22.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-12 ta’ Lulju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) — Fra.bo SpA vs Deutsche Vereinigung des Gas- und Wasserfaches eV (DVGW) — Technisch-Wissenschaftlicher Verein

(Kawża C-171/11) (1)

(Moviment liberu tal-merkanzija - Miżuri ta’ effett ekwivalenti għal restrizzjoni kwantitattiva - Proċedura nazzjonali ta’ ċertifikazzjoni - Preżunzjoni ta’ konformità mad-dritt nazzjonali - Applikabbiltà tal-Artikolu 28 KE għal korp privat ta’ ċertifikazzjoni)

2012/C 287/20

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Fra.bo SpA

Konvenuta: Deutsche Vereinigung des Gas- und Wasserfaches eV (DVGW) — Technisch-Wissenschaftlicher Verein

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Oberlandesgericht Düsseldorf — Interpretazzjoni tal Artikoli 34, 101 u 106(2) TFUE — Applikazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet għall-attività ta’ assoċjazzjoni privata (Technisch Wissenschaftlicher Verein), approvata minn Stat Membru bħala korp ta’ ċertifikazzjoni għal ċerti prodotti — Effett dirett orizzontali tal-Artikolu 34 TFUE

Dispożittiv

L-Artikolu 28 KE għandu jiġi interpretat fis-sens li japplika għall-attivitajiet ta’ standardizzazzjoni u ta’ ċertifikazzjoni ta’ korp privat, meta l-leġiżlazzjoni nazzjonali tikkunsdira li l-prodotti ċċertifikati minn dan il-korp huma konformi mad-dritt nazzjonali u dan ikollu bħala effett li jostakola l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti li ma humiex iċċertifikati mill-imsemmi korp.


(1)  ĠU C 226, 30.07.2011