18.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 250/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-21 ta’ Ġunju 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża

(Kawża C-223/11) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ambjent - Direttiva 2000/60/KE - Politika tal-Unjoni fil-qasam tal-ilma - Pjanijiet ta’ mmaniġġjar ta’ distrett ta’ baċin tax-xmara - Pubblikazzjoni u notifika lill-Kummissjoni - Nuqqas - Informazzjoni u konsultazzjoni tal-pubbliku dwar il-proġetti ta’ pjanijiet ta’ mmaniġġjar - Nuqqas)

2012/C 250/12

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Guerra u Andrade u I. Chatzigiannis, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentant: L. Inez Fernandes, aġent)

Suġġett

Ksur tal-Artikoli 13(1), (2) u (6), 14(1)(ċ) u 15(1) tad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Ottubru 2000, li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 5, p. 275) — Pjanijiet ta’ mmaniġġjar ta’ distrett ta’ baċin tax-xmara — Pubblikazzjoni — Informazzjoni u konsultazzjoni tal-pubbliku — Nuqqas ta’ notifika lill-Kummissjoni tal-kopji tal-pjanijiet ta’ mmaniġġjar

Dispożittiv

(1)

Ir-Repubblika Portugiża, billi naqset fit-terminu preskitt:

milli tippubblika l-pjanijiet ta’ mmaniġġjar tad-distrett ta’ baċin tax-xmara nazzjonali u internazzjonali;

milli tippubblika u milli tippreżenta għall-osservazzjonijiet tal-pubbliku, inkluż tal-utenti, il-proġetti ta’ pjanijiet ta’ mmaniġġjar ta’ baċin tax-xmara,

milli tibgħat lill-Kummissjoni Ewropea l-kopji ta’ dawn il-pjanijiet,

naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 13(6) tad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Ottubru 2000, li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma, moqri flimkien mal-Artikolu 13(1) u (2), l-Artikolu 14(1)(ċ) u l-Artikolu 15(1) ta’ din id-direttiva, rispettivament.

(2)

Ir-Repubblika Portugiża hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 211, 16.07.2011