|
7.7.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 200/2 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-24 ta’ Mejju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Commissione Tributaria Provinciale di Palermo — l-Italja) — Amia Spa, kumpannija fi stralċ vs Provincia Regionale di Palermo
(Kawża C-97/11) (1)
(Ambjent - Rimi ta’ skart f’landfill - Direttiva 1999/31/KE - Taxxa speċjali għar-rimi ta’ skart solidu - Issuġġettar tal-operatur ta’ landfill għal din it-taxxa - Spejjeż tal-operat ta’ landfill - Direttiva 2000/35/KE - Interessi moratorji - Obbligi tal-qorti nazzjonali)
2012/C 200/03
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Commissione Tributaria Provinciale di Palermo
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Amia Spa, kumpannija fi stralċ
Konvenuta: Provincia Regionale di Palermo
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Commissione Tributaria Provinciale di Palermo — Interpretazzjoni tal-Artikolu 10 tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE, tas-26 ta’ April 1999, dwar ir-rimi ta’ skart f’terraferma [landfill] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 4, p. 228), tad-Direttiva 2000/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ Ġunju 2000, dwar il-ġlieda kontra ħlasijiet tard fi transazzjonijiet kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 226) u tal-Artikoli 12, 14, 43 u 46 KE — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi taxxa speċjali fuq ir-rimi ta’ skart solidu f’landfill u li tobbliga lill-operatur tal-landfill sabiex iħallas bil-quddiem l-imsemmija taxxa, iffissata skont il-kwantità ta’ skart mormi, u dovuta mill-persuna li tarmi l-iskart.
Dispożittiv
F’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali:
|
— |
hija l-qorti tar-rinviju li għandha, qabel ma tħalli mhux applikati d-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Liġi Nru 549, tat-28 ta’ Diċembru 1995, dwar miżuri ta’ razzjonalizzazzjoni tal-finanzi pubbliċi, fl-ewwel lok tara, fid-dawl tad-dritt intern kollu, kemm sostantiv kif ukoll proċedurali, jekk hija tistax tasal għal interpretazzjoni tad-dritt nazzjonali tagħha li tippermetti li tiġi solvuta l-kawża prinċipali b’mod konformi mat-test u mal-għan tad-Direttivi tal-Kunsill 1999/31/KE, tas-26 ta’ April 1999, dwar ir-rimi ta’ skart f’terraferma [landfill], kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ Settembru 2003, u 2000/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ Ġunju 2000, dwar il-ġlieda kontra ħlasijiet tard fi transazzjonijiet kummerċjali, |
|
— |
jekk tali interpretazzjoni ma hijiex possibbli, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tħalli mhux applikata, fil-kawża prinċipali, kwalunkwe dispożizzjoni nazzjonali li tmur kontra l-Artikolu 10 tad-Direttiva 1999/31, kif emendata bir-Regolament Nru 1882/2003, u l-Artikoli 1 sa 3 tad-Direttiva 2000/35. |