15.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-25 ta’ April 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ċeka

(Kawża C-109/11) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Tassazzjoni - Direttiva 2006/112/KE - Artikoli 9 u 11 - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti li persuni mhux taxxabbli jiġu inklużi fi grupp ta’ persuni li jistgħu jiġu kkunsidrati bħala persuna taxxabbli waħda suġġetta għall-VAT)

2013/C 171/08

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal u D. Triantafyllou kif ukoll minn K. Walkerová u P. Němečková, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek, T. Müller kif ukoll minn J. Očková, aġenti)

Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentanti: inizjalment minn C. Vang, sussegwentment minn V. Pasternak Jørgensen, aġenti), l-Irlanda (rappreżentanti: D. O’Hagan, aġent, assistit minn G. Clohessy, SC, u minn N. Travers, BL), ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentanti: H. Leppo u S. Hartikainen, aġenti), ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: H. Walker, aġent, assistit minn M. Hall, QC)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 9 u 11 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tawtorizza lill-persuni li ma humiex persuni taxxabbli jsiru membri ta’ grupp tal-VAT

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż.

(3)

Ir-Renju tad-Danimarka, l-Irlanda, ir-Repubbilka tal-Finlandja u kif ukoll ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 160, 28.5.2011.