22.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 399/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-25 ta’ Ottubru 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża

(Kawża C-164/11) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2003/96/KE - Tassazzjoni ta’ prodotti tal-enerġija u tal-elettriku - Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu stabbilit)

2012/C 399/06

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: W. Mölls, aġent)

Konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues u N. Rouam, aġenti)

Intervenjent insostenn tal-konvenuta: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: S. Centeno Huerta, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jadatta s-sistema tiegħu ta’ tassazzjoni tal-elettriku mad-dispożizzjonijiet previsti mid-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE, tas-27 ta’ Ottubru 2003, li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 405) — Applikazzjoni ta’ rata waħda fl-iskadenza tal-perijodu tranżitorju

Dispożittiv

(1)

Billi ma adottatx id-dispożizzjoni neċessarji sabiex tadatta s-sistema tagħha ta’ tassazzjoni tal-elettriku mad-dispożizzjonijiet previsti mid-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE, tas-27 ta’ Ottubru 2003, li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku, minkejja l-iskadenza tal-perijodu tranżitorju previst fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 18(10) tagħha, ir-Repubblika Franċiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva.

(2)

Ir-Repubblika Franċiża hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 186, 25.6.2011