1.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 156/4 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-11 ta’ April 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supreme Court — l-Irlanda) — Peter Sweetman et vs An Bord Pleanala
(Kawża C-258/11) (1)
(Ambjent - Direttiva 92/43/KEE - Artikolu 6 - Konservazzjoni tal-habitats naturali - Żoni speċjali ta’ konservazzjoni - Evalwazzjoni tal-effetti ta’ pjan jew ta’ proġett fuq sit protett - Kriterji li għandhom jiġu applikati fl-evalwazzjoni tal-probabbiltà li tali pjan jew proġett jaffettwa ħażin l-integrità tas-sit ikkonċernat - Sit ta’ Lough Corrib - Proġett ta’ triq N6 madwar il-belt ta’ Galway)
2013/C 156/06
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
Supreme Court
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Peter Sweetman, Ireland, Attorney General, Minister for the Environment, Heritage and Local Government
Konvenut: An Bord Pleanala
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Supreme Court, Ireland — Interpretazzjoni tal-Artikolu 6(3) u (4) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 102) — Evalwazzjoni tal-effetti ta’ pjan jew ta’ proġett fuq sit protett — Kriterji li għandhom jiġu applikati fl-evalwazzjoni tal-probabbiltà li tali pjan jew proġett jaffettwa ħażin l-integrità tas-sit ikkonċernat — Konsegwenzi tal-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ prekawzjoni — Kostruzzjoni ta’ triq li r-rotta tagħha tgħaddi minn żona proposta bħala żona speċjali ta’ konservazzjoni
Dispożittiv
L-Artikolu 6(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa, għandu jiġi interpretat fis-sens li pjan jew proġett li ma huwiex marbut direttament jew li ma huwiex neċessarju għall-ġestjoni tas-sit għandu jaffettwa ħażin l-integrità ta’ dan is-sit jekk x’aktarx jipprekludi ż-żamma fit-tul tal-karatteristiċi kostituttivi tas-sit ikkonċernat, marbuta mal-preżenza ta’ habitat naturali ta’ prijorità li l-għan ta’ konservazzjoni tiegħu ġġustifika t-tniżżil ta’ dan is-sit fil-lista tas-siti ta’ importanza għall-Komunità, fis-sens ta’ din id-direttiva. Għall-finijiet ta’ din l-evalwazzjoni għandu jiġi applikat il-prinċipju ta’ prekawzjoni.