwar l-emenda tal-pjan nazzjonali ta’ allokazzjoni ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra nnotifikata mir-Repubblika tal-Latvja għall-perijodu bejn l-2008 u l-2012, skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Ottubru 2003, li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 3, p. 80) — Interpretazzjoni żbaljata tal-proċedura prevista fl-Artikolu 9(3) tad-Direttiva — Applikazzjoni żbaljata tat-terminu ta’ tliet xhur, previst għad-deċiżjonijiet inizjali dwar il-pjan nazzjonali ġdid ta’ allokazzjoni ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra (PNA) nnotifikati, għal deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrigwarda l-aċċettazzjoni tal-emendi ta’ PNA nnotifikati insegwitu għal deċiżjoni ta’ ċaħda mill-Kummissjoni tal-PNA inizjali

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Il-Kummissjoni Ewropea, ir-Repubblika tal-Latvja u r-Repubblika Ċeka għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 226, 30.7.2011.