7.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 212/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-13 ta’ Mejju 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja

(Kawża C-184/11) (1)

((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Nuqqas ta’ eżekuzzjoni - Artikolu 260 TFUE - Għajnuna mill-Istat - Irkupru - Skema ta’ għajnuna illegali u inkompatibbli mas-suq intern - Għajnuna individwali mogħtija fil-kuntest ta’ din l-iskema - Sanzjoni pekunjarja))

2014/C 212/02

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Urraca Caviedes u B. Stromsky, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: N. Díaz Abad, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Artikolu 260 TFUE – Nuqqas ta’ eżekuzzjoni tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, tal-14 ta’ Diċembru 2006, fil-Kawżi magħquda C-485/03 sa C-490/03, Il-Kummissjoni vs Spanja (Ġabra p. I-11887) – Talba sabiex jiġu ffissati pagamenti ta’ penalità

Dispożittiv

1)

Billi ma ħax, fid-data li fiha skada t-terminu stabbilit fl-opinjoni motivata maħruġa fis-26 ta’ Ġunju 2008 mill-Kummissjoni Ewropea, il-miżuri neċessarji kollha għall-eżekuzzjoni tas-sentenza Il-Kummissjoni vs Spanja (C-485/03 sa C-490/03, EU:C:2006:777), ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l–obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 260(1) TFUE.

2)

Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat iħallas lill-Kummissjoni Ewropea, fil-kont “Riżorsi propji tal-Unjoni Ewropea”, somma f’daqqa ta’ EUR 30 miljun.

3)

Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 186, 25.06.2011