29.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 295/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-19 ta’ Lulju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Naczelny Sąd Administracyjny — il-Polonja) — Bawaria Motors Sp. z o.o. vs Minister Finansów

(Kawża C-160/11) (1)

(Direttiva 2006/112/KE - VAT - Artikolu 136 - Eżenzjonijiet - Artikoli 313 sa 315 - Skema speċjali għall-intaxxar tal-marġni ta’ profitt - Provvista ta’ vetturi użati minn negozjant taxxabbli - Vetturi eżentati mill-VAT ikkunsinnjati qabel lin-negozjant taxxabbli minn persuna taxxabbli oħra li tkun ibbenefikat minn tnaqqis parzjali tat-taxxa tal-input imħallsa)

2012/C 295/18

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Naczelny Sąd Administracyjny

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Bawaria Motors Sp. z o.o.

Konvenuta: Minister Finansów

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Naczelny Sąd Administracyjny — Interpretazzjoni tal-Artikoli 136, 313(1), 314 kif ukoll 315 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) — Skema speċjali għan-negozjanti taxxabbli — Bejgħ ta’ vetturi użati lil konsumatur finali — Applikazzjoni tal-iskema tal-marġni ta’ profitt f’każ fejn in-negozjant taxxabbli jkun xtara l-vettura b’eżenzjoni mit-taxxa mingħand persuna li hija stess ibbenefikat minn tnaqqis parzjali tat-taxxa tal-input imħallsa

Dispożittiv

L-Artikoli 313(1) u 314 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, moqrija flimkien mal-Artikoli 136 u 315 ta’ din id-direttiva, għandhom jiġu interpretati fis-sens li negozjant taxxabbli ma huwiex eliġibbli għall-applikazzjoni tal-iskema għall-intaxxar tal-marġni ta’ profitt meta jikkunsinnja vetturi bil-mutur ikkunsidrati bħala oġġetti użati, fis-sens tal-Artikolu 311(1)(1) ta’ din id-direttiva, li jkun akkwista qabel b’eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud mingħand persuna taxxabbli oħra li bbenefikat minn dritt għal tnaqqis parzjali ta’ din it-taxxa tal-input imħallsa fuq il-prezz tal-akkwist ta’ dawn il-vetturi.


(1)  ĠU C 204, 09.07.2011.