9.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 38/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-13 ta’ Diċembru 2012 — Ir-Repubblika Franċiża vs Il-Parlament Ewropew

(Kawżi magħquda C-237/11 u C-238/11) (1)

(Rikors għal annullament - Dritt istituzzjonali - Kalendarju tal-perijodi ta’ sessjonijiet plenarji tal-Parlament Ewropew għas-snin 2012 u 2013 - Protokolli fuq l-iffissar tas-sedi tal-istituzzjonijiet u ta’ ċerti organi, korpi u dipartimenti tal-Unjoni Ewropea)

2013/C 38/06

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: E. Belliard, G. de Bergues u A. Adam, aġenti)

Konvenuta: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: C. Pennera, N. Lorenz u E. Waldherr, aġenti)

Partijiet intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

Suġġett

Rikors għal annullament — Deliberazzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta’ Marzu 2011, dwar il-kalendarju tal-perijodi ta’ sessjoni tal-Parlament għas sena 2012 — Kalendarju li jipprevedi ż-żamma ta’ tnejn mit-tnax-il perijodu ta’ sessjonijiet plenarji ta’ kull xahar matul l-istess ġimgħa tax-xahar ta’ Ottubru — Ksur tal Protokolli Nri 3 u 6 fuq l-iffissar tas-sedi tal-istituzzjonijiet u ta’ ċerti organi, korpi u dipartimenti tal-Unjoni Ewropea — Post tax-xogħol tal-Parlament Ewropew.

Dispożittiv

(1)

Id-deliberazzjonijiet tal-Parlament Ewropew tad-9 ta’ Marzu 2011, dwar il-kalendarju tal-perijodi ta’ sessjoni tal-Parlament għas-snin 2012 u 2013, huma annullati billi dawn ma jiffissawx tnax-il perijodu ta’ sessjonijiet plenarji ta’ kull xahar fi Strasbourg għas-snin 2012 u 2013.

(2)

Il Parlament Ewropew huwa kkundannat għall ispejjeż.

(3)

Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu għandu jbati l ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 226, 30.07.2011.